MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista LEONID MCKAY Ġustizzja soċjali fil-konkret F tit ġimgħat wara l-baġit għas-sena 2025 nistgħu ngħidu li kien baġit li ġie apprezzat b'mod pożit- tiv u laħaq kunsens wiesa' fost is-soċjetà. Kull settur tas-soċjetà se jkun qed igawdi b'mod jew ieħor mill-progress ekonomiku ta' pajjiżna, bl-ikbar għajnuna mmirata lejn dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux igawdu kif xieraq billi jfendu għal rashom u dawk bi dħul medju. Iż-żidiet fil-pensjonijiet u ċ-children's allowance, titjib fl-in-work benefit u t-tnaqqis fl-income tax huma intiżi sabiex jerfgħu l-faxex medji u baxxi tas-soċjetà u jassiguraw għejxien diċenti għall-Maltin kollha. Għajnuna oħra bħal allowances għal fostering, għajnuniet għal dawk bi dħul baxx u allowances għal persuni b'diżabilità huma intiżi sabiex jiżguraw li setturi vulnerabbli bi ħtiġijiet partikolari ma jibqgħux lura. Barra miż-żieda fl-għajnuna u l-benefiċċji u t-tnaqqis fit- taxxa, tajjeb nosservaw li kien baġit fejn ma tneħħa jew ġie mnaqqas l-ebda benefiċċju. Ta' interess partikolari kien il-fatt li se nkomplu ngawdu minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Tajjeb ukoll nelenkaw uħud mill-miżuri li, għalkemm ma ngħatawx attenzjoni għaliex diġà kienu implimentati f 'baġits preċedenti, qed jiffurmaw pilastru dejjem ikbar mix-xibka ta' għajnuna soċjali mogħtija mill-Gvern. Analiżi tan-nefqa tal-Gvern turina li l-akbar żidiet sinifikanti fl-infiq bejn l-2023 u l-2025 kienu fuq l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli (żieda ta' 30%), il- politika soċjali (żieda ta' 23%), il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (żieda ta' 22%), u inizjattivi oħra tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u t-Tfal (żieda ta' 21%). Proprju matul din il-ġimgħa, il-Ministru responsabbli mill- akkomodazzjoni soċjali fisser kif il-benefiċċju tal-kera żdied matul is-snin fejn illum il- ġurnata n-nefqa tammonta għal €14.4 miljun fis-sena. Familji bl-aktar dħul baxx igawdu minn benefiċċju li jista' jlaħħaq sa €6,000 fis-sena. Barra minn hekk, il-Gvern qed jonora l-obbligu li refa' meta wettaq ir-riforma fil-kirjiet antiki b'għajnuna lil 1,500 familja li tammonta għal €4.8 miljun fis-sena. Ċifra li tidher baxxa meta mqabbla man-nefqa totali tal-Gvern, iżda li ħalliet impatt soċjali qawwi fejn dawn il-persuni, fil-maġġoranza anzjani, jistgħu jkomplu jgħixu b'mod indipendenti fil-komunità fejn għexu jew trabbew għal ħafna u ħafna snin. U forsi għax kienet riforma li ddaħħlet b'ħafna u ħafna sensittività li it nitkellmu fuqha. Ngħidha b'ħafna responsabbiltà. Kieku ma intervjeniex il-Gvern, kieku llum għandna kriżi soċjali. Iż-żidiet fl-infiq fuq għajnuniet soċjali oħra huma wkoll relatati ma' din it-tema. Matul dawn l-aħħar snin, il-Gvern Laburista nieda sensiela ta' għajnuniet sabiex persuni vulnerabbli jkunu jistgħu jkomplu jgħixu u jintegraw ruħhom fil-komunità tagħhom, speċjalment permezz ta' nisġa estensiva ta' ċentri għall- anzjanità attiva u ċentri oħra għal persuni bi ħtiġijiet speċifiċi. Biss, l-ikbar suċċess ta' dan il- baġit ma kienx biss fiż-żieda tal- benefiċċji jew it-tnaqqis fit-taxxa, iżda b'miżuri oħra li jagħtu sens ta' direzzjoni lill-pajjiż għas-snin li ġejjin. Ftit jiem ilu tħabbar li l-għajnuna għall-mediċina tal- kanċer mhux se tibqa' tingħata mill-Malta Community Chest Fund (MCCFF) iżda se tibda tingħata dirett mill-Gvern. Kienet miżura li ma tantx ġibdet l-attenzjoni tal-midja u tal-poplu fis-snin li għaddew, speċjalment għaliex il-Gvern kien qed jidħol għal din l-ispiża fis-skiet u jgħaddi miljuni ta' ewro lill- MCCFF. Il-Partit Laburista jemmen li huwa l-obbligu tal-Gvern li jiżgura għejxien xieraq lil kulħadd. Dak hu dritt sagrosant. Ġustizzja soċjali fil-konkret. Il-karità għandha sservi biss ta' forċina sabiex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni vulnerabbli f 'aspetti fejn l-għajnuna finanzjarja mhix biżżejjed. U f 'dan il-kuntest, din l-bidla hija ħafna aktar minn xi ħaġa kożmetika. Hija ħafna aktar minn flus se jiġu minn naħa flok minn oħra. Hija miżura ideoloġika. Ħadd ma għandu jitlob karità għal dak li għandu jieħu bi dritt. L-akbar sens ta' direzzjoni mogħti f 'dan il-baġit kien li rridu niffukaw l-enerġiji tagħna sabiex intejbu l-kwalità tas-servizzi offruta u l-prassi tax-xogħol tagħna. Matul dawn l-aħħar snin, ċerti setturi f 'pajjiżna saru dipendenti fuq l-influss kontinwu ta' ħaddiema barranin, partikularment dawk minn pajjiżi terzi b'mod regolari. Sfortunatament, it-tibdil ta' spiss fil-ħaddiema barranin li bosta drabi jdumu Malta inqas minn sentejn wassal għal tnaqqis fil- produttività u l-effiċjenza. Dan qed iwassal għal ċiklu vizzjuż fejn żieda fil-barranin twassal għal inqas effiċjenza li tirrikjedi l-impjieg ta' numru ikbar ta' barranin. Id-dipendenza fuq il-ħaddiema barranin hija dovuta għal diversi fatturi. M'għandix iċ-ċans li nispjega l-fatturi kollha. Forsi fattur ewlieni li it nitkellmu dwaru hija l-fertilità baxxa ta' pajjiżna. Fi it kliem, in-numru ta' trabi f 'kull familja qiegħed dejjem jiċkien. In-numru ta' trabi ilu inqas minn dak meħtieġ sabiex il-popolazzjoni tibqa' stabbli mill-1990 u issa laħaq livell minimu storiku. Fin-nuqqas ta' ħaddiema barranin, in-numru ta' ħaddiema jonqos bin-nofs f 'temp ta' żewġ ġenerazzjonijiet. Il-baġit jindirizza dan it-tnaqqis permezz ta' bosta miżuri fosthom bonus għat-twelid tat-tieled wild, bonus għall-adozzjoni, żieda fl- allowance għaż-żwieġ, inċentivi għall-in-vitro fertilization, paternity leave għal self- employed u żieda fl-allowance għall-fostering. Min isegwi l-politika soċjali u ekonomika, jaf sew li din il-materja hija sfida reali u serja ħafna. Naħseb li din hija waħda mill-akbar sfidi li għandna. Minkejja l-għajnuna sabiex jitrażżan it-tnaqqis tal- popolazzjoni Maltija, huwa fatt magħruf li pajjiżna se jkompli jeħtieġ numru ta' ħaddiema barranin għal bosta snin. Huwa importanti li ma naqgħux għan- narrattivà tal-politiċi tal-lemin estrem li jikkunsidraw lil dawn il-ħaddiema bħala ostaklu jew agħar minn hekk għedewwa. B'sodisfazzjon nara li l-Gvern Laburista b'mod konkret qed jagħti sens ta' direzzjoni fejn il-ħtieġa ta' ħaddiema barranin se titnaqqas, kemm permezz ta' titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema Maltin, kif ukoll billi niffukaw l-ekonomija fuq oqsma li jħallu valur aħjar għall-ħidma ta' kull ħaddiem. Dan kollu se jitwettaq b'politika msejsa fuq il-fatti li tikkunsidra l-ħtiġijiet ta' kull settur ekonomiku, u bi trattament dinjituż għall- ħaddiema barranin li jinsabu hawn Malta. Mhux b'kumbinazzjoni li l-baġit intlaqa' b'mod pożittiv. Mhux b'kumbinazzjoni li fl-aħħar 10 snin id-dipendenza soċjali naqset drastikament. U lanqas hu b'kumbinazzjoni li wħud jixtiequ jnessuh. "L-akbar sens ta' direzzjoni mogħti f 'dan il-baġit kien li rridu niffukaw l-enerġiji tagħna sabiex intejbu l-kwalità tas- servizzi offruta u l-prassi tax-xogħol tagħna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 November 2024