Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L i persuna jew persuni jiġu ingaġġjati mal-Gvern u ma jkunux jistħoqqilhom, u wisq aktar ħaqqhom, ilha tiġri minn mindu Malta saret indipendenti u ħadna r-riedni f 'idejna bħala pajjiż sovran. Dan li se ngħidu ma jnaqqas xejn mis-serjetà tal-każ ta' Amanda Muscat, il-mara tal-Ministru Clayton Bartolo, il-Ministru tat-Turiżmu. Każ li wera bl-iktar mod ċar li persuna li ma kienx ħaqqha tkun policy adviser tispiċċa b'dan l-irwol, u wisq aktar il-ħatra saret għax Amanda hi min hi. Ħatra li kienet iġġib magħha paga konsiderevoli, iktar minn Ministru tal-Gvern. Imma din il-ħaġa li min ikun fil- politika jew fil-parlament jista' jagħmel li jrid, hemm bżonn tispiċċa. Hemm bosta persuni li huma fil-politika, anke min-naħa tan- Nazzjonalisti li jabbużaw mis-sistema. Id-Deputati Parlamentari Robert Cutajar, Justin Schembri, Toni Bezzina u anke David Agius huma rrappurtati li ma tantx ikunu fuq il-post tax-xogħol. Dan nikkonfermawh wara indaġni li saret mill-gazzetta ILLUM. U filwaqt li l-każ Amanda Muscat jibqa' każ serju, huwa serju wkoll li rappreżentanti tal-poplu eletti jiskartaw mix-xogħol u safrattant jieħdu paga full. L-abbuż m'għandux kuluri. Arnold Cassola, il-kandidat indipendenti li kien darba chairman tal-Ħodor, kien nieda investigazzjoni mill-Istandards Commissioner. Cassola għandu issa jkun koerenti u konsistenti u jitlob ukoll investigazzjoni f 'dawk id- deputati li suppost jagħtu xogħol kontra ħlas, mhux ħlas kontra skartar. Ukoll, għandu jitlob l-Istandards Commissioner jindaga min hu impjegat mal-Ministri jekk humiex qed jagħmlu xogħolhom jew korrettament impjegati f 'posthom. Bħal pereżempju każ fejn il-mara ta' ħu l-Ministru tkun impjegata bħala kap tas-segretarjat. Dan hu pajjiż fejn il-problemi ilhom jirrepetu ruħhom. Dan għaliex min għandu s-setgħa jbiddel ma jbiddel xejn jew inkella jara li dawn l-użanzi jieqfu darba għal dejjem. Ma nistgħux f 'dan il-punt naħarbu minn realtà oħra. Li l-parlamentari għandhom ikunu full-time u jaħdmu ta' parlamentari. M'għandhomx iżommu xogħol ieħor. Agħar minn hekk ikollhom xogħol mal-Gvern u ma jmorrux għax-xogħol. Imma biex dan iseħħ, il-parlamentari għandhom bżonn salarji diċenti. Lanqas huwa sew li jkollok Ministru tas-Saħħa li moħħu aktar fl- operazzjonijiet milli fix-xogħol tiegħu ta' Ministru. U ngħidu dan bis-serjetà. Mhux sew. U min jieħu għalih jista' jieħu għalih kemm irid, għax jafu li għandna raġun biex inbigħu. Politiku, politiku. U ma jistax jagħmilha ta' xi ħaġa oħra. Il-każ ta' Amanda Muscat u każijiet oħra