Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457
13 arti u kultura IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti The New Victorians joħorġu album tal-Milied bl-isem ta' 'Ninni ', irrekordjat kollu fil-kappella ta' Bir Miftuħ Imnedija l-ewwel kollezzjoni ta' opri tradotti bil-Malti Il-grupp ta' aħwa kantanti magħrufa bħala e New Victorians għadhom kif ħarġu album ġdid tal-Milied bl-isem "Ninni – Album tal-Milied" disponibbli fuq il- pjattaformi diġitali kollha. Dan l-album huwa speċjali għax jinkludi 11-il għanja tal- Milied Maltija interpretati mill-ġdid, kollha rrekordjati live minn ġol-kappella storika ta' Bir Miuħ fil-Gudja, bil-parteċipazzjoni ta' band ta' sitt membri. Fost il-kanzunetti magħrufa li jinsabu f 'dan l-album hemm "Ġesù Ħelwa Tarbija" u "Ninni La Tibkix Iżjed" li jerġgħu jġibu fiċ-ċentru t-tradizzjonijiet mużikali sbieħ ta' żmien il-Milied f 'Malta. Barra mit-tnedija tal-album, e New Victorians se jwettqu s-serje ta' kunċerti "Chapel Hop Concerts" bejn il-5 u t-8 ta' Diċembru, flimkien ma' kor multikulturali b'kollaborazzjoni mad-Delegat tal-Arċisqof għall-Kultura. Dawn il-kunċerti se jsiru f 'kappelli u postijiet storiċi intimi madwar Malta, u jagħtu lill-udjenzi opportunità unika biex jesperjenzaw il-maġija tal- kanzunetti tal-Milied Maltin b'mod ħaj u personali. Dan il-proġett ġie appoġġjat minn diversi entitajiet fosthom il- Farsons Foundation, Deloitte Foundation, Malta International Airport, APS Bank, Bolt, Best Team Audio, Visit Malta, Welbees, Olimpus, V Squared Media, u Din L-Art Ħelwa. Biljetti għas-serje ta' kunċerti "Chapel Hop Concerts" jistgħu jinkisbu mis-sit ShowsHappening.com. L-opra dejjem ġiet meqjusa bħala l-qofol tal-arti teatrali, madankollu, dejjem kien hemm vojt sinifikanti bejn ix-xogħlijiet li ttellgħu fuq il- palk u l-udjenzi li jitkellmu bil-Malti. Permezz ta' din il- pubblikazzjoni ġdida ta' Albert Marshall '9 Opri' qed tiġi indirizzata din il-lakuna b'disa' traduzzjonijiet ta' libretti ta' opri meqjusa bħala importanti u maħbuba, maqluba għall- Malti għall-ewwel darba. Ippubblikat minn Horizons, dan ix-xogħol għandu l-għan li jarrikkixxi l-esperjenza ta' dawk li fuq livell lokali jħobbu l-opera, b'mod li din issa hija aċċessibbli bil-lingwa nattiva tagħna, li jippermetti li nimuha u napprezzawha fuq livell aktar profond. "Għal ħafna żmien, kont konxju ta' din il-lakuna fl- aċċessibbiltà tal-opera bil-lingwa Maltija," spjega t-traduttur u l-kittieb. "Kont nattendi spettakli u nara udjenzi jammiraw il- programmi ppreżentati b'mod sabiħ, li ta' spiss ikollhom il- libretti inkorporati. Però dejjem kont nistaqsi jekk dawn l-udjenzi hux qegħdin jieħdu esperjenza kompleta. In-nisġa ta' opera tista' tkun pjuttost dettaljata, speċjalment meta jintuża l-Franċiż jew it-Taljan. Waqt li l-arias popolari jħallu l-effett tagħhom, ħafna drabi mbagħad tispiċċa tintilef il-profondità narrattiva tagħhom." L-idea wara '9 Opri' hi sempliċi, imma trasformattiva: bit-traduzzjoni ta' dawn il- libretti għall-Malti, il-proġett għandu l-għan li jagħti l-udjenzi l-opportunità li jimu b'mod komplet in-narrattivi kumplessi li jinstigaw bosta mix-xogħlijiet operistiċi ċelebri. Din l-inizjattiva ma saritx biex ix-xogħlijiet jittellgħu bil-Malti, imma aktar biex jiġi żgurat li l-udjenza tista' tiimhom u tapprezzahom fil- kuntest letterarju u kulturali tagħhom. "Ridt li t-traduzzjonijiet jibqgħu leali lejn ix-xogħol oriġinali, imma jkollhom ukoll libertà kreattiva," elabora Marshall. "L-intenzjoni tiegħi ma kinitx li nipprovdi traduzzjoni biex tittella' fuq il-palk, imma biex il-librett ikun disponibbli bil-Malti. Ma xtaqtx nirreplika l-istruttura ritmika oriġinali għax kieku din kienet tillimita r-rikkezza u l-isfumaturi tal-lingwa tagħna. L-għan tiegħi kien sabiex il- qarrejja japprezzaw in-narrattiva b'mod li jużaw '9 Opri' bħala wennies għal mal-ispettaklu oriġinali." Dawn id-disa' opri ntgħażlu minn Marshall għall-popolarità u l-importanza kulturali tagħhom għall-udjenza Maltija. Dawn huma: La Boheme, Carmen, Rigoletto, Tosca, La Traviata, Cavalleria Rusticana, Paljacci, Norma u Il Barbiere di Seviglia. Marshall żied jgħid li t-traduzzjonijiet dam jaħdem fuqhom kważi tliet snin, minħabba l-ammont ta' riċerka meħtieġa. "Dħalt fil-fond tal- idjoma u l-istil lingwistiku ta' kull librett, neżamina s-sottotesti, nirriċerka l-elementi lingwistiċi oskuri, u npoġġi l-lingwa f 'kuntest storiku." Din il-kollezzjoni hi unika fl-approċċ tagħha fejn tidħol l-esperjenza tal-qarrej. Fil-fatt, Marshall jissuġġerixxi li l-qarrejja jisimgħu r-reġistrazzjonijiet tal- opri fl-isfond waqt li jkunu qed jaqrawha. "L-opera hi arti li ħaqqha l-paċenzja, u l-fehim tal- kumplessitajiet fil-plott u l-karattri jieħu l-ħin. Billi wieħed jaqra t-traduzzjoni Maltija waqt li jisma' l-mużika, nemmen li dan jista' jgħin lil dawk li jħobbu l-opri jgawdu minn esperjenza aktar rikka." Din il- pubblikazzjoni għandha daħla mir-rinomat kantant tal-opri, Jose Cura. Fil-fatt, Cura wkoll kien ispirat mill-impatt potenzjali ta' dawn it-traduzzjonijiet u diġà qegħdin isiru pjanijiet biex din il- pubblikazzjoni tkun test ewlieni waqt sessjonijiet ta' taħriġ. Il-ktieb, li ġie mniedi waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta' din is-sena, hu disponibbli mingħand il-pubblikatur Horizons, kif ukoll mill-ħwienet tal-kotba lokali.