Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Uħud mill-aqwa artisti Ewropej fit-Teatru Manoel fis-serata Haydn & Mendelssohn Il-Malta Philharmonic Orchestra se terġa' toħloq serata unika fit-Teatru Manoel li wieħed żgur m'għandux jitlef. Dan l-ispettaklu se jkun taħt id-direzzjoni tad- Direttur tal-orkestra mill-aktar enerġetika, Anu Tali, li bis-saħħa tal-ħila u l-entużjażmu tagħha dejjem tħalli l-pubbliku bla kliem. Waħda mis-sorpriżi ewlenin tal-lejla se jkun il- Cantus Arcticus tal-kompożitur Finlandiż Rautavaara. Ix-xogħol mhux tas-soltu tiegħu, li jarmonizza l-ħsejjes naturali tal-għasafar mal-mużika tal-orkestra, se jgħinek tħossok bħallikieku l-ġungla waslet ħdejk hi, taħt l-arkati storiki tal-Manoel. Imma dan mhux kollox! Is-solista Brittanika ċelebri Matilda Lloyd se tkun il- protagonista ta' waħda mill-aktar siltiet imfittxija għal min iħobb il-mużika klassika, it-Trumpet Concerto ta' Haydn. Imbagħad, ikun wasal il-mument tal-kbir Felix Mendelssohn, bis-Sinfonija Nru. 3, jew kif inhi magħrufa aħjar, e Scottish. Din is-sinfonija kienet ispirata mill- vjaġġ tiegħu lejn l-Iskozja, u tirrifletti bil-kbir l-immaġni drammatiċi tal-pajsaġġi u l-ġmiel b'mużika ħajja, qrib in-natura mistika ta' dik l-art misterjuża. Il-kunċert se jsir il-Ġimgħa 29 ta' Novembru fit-Teatru Manoel, u min irid jidħol f 'dan il-vjaġġ emozzjonali għandu jibbukkja minn issa fuq teatrumanoel.mt. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar id-dettalji tat-13-il edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival, li se jsir bejn id-9 u l-25 ta' Jannar 2025. Il-Ministru Bonnici stqarr li l-Valletta Baroque Festival għandu importanza kbira għall-pajjiż, kemm għax jgħin biex jippreserva u jippromovi l-wirt kulturali u artistiku Malti, kif ukoll għax iġib flimkien artisti ta' kalibru internazzjonali li jesebixxu l-aqwa talent tagħhom f 'Malta. Huwa enfasizza li dan il-festival jagħti ħajja ġdida lil bosta siti storiċi Maltin, u jinħoloq ambjent fejn il- mużika u l-arkitettura jingħaqdu biex joffru esperjenza kulturali unika għall-udjenzi lokali u barranin. Il-Ministru Bonnici żied jgħid li Festivals Malta, permezz ta' dan il-festival, qed tirnexxi mhux biss fil-qasam kulturali, iżda wkoll fil-qasam ekonomiku billi tiġbed turisti lejn Malta f 'dan l-istaġun tas-sena. "Il-Valletta Baroque Festival huwa pass importanti għalina biex inkomplu nsaħħu r-rikonoxximent internazzjonali ta' Malta bħala destinazzjoni ta' kultura u arti ta' kwalità," qal il- Ministru Bonnici, waqt li faħħar lill-ħaddiema ta' Festivals Malta għall-impenn tagħhom fit- tħejjijiet għal din l-edizzjoni. Min-naħa tiegħu, Aaron Zahra, Chairman ta' Festivals Malta, sostna, "Festivals Malta hija impenjata bi sħiħ biex tippromovi l-wirt kulturali tagħna, filwaqt li tipprovdi pjattaforma għall- artisti lokali u internazzjonali. Il-Valletta Baroque Festival huwa eżempju perfett ta' dan l-impenn, li jippermettilna nuru, mhux biss it-talent tal-mużiċisti, iżda wkoll postijiet mill-isbaħ li huma parti integrali mill-wirt tagħna." Frans Agius, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, qal hekk: "kburin li naraw artisti Maltin fuq il-palk prinċipali ta' festivals internazzjonali bħalma huwa l-Valletta Baroque Festival. Din is-sena se naraw il-vjolinist Malti Carmine Lauri flimkien mal- Malta Philharmonic Orchestra taħt it-tmexxija ta' Michael Laus, bis-sehem ukoll ta' Charlie Siem, l-Abos Project & Consort taħt id-direzzjoni tal-ispeċjalista tal- mużika Barokka mill-Brażil Bruno Brocorpio, u l-Valletta Baroque Ensemble taħt id-direzzjoni ta' Steven Devine." Taħt id-direzzjoni artistika ta' Kenneth Zammit Tabona, il- festival ta' din is-sena se jkollu firxa spettakolari ta' preżentazzjonjiet minn artisti u ensembles distinti fi wħud mill-postijiet l-aktar maestużi ta' Malta. Zammit Tabona spjega li s-sena 2025 timmarka t-triċentinarju tal-mewt ta' Alessandro Scarlatti u għalhekk il-festival se jiaħ bl-oratorju tiegħu La Giuditta. L-għada, l-udjenzi jistgħu jgawdu Lachrimae Lyrae, ippreżentat minn Sokratis Sinopoulos fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Il-programm jinkludi wkoll lil omas Dunford u éotime Langlois de Swartese e Mad Lover u SIGNUM Saxophone Quartet li se jippreżentaw il-mużika tal- Amerika t'Isfel bil-Bachianas. Hemm ukoll kunċert vokali bit- titlu My Voyage to Italy minn Samuel Mariño ma' Concerto de' Cavalieri. Permezz ta' dan il-festival l-udjenzi jistgħu jgawdu minn firxa ta' stili u gruppi mużikali bħal Musica Antiqua Latina bil-Combattimento 400, u x-xogħlijiet ta' Monteverdi li ndaqqu minn Voces Sauve. e Malta Philharmonic Orchestra se tippreżenta wkoll Bach Violin Concertos b'solisti ta' fama internazzjonali Charlie Siem u Carmine Lauri. Kunċert speċjali f 'din l-edizzjoni se jkun qed jiċċelebra l-għeluq it-80 sena ta' William Christie ma' Les Arts Florissants fl-24 ta' Jannar, li jiċċelebra wieħed mill- aktar figuri influwenti tax-xena tal-mużika barokka. Kenneth Zammit Tabona kompla jispjega li l-festival se jospita wkoll interpretazzjoni minn KorMalta ta' Missa Papae Marcelli ta' Palestrina f 'ġieħ il-500 sena anniversarju tal-mewt tiegħu. Filwaqt li t-tfal jistgħu jgawdu l-kunċert bl-isem Sound Explorers fid-19 ta' Jannar, li se jintroduċi l-ġenerazzjoni li jmiss għall-ġmiel tal-mużika barokka. Il-festival se jsir madwar diversi postijiet storiċi, fosthom il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Knisja ta' Lapsi, u l-Palazz tal-Verdala. Il-Valletta Baroque Festival se jittella' bejn id-9 u l-25 ta ' Jannar 2025 u huwa organizzat minn Festivals Malta b'kollaborazzjoni ma' Teatru Manoel, u appoġġjat minn Visit Malta. Titnieda t-13-il edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival