Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457
Il-films tax-xjenza fittizja sa mill-bidu nett taċ-ċinema kienu mfittxija mid- dilettanti ta' dan il-ġeneru. Il-furja waslet fis-snin ħamsin fejn, barra li dehru xi produzzjonijiet ta' livell għoli, ħarġu ruxxmata ta' xogħlijiet modesti b'baġits baxxi u ħin ristrett. Dan il-ġeneru li jinkorpora fih diversi tendenzi u aspetti mhux l-ewwel darba li jinfiltra ġo films tal- biża' jew tal-fantasija. Il-kwalità ta' dawn il-films qalbet għall-aħjar fil-bidu tas-snin sebgħin permezz tas-serje televiżiva Star Trek u bil-popolarità kbira ta' Star Wars. Nista' liberament insostni li l-kataklist għall-films tax-xjenza fittizja kien l-awtur Ingliż H. G. Wells bin-novella tiegħu e Time Machine. Matul is-snin fiċ-ċinema, il- mod kif wieħed isib ruħu fi żminijiet oħra rriżulta b'metodi varjati minn dak psewdo- xjentifiku ta' Herbert George Wells. Wells twieled nhar il-21 ta' Settembru 1866 fi Bromley Hill Street, Londra. Hu miet fit-13 ta' Awwissu 1946 f 'Hanover Terrace, Londra. Barra li kien awtur, għamel żmien bħala ġurnalista u kien ukoll soċjologu u storiku. L-aktar li baqa' msemmi hu għan- novelli tax-xjenza fittizja, e War Of e Worlds, e Time Machine, kif ukoll għal e Island Of Doctor Moreau li kollha ġew addattati, iżjed minn darba, għal fuq il-liżar ċinematografiku. Wells ġie minn familja fqira, u qatta' tfulitu fil-faqar. Sab ħafna xogħol temporanju ma' diversi negozji u l-edukazzjoni tiegħu waslet meta ta' 18-il sena fl-1883 rebaħ borża ta' studju għal Royal College Of Science, f 'South Kensington, Londra. Fl-1888 iggradwa mill-Università ta' Londra u beda jgħallem ix-xjenza. Għadda wkoll minn perjodu ta' mard u nuqqas ta' finanzi li ħżienu meta żżewweġ lil kuġintu, Isabel Mary Wells (l-ewwel mara tiegħu). Fl-1895 ġiet ippubblikata n-novella tiegħu e Time Machine li, għalkemm kienet l-ewwel waħda, ġabitlu suċċess minnufih. B'hekk beda sensiela ta' stejjer tax-xjenza fittizja li rrimarkawh bħala kittieb ta' oriġinalità liema bħalha b'maturità immensa ta' ideat. F'e Time Machine wera l-veduta skura ta' dinja li qed tmut ispirata mill- pessimiżmu u l-faqar ta' żmienu. Suċċess ieħor kbir kellu b'War Of e Worlds (1898), fantasija astronomika li biha rnexxielu jgħaddi l-immaġini tal-Marsjani fil-mitoloġija popolari. Dan il-ktieb ispira numru kbir ta' films dwar l-esplorazzjoni tal-ispazju, l-aktar lejn il-Pjaneta l-Ħamra (Mars). Għalkemm il-mezz ewlieni kif wieħed seta' jivvjaġġa fiċ-ċinema matul iż-żminijiet kien attribwit għal e Time Machine tan-novella ta' H. G. Wells li nħadmet darbtejn għal fuq il-liżar il-kbir u darbtejn oħra għal fuq it-TV, il-produtturi u l-kittieba taċ-ċinema sabu mezzi oħra adekwati, kultant sempliċi u anki skont ix-xjenza magħrufa temporanja, bħal xi black hole, time warp, xi portal misterjuż li jservi ta' passaġġ għal dinja oħra jew lejn il- passat u anki l-futur, jew għal xi avvenimenti mill-istorja ta' żmien ilu, jew xi katastrofu nukleari f 'ambjent distopiku. Daqqa fuq ras Bing Crosby kienet biżżejjed biex dan sab ruħu fl-Ingilterra tal-antik, f 'Camelot, fi żmien ir-renju tar Re Arturu fil- film A Connecticut Yankee In King Arthur's Court (1947) mill-istorja ta' Mark Twain. Fuq it-TV dehru e Langoliers (1995) u s-serje ta' Dr. Who fejn il-Magna taż-żmien ta' Tardis kienet tixbah kaxxa antika tat- telefown tal-pulizija. Sensiliet oħra televiżivi kienu jinkludu Land Of e Lost, It's About Time, e Time Tunnel, Sapphire & Steel, Voyagers, Quantum Leap, Seven Days, Time Trax, Mirror Mirror, Crime Travellers u Samurai Jack. Fil-film influwenti, imfittex mill-kritiċi, il- Franċiż La Jetee' (e Pier) (1962) jivvjaġġa lura fil-passat biex ibiddel il-futur. Fis-snin ta' wara dawn ix-xenarji rajniehom bosta drabi f 'xogħlijiet, anki b'mod spettakulari f 'films mimlija azzjoni, bħal Timerider (1982), e Terminator (1984), Trancers (1985), Terminator 2: Judgement Day (1991), Tancers II (1991), Timerunner (1993), Time Cop (1994), APEX (1994), f 'avventuri bħal World Without End (1956), e Yesterday Machine (1963), e Time Travellers (1964), Dr. Who And e Daleks (1965), Daleks: Invasion Earth 2150 A.D. (1966), Journey To e Center Of Time (1967), e Final Countdown (1982), Biggles's Adventure In Time (1986), Flight Of e Navigator (1986), Millenium (1989), Future Zone (1990), Timeline (2003), Hot Tub Time Machine (2010); f 'kummiedji bħal Fiddlers ree (1944), e ree Stooges Meet Hercules (1962), Time Bandits (1981), Peggy Sue Got Married (1986), is-suċċess Franċiż Les Visiteurs (1993) u l-verżjoni Amerikana, Just Visiting (2001), it-triloġija popolari Back to e Future (1989-91), Bill & Ted's Excellent Adventure (1989), Bill & Ted's Bogus Journey (1991); fi drammi bħal Turn Back e Clock (1933), Miss Morrison's Ghosts (1991), fejn żewġ turisti jaħsbu li raw lil Marie Antoinette f 'Versailles, e Philadelphia Experiment (1984), Navigator (1988) fejn ħaddiema medjevali jħaffru mina li tagħti għas-seklu 20, Twelve Monkeys (1995) fejn wieħed raġel jintbagħat lura fiż-żmien biex jiskopri s-sors ta' marda qerrieda li qed toqtol lill-umani u Frequency (2000), fejn it-tifel jagħmel kuntatt ma' missieru maħsub mejjet. 14 films IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici L-ivvjaġġar fil-passat u fil-futur matul is-snin L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Bing Crosby u Rhonda Fleming fil-film A Connecticut Yankee in King Arthur's Court L-attur Skoċiż David Tennant bħala id- disa' attur li jinterpreta l-parti ta' Doctor Who, is-serje televiżiva Ingliżi li ilha għaddej mis-sena 1963, sal-lum