Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457
ESKLUSSIVA www.illum.com.mt NRU 941 €1.25 IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 NEW HOME, NEW BEGINNINGS Save When You Buy and Sell through Us franksalt.com.mt/stb FURNISHING VOUCHERS WORTH €20,000 50% OFF HOME INSURANCE FREE ENERGY PERFORMANCE CERTIFICATE €500 TOWARDS NOTARY FEES T&C Apply INTERVISTA MA' PAUL ABELA, PRESIDENT TAL- KAMRA TAN- NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI PAĠNI 6 - 7 IL-KAŻ TA' AMANDA MUSCAT JIKXEF BERAĦ L-ABBUŻ TAL-IMPJIEGI POLITIĊI TA' KULĦADD Gafa' jallega li kien Robert Abela li ċaqlaq lil Amanda Muscat mill- ministeri Ghalkemm il-PN jinsab ħarira żgħira quddiem, huma biss 16% li jafdawh bil-finanzi tal-pajjiż IL-PN U L-PL RAS IMB RAS WARA L-BAĠIT PAĠNA 3 Stħarriġ tal-MaltaToday juri li wara l-budget, il-PN jinsab 2,600 vot fuq quddiem b'distakk ta' punt wieħed perċentwali fuq il-PL. Għalkemm dan id-distakk hu tant żgħir li statistikament jidħol fil-marġni ta' żball tal-istħarriġ, ir-riżultat jikkonferma għal darb'oħra li l-PL mhux biss tilef il- maġġoranza superlattiva li kellu fl-2022, iżda kompla jnaqqas mill-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Iżda dan ir-riżultat jindika li l-baġit għen lill-PL li kien 12,000 vot minn taħt fi stħarriġ li sar f 'Settembru, jirkupra xi it imma mhux biżżejjed biex iserraħ rasu. Dan hu l-iktar dovut għall-fatt li l-PL jitlef 26% tal-voti tiegħu fl-elezzjoni tal- 2022 għal astensjoni waqt li l-PN jitlef biss 4%. Madankollu l-PN beda jiekol xi it ukoll mill-elettorat Laburista. Waqt li 4% tal-votanti Laburisti bħalissa beħsiebhom jivvutaw PN, huma biss 2% tal-votanti tal-PN li beħsiebhom jagħmlu bil-kontra. Madankollu l-PN qed jitlef kważi 8% tal- voti tiegħu għal partiti żgħar li qed jieklu ferm iktar mill-PN milli mill-PL. Iżda minkejja li l-oppożizzjoni tinsab quddiem bi żbrixx, l-istħarriġ jikkonferma żewġ problemi serji li għandu quddiemu l-Partit Nazzjonalista; in-nuqqas ta' fiduċja fil-kap tiegħu li jinsab 18-il punt perċentwali taħt il-Prim Ministru Robert Abela u n-nuqqas ta' fiduċja fl-abiltà tal- partit li jmexxi l-finanzi tal-pajjiż. Tant hu hekk li huma inqas minn 16% li jafdaw lill- PN fit-tmexxija tal-finanzi tal-pajjiż. Iktar allarmanti għall-oppożizzjoni hu l-fatt li huma biss 48% tal-votanti Nazzjonalisti li jafdaw il-partit tagħhom bil-finanzi tal-pajjiż u fost dawk li beħsiebhom ma jivvutawx, assolutament ħadd ma jafda lill-PN f 'dan il-qasam kruċjali. L-unika konsolazzjoni għall-PN hi li għalkemm il-PL hu iktar fdat, il-maġġoranza relattiva (34.6%) m'għandhom fiduċja fl-ebda partit anki f 'dan il-qasam. L-istħarriġ juri wkoll li minkejja l-budget intlaqa' tajjeb, kwart tal-votanti ma jafux jekk il-budget laqathomx tajjeb jew ħażin, u terz jaħsbu li ħalliehom fl-istess pożizzjoni finanzjarja minkejja t-tnaqqis sostanzjali fit-taxxi li kważi laqat lil kulħadd. Din tista' tkun indikazzjoni li bosta votanti mhux qed isegwu minkejja ż-żieda fit-temperatura politika fl-aħħar ġimgħat. Fl-istess nifs, Neville Gafà, ipproteġa liż-żewġ ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri involuti fl-iskandlu ta' Amanda Muscat, filwaqt li tefa' t-tort kollu fuq il-Prim Ministru Robert Abela. "Dwar il-mod ta' kif aġixxa fil-konfront ta' Clayton Bartolo u Clint Camilleri, nemmen li l-Prim Ministru ma tantx kellu għażla jaġixxi mod ieħor. Dan għall-fatt li kull impjieg fejn jidħlu persons of trust jeħtieġ l-approvazzjonijiet tal-Uffiċċju tal- Prim Ministru," Gafà qal lill-ILLUM. Il-militant Laburista favur Joseph Muscat kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta meta allega li Abela kien il-persuna li mhux biss approva l-impjieg ta' Muscat iżda wkoll "ta struzzjonijiet lil Clint Camilleri sabiex jakkomodaha". "Ir-responsabbiltà politika għandha tintrefa' mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru." AQRA IKTAR F'PAĠNI 4 - 5