MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 Il-każ ta' Amanda Muscat jikxef beraħ l-abbuż tal-impjiegi politiċi ta' kulħadd Hekk kif l-iskandlu ta' Amanda Muscat, il-mara ta' Clayton Bartolo, daħal fit-tieni ġimgħa tiegħu, il-Gvern beda jitkellem dwar deputati Nazzjonalisti li huma impjegati mal-Gvern u ma jmorrux għax-xogħol jew inkella jiskartaw. L-ewwel mira kien Toni Bezzina li huwa impjegat tal- Gvern u li rarament jidher għax- xogħol. Indaġni mill-ILLUM ikkonfermat li Bezzina rarament ikun għax-xogħol. Infatti kemm- il darba jkun fuq sit privat bħala perit minflok. L-ILLUM setgħet tikkonferma li meta jmur ix-xogħol imur biex jimla l-fuel tal-karozza tiegħu li juża għal skopijiet privati. L-istess jingħad għal Justin Schembri, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Edukazzjoni, li skont indaġni oħra, kien ukoll ikun assenti mill-post tax-xogħol waqt li kien fid-Dipartiment tal-Eżamijiet. Huwa tmexxa biex jerġa' jkun edukatur fi skola fir-Rabat. Nies oħra mill-kamp Nazzjonalista li jaħdmu mal- Gvern jinkludu lil Graziella Galea, Robert Cutajar u David Agius. Fil-każ ta' Agius u Cutajar, il-gazzetta ma setgħetx tikkonferma jekk ikunux assenti jew le. Fil-każ ta' Graziella Galea, l-ILLUM ivverifikat li din dejjem tkun fuq il-post tax-xogħol. Din il-kwistjoni ta' min jattendi jew ma jattendix ix- xogħol waqt li jkun impjegat mal-Gvern u mħallas mit- taxxi tal-poplu, ma tnaqqasx mis-serjetà tal-każ ta' Amanda Muscat. Muscat hija persuna li ngħatat xogħol li għaliha ma kellha l-ebda kwalifiki, li ngħata lilha għax kienet min kienet, u fuq kollox, lanqas biss għamlitu. Wara dan kollu, wieħed irid jara jekk il-Gvern u l-Oppożizzjoni hux se jieħdu azzjonijiet konkreti biex jinbidlu l-proċeduri meta jiġu ingaġġati politiċi jew nies viċin tagħhom. Reference: PT008/24 Petromal Co. Ltd. is issuing the following tender: CALL FOR TENDERS Further information may be obtained by visiting our website www.enemed.com.mt or by sending an email on tenders.enemed@enemed.com.mt Petromal Company Ltd LAP121, Luqa Aviation Park, Vjal L-Avjazzjoni, Luqa T (356) 2220 8230 | M (+356) 9943 0035 | E info@petrmal.com.mt | W enemed.com.mt Tender for the Cleaning and Waste Removal, as Part of Decommissioning Works, at the San Lucjan Terminal, in Qajjenza Opening Date: 18th November 2024 Closing Date: 6th December 2024 at 12:00 PM CET. Toni Bezzina, Justin Schembri, David Agius, Robert Cutajar u Graziella Galea huma kollha Deputati Nazzjonalisti li jaħdmu mal-Gvern jew ma' entitajiet tal-Gvern Il-ministru Clayton Bartolo ma' Amanda Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 November 2024