MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-bidu tat-tmien żodjaku ta' Scorpio, għalik, l-istess Scorpio se jagħmlek tagħraf aktar dak it-tajjeb li għandek u, grazzi għal dan, se tagħraf aktar l-abbiltà li tippossjedi ġewwa fik. Analizza aħjar dawk l-opportunitajiet li resqin lejk. Scorpio huma magħrufin għall- istabbilità tagħħom. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-bidu tat-tmien żodjaku ta' Scorpio, għalik, f 'Capricorn se tagħraf aktar kif il-karriera tista' tkompli tespandi fit-tkattir tagħha. Int trid tibqa' bhal dejjem kawt għal dak li xi kultant se jkun qed jinqala' għax dan jaf ikun forma ta' eżami għalik. Agħraf sew dan. Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-bidu tat-tmien żodjaku ta' Scorpio, għalik, Pisces se jagħmlek tagħraf tkun aktar deċiż f 'dak li hemm bżonn jibda jitwettaq. Dan huwa importanti sabiex tibda tieħu format ġdid. Analizza. Pisces huma magħrufin għas-sensittività li joffru. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-bidu tat-tmien żodjaku ta' Scorpio, għalik, Aries se jagħmlek tagħraf li m'intix tilħaq l-aspettattiva li kkommettejt minn issa. Int tibda tirranġa minn dak in-nuqqas sabiex is-sitwazzjoni tibda tieħu xejra oħra. Aries huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-bidu tat-tmien żodjaku ta' Scorpio, għalik, Cancer se jkun il-waqt li tfittex aktar spazju għalik u dan huwa meħtieġ sabiex tkun tista' tibda taħseb aħjar ghal aktar tkattir. Cancer huma magħrufin għat- tmexxija intensiva tagħhom. Namaste. SEBA' VOUCHERS TA' 7€ GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Bidu tat-tmien żodjaku ta' Scorpio (l-Għaqreb) Mit-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru ADPD jgħidu li l-pulizija saru ostaklu għal dawk li jippretendu jagħmlu li jridu Ir-rispett lejn il-Korp tal-Pulizija huwa marbut direttament ma' kif dawk fil-poter jittrattaw il- liġi u l-ġustizzja, sostniet iċ- Chairperson tal-Partit ADPD, Sandra Gauci, waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Sibt filgħodu. Hija għamlet referenza, kemm għall-każijiet ta' attakki reċenti fuq il-pulizija, kif ukoll għall- iskandli ta' korruzzjoni li qed "ikomplu jheddu l-integrità tal- istituzzjonijiet Maltin." "Il-Korp tal-Pulizija m'għadux jistimola rispett," qalet Gauci. "Infatti, il-pulizija saru ostaklu għal dawk li jippretendu jagħmlu li jridu," hija qalet. Gauci kienet qed titkellem flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-ADPD, Ralph Cassar, waqt konferenza li ddiskutiet il- kundizzjonijiet tal-Korp tal- Pulizija u kif qed jiġu ttrattati. Dan id-diskors ġie wara żewġ każijiet reċenti ta' pulizija attakkati waqt il-qadi ta' dmirijiethom fil- Ħamrun u Tas-Sliema. Il-gvern issa ħabbar pjanijiet biex isaħħaħ is-sentenzi għal dawk li jinstabu ħatja ta' attakki fuq uffiċjali pubbliċi. Gauci fakkret fil-fatt li jekk il-ġustizzja u l-liġi qed jiġu użati bl-addoċċ mill-mexxejja, m'għandux ikun ta' sorpriża li jkun hemm min jaħseb li huwa 'l fuq mil-liġi. "F'pajjiż fejn il- mentalità hija 'kulma jmur', faċli li s-sentiment ġenerali jsir wieħed ta' indifferenza." Hija kkwotat data mill-UE, dwar il-perċezzjoni ta' korruzzjoni f 'Malta, li skontha żdiedet bi 13% matul l-aħħar sena. Gauci enfasizzat li dan qed jagħti l-messaġġ li l-liġi u l-imġiba etika ma japplikawx għal kulħadd. Min-naħa tiegħu, Ralph Cassar qal li l-pulizija jeħtieġu aktar riżorsi biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod adegwat. Huwa nnota kif diversi lokalitajiet f 'Malta m'għandhomx għases tal- pulizija li jaħdmu kif suppost, u f 'oħrajn il-bini huwa abbandunat. "Din l-anomalija tirrifletti fil- manutenzjoni tal-ordni fil-pajjiż: kull fejn tħares tara t-telqa u s-sens ta' 'kulma jmur', li qed ikun dejjem aktar skoraġġanti għan-nies," żied jgħid Cassar. Fl-aħħar nett, Gauci qalet li l-pulizija jeħtieġu aktar appoġġ waqt li jwettqu dmirijiethom f 'soċjetà li dejjem qed tiżdied fil- popolazzjoni, u għaldaqstant qed tiżdied ukoll il-ħtieġa li jinżamm l-ordni pubbliku. "Il-Korp tal-Pulizija m'għadux jistimola rispett. Infatti, il-pulizija saru ostaklu għal dawk li jippretendu jagħmlu li jridu," Sandra Gauci u Ralph Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Sibt filgħodu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024