MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum 'L-elezzjonijiet Amerikani iżjed milli fuq Malta, se jkollhom impatt fuq l-Unjoni Ewropea' MARIANNA CALLEJA L-elezzjonijiet Amerikani li jmiss għandhom impatt dirett mhux biss fuq l-Istati Uniti iżda wkoll fuq il-pajjiżi Ewropej, inkluż Malta. Mit-tibdil fil- klima għal sigurtà fid-dawl tal-kunflitti kurrenti, kollox jiddependi fuq liema kandidat jiġi elett fl-elezzjonijiet ta' din il-ġimgħa. Fuq naħa hemm Kamala Harris, li hi prattikament estensjoni ta' Joe Biden. Forsi naqra iktar enerġetika, imma l-politika li temmen fiha hi msejsa fuq dik tradizzjonali demokratika. Fuq in-naħa l-oħra hemm Donald Trump, li bħal suffarell, qatt ma taf fejn se jispara. Il-politika tiegħu hi magħrufa bħala waħda estrema u ħafna drabi kkritikata bil-qawwa min-nies mhux Amerikani. Biex issir taf aktar dwar l-impatt li dawn il-mexxejja jista' jkollhom fuq l-Ewropa, l-ILLUM tkellmet ma' Brendan Zerafa, avukat fl-isfera tal-liġi u l-affarijiet barranin. Zerafa jiddeskrivi s-sigurtà, pereżempju, li tiddependi ħafna fuq l-Amerka, speċjalment fejn tidħol in-NATO. Semma kif it jiem ilu, ħareġ fuq il- midja, il-pjan ta' Trump fir-rigward tal- Ukrajna, fejn qed jipproponi li jkun hemm żoni mhux armati militarjament fuq żewġ naħat tal-fruntieri bejn l-Ukrajna u r-Russja. Dan filwaqt li l-Ewropa trid tara hi li tiggarantixxi l-paċi f 'dan il-kuntest u mhux suldati tan-NATO jew Amerikani. "L-ikbar effett, mingħajr ebda ħsieb, se jkun fuq l-Ewropa jekk jiġi elett Trump … Jekk madankollu tiġi eletta Kamala Harris, iċ-ċans hu li l-momentum fejn tidħol din l-affari jibqa' bejn wieħed u ieħor l-istess," spjega Zerafa. Qal li għal pajjiż newtrali bħal Malta, dan għandu effett indirett, għax jekk inti Trump se jipprova jnaqqas l-importanza tan- NATO, u se jipprova jneħħi l-umbrella ta' sigurtà minn fuq l-Ewropa, jaf ikun hemm imbuttatura biex l-UE jkollha l-armata tagħha. Din hija xi ħaġa li skontu diġà qed tiġi diskussa. "Dan ikollu effett fuq Malta newtrali. Aħna bħalissa għandna l-benefiċċju ta' din l-umbrella ta' sigurtà, mingħajr ma nikkontribwixxu suldati jew mingħajr ma nkunu f 'alleanzi militari. Nantiċipa li jekk ikun elett Trump, se jqum djalogu kemm fuq sfera Ewropea imma anke lokali," żied jgħid. Trump lest juża riżorsi naturali biex jinnegozja Fejn jidħol it-tibdil fil-klima, skont Zerafa, l-affarijiet għal darb'oħra jistgħu jibqgħu l-istess b'Harris fit-tmun. Dan għaliex hi se timxi fuq il-passi ta' Biden u l-linja tad-Demokratiċi. Għaldaqstant Trump bħala President, diġà hi ċara, ifisser li se jimbotta l-industrija Amerikana speċjalment fejn jidħol iż-żejt, fracking u shale oil. Semma kif il-midja qed tirrapporta kif Trump saħansitra lest juża dan kollu biex jiġbed lil Vladimir Putin, il-Kremlin Russu li qed jagħmel ħerba fl-Ukrajna, lejn il- mejda tan-negozjat. "Trump, fejn tidħol it-tibdil tal-klima u l-enerġija, m'għandu l-ebda problema biex jisfrutta r-riżorsi naturali, imma wkoll jużahom bħala bargaining chip fejn jista' jkun. Dik hija xi ħaġa li d-demokratiċi, naħseb, li mhumiex se jagħmlu.' L-Elezzjonijiet Amerikani tal- 2024: X'qed jiġri? L-elezzjonijiet presidenzjali fl-Istati Uniti issa saħnu sew, speċjalment bejn Donald Trump, il-kandidat Repubblikan, u Kamala Harris, il- kandidat Demokratiku. Skont l-aħħar sondaġġi, huma prattikament fuq l-istess livell, b'madwar 48% tal- votanti rreġistrati jappoġġjaw lil Harris, filwaqt li 47% jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Trump. L-aħħar ċifri juru li Harris għandha reputazzjoni tajba, b'46.4% għandhom opinjoni favorevoli dwarha, filwaqt li 47.8% għandhom opinjoni negattiva. Filwaqt li Trump għandu 43.4% favorevoli u 52.1% negattivi. Swing states huma dejjem essenzjali, speċjalment dawk bħal Pennsylvania, Michigan, u Wisconsin. F'dawn l-istati, Trump għandu vantaġġ ta' 0.3% f 'Pennsylvania, filwaqt li Harris għandha vantaġġ ta' 0.4% f 'Michigan. Dan ifisser li l-bidla ta' votanti f 'dawn l-istati tista' tkun kruċjali għall-eżitu tal-elezzjoni. Trump qed jagħfas fuq il-messaġġi tiegħu ta' "Amerika l-ewwel," u jiffoka fuq il-protezzjoni tal-postijiet tax- xogħol u l-investiment fil-qasam tal-industrija. Il-votanti li jappoġġjawh huma ġeneralment ta' età akbar, u jħossuhom konvinti li hu l-kandidat li jista' jerġa' jibni l-ekonomija tal-pajjiż. Harris tiffoka fuq il-ġustizzja soċjali, il-libertajiet tal-vot, u l-importanza tad-diversità. Hija tirrappreżenta l-vuċi tal- ġenerazzjoni żagħżugħa, speċjalment in-nisa u l-komunitajiet etniċi. Il-punti ewlenin tal-kampanja tagħha jinkludu l-promozzjoni tal-edukazzjoni, il-protezzjoni tal- ambjent, u l-aċċess għal servizzi tas-saħħa. Harris qed ikollha riżultati tajbin mal-votanti ta' età iżgħar, u dawk bi grad universitarju. Il-votanti ta' Trump juru appoġġ b'saħħtu, b'64% jgħidu li jappoġġjawh b'qawwa, filwaqt li 59% ta' Harris għandhom l-istess sentiment. B'dan il-pass, l-elezzjoni presidenzjali tal-2024 fl-Istati Uniti tidher li se tkun kompetitiva, u ħafna se jiddependi mill-votanti fi stati kritiċi. F'din il-ġimgħa li ġejja se nkunu qegħdin insegwu għall-elezzjonijiet Amer- ikani. Imma għaliex huma daqshekk importanti? Għaliex meta l-Amerikani jivvotaw, id-dinja tieqaf tosserva? L-ILLUM titkellem ma' Brendan Zerafa dwar l-impatt li l-elezzjonijiet Amerikani se jħallu fuq l-Unjoni Ewropea, u fuq Malta b'mod indirett. Brendan Zerafa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 November 2024