MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 05 ta' Amanda Muscat kien hu li keċċieha, allura jaqbel li l-Ministri "għaffġuha." "U nixtieq inkun naf jekk kienx jaf x'ħa jagħmlu qabel. Ċar li dawn il-U turns u deċiżjonijiet inspjegabbli qed iħallu togħma morra f 'ħalq in-nies. Kuntratt ta' 70 elf mhux ċajta u li jingħata lil min m'għandux il- ħiliet altru milli żball imma huwa suspettuż a priori. It-taħwid li qed naraw inkredibbli." Azzopardi fakkar kif ġie "illeġittimizzat l-ammont infinit ta' persons of trust," nies li jiġu appuntati jmexxu entitajiet b'pagi fenomenali mingħajr għajta tal-impjieg ta' xejn u ġieli lanqas kompetenzi. "Insomma dan każ ieħor li jkompli jikkonferma li fil-governanza dan il-Gvern għandu inflazzjoni kbira," Azzopardi temm jgħid. JASON MICALLEF: 'L-OPPOŻIZZJONI NAZZJONALISTA HI FOST L-AKTAR DGĦAJFA MINN DAWK LI NIFTAKAR JIEN' Għal kuntrarju tal-persuni l-oħra li kellmet il-gazzetta ILLUM, Jason Micallef irriuta jwieġeb għall-mistoqsija dwar x'kien jagħmel hu kieku kien fil-pożizzjoni tal-Prim Ministru Abela. Filwaqt li kliemu kien pjuttost fjakk fejn jidħol l-iskandlu per se, Micallef kritika bl-aħrax lill-Oppożizzjoni, li skontu, "hi fost l-aktar dgħajfa minn dawk li jiftakar hu. "Jien ma nweġibx għal mistoqsijiet ipotetiċi. Min-naħa l-oħra, jien dejjem fhimt li r-risposta tal-Prim Ministru kienet ibbażata fuq il-ġudizzju tiegħu, u x'jaf fuq il-każ inkwistjoni," Micallef beda fil-kumment tiegħu lil dan il-ġurnal. "Fuq is-sitwazzjoni ġenerali tkellimt pubblikament f 'aktar minn okkażjoni waħda. Għandek pajjiż fejn l-ekonomija għadha waħda b'saħħitha, u se tkompli tikber skont l-aħħar statistika tal-UE tal-aħħar jiem. Dan bid-differenza tal- maġġoranza assoluta tal-pajjizi fl-UE. Fl-istess waqt, għadu kif kellna baġit soċjalment b'saħħtu ħafna b'miżuri soċjali favur il-poplu bla preċedent. Filwaqt li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u dawk tal-fuels huma l-orħos fl-Ewropa kollha, min-naħa l-oħra, il-Gvern irid juri ħeġġa akbar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti kapitali, u investiment ġdid f 'pajjiżna. F'bosta okkażjonijiet hemm proġetti kapitali li ilhom iż-żmien biex jibdew, u dan mhux sew." "L-oppożizzjoni Nazzjonalista hi fost l-aktar dgħajfa minn dawk li niftakar jien kemm ilni naħdem jew insegwi l-politika f 'pajjiżna. Ma toffri xejn għajr negattività, u taqbeż fuq kull karru skont xi jkun għaddej fil-media soċjali biex forsi tiskorja ftit punti politiċi, bla ma toffri alternattivi ekonomiċi, soċjali, jew viżjoni fit-tul għal pajjiżna. Oppożizzjoni li tixbah lil dik il-karozza li t-tajers tagħha jinqabdu fit-tajn u jduru fil-vojt bla ma tiċċaqlaq pulzier." ARNOLD CASSOLA: IL-PRIM MINISTRU HUWA HU STESS PARTI MILL-PROBLEMA BILLI JARA KIF JIĠĠUSTIFIKA L-ĦAŻEN KOLLU Il-politiku indipendenti, li qed jispira li jiftaħ il-partit tiegħu, qal li ma jaqbel xejn ma' kif il-Prim Ministru Robert Abela rreaġixxa fil-konfront taż-żewġ Ministri inkwistjoni. "Il-Prim Ministru huwa hu stess parti mill-problema billi jara kif jiġġustifika l-ħażen kollu. Huwa ħati li nnormalizza l-imġiba arroganti u klijentelistika tal- ministri tiegħu," Cassola qal. Żied jgħid illi kieku kien hu fiż-żarbun ta' Abela, ma kienx jeħli ħin, u jkeċċi lil Bartolo u lil Camilleri minnufih. Mistoqsi x'jidhirlu mis-sitwazzjoni b'mod ġenerali, Cassola qal "We have gone to the dogs." "Meta jkollok Prim Ministru li jiġġustifika t-tbagħbis ta' ċertifikati mediċi biex tisraq benefiċċji soċjali li ma jistħoqqlikx; meta jasal biex jiġġustifika s-serq ta' 70,000 ewro billi sempliċement tgħid "sorry"; meta jasal biex jgħawweġ il-fatti u jigdeb biex jgħatti l-ħmieġ taż- żewġ Ministri tiegħu ... ma tistax taqa' fil-baxx iktar minn hekk," Cassola qal lill-ILLUM. Cassola temm jgħid li hu jaqbel perfettament mad-Deputata Laburista Rosianne Cutajar, għax "dan hu eżempju ċar ta' "kulħadd jitħanżer". Il-Prim Ministru Robert Abela Jason Micallef Arnold CAssola

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 November 2024