Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158
08 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum aħbarijiet 275 għalliem ġdid fl-aħħar sena skolastika, iżda 87 għalliema jirriżenjaw Matul l-aħħar sena skolastika, ġew ingaġġati 275 edukatur ġdid, filwaqt li 87 għalliema u edukaturi oħra rriżenjaw mill-professjoni. Dan ifisser li l-għadd ta' edukaturi li telqu jirrappreżenta 1.1% tal- forza tax-xogħol, filwaqt li dawk ġodda ingaġġati jirrappreżentaw 3.7%. Dan it-tagħrif ġie ppreżentat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni f 'reazzjoni għat- tħassib espress mill-Partit Nazzjonalista (PN) dwar in-numru ta' għalliema li qed jitilqu minn pożizzjonijiet tagħhom fl- iskejjel tal-istat. Filwaqt li l-Gvern iddefenda l-pożizzjoni tiegħu billi ppreżenta statistika li turi għadd akbar ta' għalliema ġodda milli dawk li rriżenjaw, il-PN qed jinsisti li hemm bżonn ta' studju serju biex jiġu identifikati l-kawżi ewlenin li qed iwasslu għal dawn ir-riżenji kontinwi, li jistgħu ikomplu jaffettwaw is- settur edukattiv fil-futur. Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista esprima t-tħassib tiegħu dwar in-numru dejjem jikber ta' għalliema li qed jirriżenjaw mill-iskejjel tal-istat. Il-Ministru għall-Edukazzjoni tal- Oppożizzjoni, Justin Schembri enfasizza li, skont tweġibiet oħra parlamentari, il-Gvern għadu jimpjega numru konsiderevoli ta' għalliema supplenti, li jindika li l-problemi ta' staff għadhom jippersistu. Huwa nnota wkoll li minkejja li kull sena jiggradwaw għalliema ġodda, il-Gvern qed ikollu diffikultà biex iżommhom fil-professjoni tagħhom. Il-PN qed jinsisti li l-Gvern għandu jwettaq studju serju sabiex jiġi determinat għaliex għalliema qed jirriżenjaw b'mod kontinwu mis-settur edukattiv. Schembri qal li huwa evidenti li minkejja l-ħtieġa għal aktar għalliema kompletament kwalifikati f 'kull livell, il-Gvern mhux qed jirnexxilu jżomm numru sostanzjali ta' għalliema li qed jitilqu kull sena. Dan, qal Schembri, huwa fattur inkwetanti għax is-settur edukattiv ma jistax ikompli jitlef professjonisti sena wara sena minħabba r-riżenji kontinwi. Minkejja dan, il-PN kompla jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li 124 għalliem għażlu li jirriżenjaw matul is-sena skolastika 2023-2024, bi it li xejn minnhom jaqilbu għal skejjel privati jew tal-Knisja. Il-PN temm jappella lill-Gvern biex jagħmel analiżi serja u fil-fond biex jidentifika l-kawżi li qed iwasslu għal dawn ir-riżenji frekwenti fis-settur edukattiv. Schembri insista li l-gvern irid jieħu l-passi neċessarji biex jipprevjeni t-telf ta' aktar għalliema professjonali, għax kull riżenja għandha raġuni serja wara tagħha, li trid tiġi indirizzata.