Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti L-infern bħal qatt ma rajnieh qabel ġo xelter tal-gwerra f 'Ħal Qormi Bl-iljieli t'Ottubru issa magħna sew, 4Teenth Productions qed jistednuk fuq vjaġġ uniku. Magħrufa għall-konnessjoni li huma jgħammru bejn l-udjenza u l-ġrajjiet li jkunu qed jirrakkontaw, 4Teenth Productions huma l-aktar assoċjati mal-prestazzjonijiet tal- Ġimgħa l-Kbira. Il-walkthrough annwali li jseħħ fix-xelter storiku tat-tieni Gwerra Dinjija f 'Ħal Qormi, saret waħda mill-pilastri tal-ħidma tagħhom. Fiha jgħaqqdu l-istorja emozzjonanti ta' Ġesu Kristu mal-arti teatrali. Imma dan il-Halloween qed jagħmlu pass ġdid billi jħaddnu l-ispirtu tal-istaġun ma' produzzjoni satirika. Hekk kif il-weraq jibda jinbidel u r-riħ ta' Ottubru jibda jsaffar, l-istess xelter se jinbidel f 'bieb li jagħti għal vjaġġ sinistru imma umoristiku lejn il-kurituri tal- infern. B'lenti differenti minn dik li mdorrijin biha, il-produzzjoni 'L-Avukat Infernali' se tlaqqa' lill- udjenza lura ma' wċuħ familjari ta' politikanti, dittaturi u anke xi karattri tat-televiżjoni. F'ambjent intimu se naraw mhux biss x'sar minnhom imma kif qegħdin iqattgħu ħinhom fl-infern. 4Teenth Productions qed toffri esperjenza unika mimlija briju u xi it tensjoni, waqt li xorta żżomm is-sens tal-maġija teatrali u l-misteru li jġib miegħu dan l-istaġun. B'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi u l-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, din l-esperjenza immersiva ta' 20 minuta se ssir f 'xelter li jinstab it passi 'l bogħod mill- Knisja Kolleġġjata Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorġ Martri f 'Ħal Qormi, nhar il-Ħamis 31 t'Ottubru u l-Ġimgħa l-1 ta' Novembru bejn is-7pm u l-10pm, bi prestazzjonijiet li jibdew kull nofs siegħa. 'L-Avukat Infernali' għandha direzzjoni ta' Alan Attard. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jirreserva post għal dawn il- prestazzjonijiet billi jikkuntattja lill-membri tal-Għaqda permezz ta' messaġġ fuq il-midja soċjali, email fuq pr.4teenth@gmail.com jew inkella fuq 79093503. Kif diġà msemmi, din il- produzzjoni se tittella' minn 4Teenth Productions; Grupp teatrali volontarju li ġie mwaqqaf kważi ħdax-il sena ilu minn erbatax-il persuna li xtaqu li flimkien joħolqu mod ta' kif jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom b'mod uniku permezz tal-iktar arti għal qalbhom. Inti tafu l-Innu Malti? Imma x'kien jiġri kieku Malta qatt ma kienet tagħna? X'kien jiġri kieku qatt ma ffirmajna biex inkunu nazzjon indipendenti u minflok fraħna bil- wasla ta' iktar bastimenti Ingliżi? Din hija l-mistoqsija provokanti li se tiġi esplorata fl-ispettaklu l-ġdid "Meta l-kotra ma qamitx" li se jsir ġewwa Spazju Kreattiv bejn it-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2024. Dan il-proġett artistiku jġib quddiem xenarju alternattiv fejn il-poplu Malti qatt ma qam biex jissalvagwardja l-identità nazzjonali tiegħu. Il-ħakma Ingliża, li f 'din l-istorja tibqa' tissaħħaħ, twassal biex il-lingwa Maltija tintilef kompletament. Madankollu, fost il-ħafna li ċedew, grupp żgħir ta' individwi jibqgħu jiġġieldu battalja siekta għall- ħarsien tal-identità Maltija. Taħt id-direzzjoni ta' Jeremy Grech u bi produzzjoni ta' Freespirit Elite, dan l-ispettaklu jgħaqqad flimkien kitbiet oriġinali ta' Nathan Vella u Kersten Bugeja biex iwassal riflessjoni fuq it- tensjoni bejn l-identità Maltija u l-influwenzi kolonjali li għadhom jinħassu. Biex tirriserva post għal dan l-ispettaklu uniku, tista' ċċempel fuq 21223200 jew 99467410. X'kien jiġri kieku Malta qatt ma saret Indipendenti?