MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 07 'Jeżisti żbilanċ, b'negozji Maltin iħallsu 35% taxxa u negozji barranin iħallsu taxxa effettiva ta' 5%' MARIANNA CALLEJA IL-GVERN WIEGĦED LI JNAQQAS IT-TAXXA KORPORATTIVA MATUL IL-KAMPANJA ELETTORALI TAL- 2022, IŻDA DAN GĦADU JRID JIMMATERJALIZZA. LIEMA TEMMEN LI HU L-OSTAKLU EWLIENI LI JWAQQAF DIN IL-WEGĦDA MILLI TITWETTAQ, U KEMM HU IMPORTANTI GĦAN- NEGOZJI LOKALI LI DAN IT-TNAQQIS JIĠI IMPLIMENTAT KEMM JISTA' JKUN MALAJR? Din kienet wegħda li l-Kamra għan- Negozji mill-ewwel appoġġjat anke għaliex kienet diġà għamlet din il-proposta aktar qabel. Tajjeb li wieħed jinnota wkoll li anki l-oppożizzjoni kienu wiegħdu proposta simili. Nemmnu li t-taxxa korporattiva hija waħda għolja u għaldaqstant nemmnu li wasal iż-żmien li din titnaqqas, kif fil-fatt kien imwiegħed, anke għaliex f 'dan l-istadju qed jeżisti żbilanċ bejn negozji Maltin u negozji barranin, b'negozji Maltin iħallsu 35% taxxa u negozji barranin iħallsu taxxa effettiva ta' 5%. F'din il-wegħda nemmnu bis-sħiħ, kemm minħabba li ttaffi l-impatt fuq in-negozji, imma wkoll għaliex kif ġara f 'każi preċedenti bħal meta tnaqqset it- taxxa fuq il-kera, meta titnaqqas it-taxxa, il- Gvern jibda jdaħħal aktar f 'Taxxa u b'hekk dawn huma ta' benefiċċju fuq diversi aspetti. Inħeġġu lill-Gvern biex din il-wegħda tiegħu stess iwettaqha mill-aktar fis. KIF TARAW IT-TNAQQIS TAT-TAXXA KORPORATTIVA BĦALA STIMOLU GĦAT-TKABBIR EKONOMIKU U L-KONFORMITÀ TAN-NEGOZJI, SPEĊJALMENT GĦALL-SMES F'MALTA? It-tnaqqis fit-taxxa korporattiva, apparti li tibda tindirizza l-iżbilanċ li jeżisti ma' negozji barranin preżentement, nemmnu li se tagħti stimolu kbir għat-tkabbir ekonomiku. Kif spjegajna diversi drabi, il-flus li n-negozji jiffrankaw f 'każ ta' tnaqqis fit-taxxa, in- negozji jerġgħu jinvestuhom f 'titjib għan- negozji tagħhom jew investimenti oħra. Mill- aspett ta' konformità, it-tnaqqis fit-taxxa korporattiva jinċentiva n-negozji jkomplu jkunu f 'konformità u dawk li bħalissa forsi mhumiex konformi, żgur li t-tnaqqis fit- taxxa korporattiva se tagħmilha diffiċli u mhux vijabbli li wieħed ma jkunx konformi. Tajjeb wieħed jgħid ukoll li l-intrapiżi huma inklinati jkollhom jaraw li jerġgħu jinvestuh biex ikabbru n-negozju tagħhom. KIF TAĦSEB LI L-LIĠIJIET IL-ĠODDA LI JIRRIKJEDU L-APPROVAZZJONI TAL-KONDOMINJU GĦAL RENTAL AIRBNB SE JAFFETTWAW LIL SMES? JEW TAĦSEB LI MHUX SE TAFFETTWA TANT? Dak li nafu aħna huwa dak li smajna fil-mezzi tax-xandir u f 'dan l-istadju ma saret l-ebda diskussjoni interna fil-Kunsill Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u lanqas mas-settur konċernat. Nistennew ukoll li l-awtoritajiet jikkonsultaw magħna fuq dan it-tibdil propost. Madankollu l-Kamra dejjem emmnet f 'suq ħieles u l-bidliet fir-regoli li ssemmew żgur li se jaffettwaw persuni jew negozji li ddeċidew jinvestu fi proprjetà f 'dan is-settur fil-passat. Wieħed irid jara li jekk dawn in- nies li investew, f 'daqqa waħda ddaħħlilhom restrizzjonijiet ġodda, dan jista' jwassal biex ikollok riperkussjonijiet negattivi, kemm għal min investa, kif ukoll għal min jaħdem f 'din l-industrija. Huwa importanti li wieħed jara li ma jixxokkjax settur billi jimplimenta tibdil immedjajt jew mingħajr perjodu tajjeb ta' tranżizzjoni. KELLEK IL-MINISTRU GĦALL- EKONOMIJA STESS JGĦID LI T-TEKNOLOĠIJA TISTA' TKUN POSSIBBILTÀ SABIEX INNAQQSU L-ĦADDIEMA BARRANIN, BILLI TOĦDILHOM POSTHOM IT- TEKNOLOĠIJA U L-IA. TARAHA BĦALA XI ĦAĠA POSSIBBLI? It-trasformazzjoni diġitali u l-impatt tagħha fuq id-dinja tax-xogħol hija realtà li r-riċerkaturi ilhom iwissu dwarha f 'dawn l-aħħar snin. L-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq l-ekonomija x'aktarx li jibqa' u jkompli jiżdied, u dan jirrikjedi li dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet interessati jimu aħjar il-kumplessitajiet ta' din il- bidla, li hi "probabbli li tikkawża tfixkil kbir fuq il-post tax-xogħol tal-futur" (De Villiers, 2021), trasformazzjoni rivoluzzjonarja enormi u vasta (Kommunuri, 2022) u "inċertezza kbira għall-futur tax-xogħol" (Singh et al., 2022). Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji fid-dokument tal-proposti għall-Budget 2025 irreferiet ukoll għal riżultati ta' riċerka internazzjonali, b'rapport ippubblikat minn Dell Technologies u miktub mill-Institute for the Future (IFTF) jistma li 85% tal- impjiegi li se jeżistu fl-2030, għadhom ma ġewx ivvintati. Ir-Rapport Future of Jobs tal-Forum Ekonomiku Dinji (2020) iwissi li d-dinja tax-xogħol qiegħda quddiem tfixkil kbir f 'perjodu ta' żmien qasir. Rapporti mill- Università ta' Oxford jistmaw li 47% tal- impjiegi attwali se jieqfu jeżistu sal-2033. Singh et al., (2022) jiddiskutu li dan ix- xenarju tan-negozju li qed jinbidel, li ġie aċċellerat ukoll mill-pandemija COVID-19, qed ifassal mod ġdid ta' kif naħdmu u se jittrasforma t-"tliet W" – ix-xogħol, il- forza tax-xogħol u l-post tax-xogħol. Huwa għalhekk importanti li wieħed jara kif jista' jsaħħaħ il-proċessi tiegħu, iżid l-automation u possibilment inaqqas il-bżonn li jiddependi fuq riżorsi umani addizzjonali biex isir ix-xogħol. FID-DISKUSSJONIJIET KONTINWI DWAR ID-DIĠITALIZZAZZJONI TAN- NEGOZJI, LIEMA OPPORTUNITAJIET U SFIDI TARA L-AKBAR GĦALL-SMES FL-ADOZZJONI TAT-TEKNOLOĠIJI ĠODDA? Fuq l-aspett tad-diġitalizzazzjoni għad fadal xi jsir, mill-aspett ta' għajnuna biex in- negozji jagħmlu dan il-pass hemm bżonn aktar għajnuna u tkompli tikber l-isfida tal-ħaddiema u ħaddiema li jkollhom il- ħiliet neċessarji fis-settur li qed jaħdmu. Dawn huma sfidi li bir-rieda u l-għajnuna tal-partijiet kollha jistgħu jkunu megħluba għall-ġid tan-negozji Maltin. Nemmnu li hemm bżonn aktar edukazzjoni u għarfien fejn tidħol id-diġitalizzazzjoni u l-IA. Apparti dan, nemmnu wkoll li għandhom jitkomplew jittejbu l-fondi u l-iskemi fis-seħħ biex dejjem inqarrbu aktar it- teknoloġija mal-intrapriżi. KIF TAĦSEB LI L-ĦOLQIEN TA' OMBUDSMAN GĦALL- PROCUREMENT PUBBLIKU JISTA' JGĦIN BIEX JIĠI RRANĠAT IL-PROĊESS TAT-TENDERS, U X'IMPLIKAZZJONIJIET IKOLLU GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI F'MALTA? X'INHUMA L-ISFIDI LI QED JILTAQGĦU MAGĦHOM NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI META JAPPLIKAW GĦAL TENDERS? In-nuqqas ta' trasparenza fit-tenders tal- Gvern hija kwistjoni li tkun riflessa f 'kull riżultat tal-SME Barometer li sar mill-Malta Chamber of SMEs. F'dan l-irwol il-ġdid ta' Ombudsman għall-Procurement Pubbliku nemmnu li huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, imma mhux biżżejjed. Irridu naraw ukoll li x-xogħol jinqasam bejn ħafna negozji u mhux bejn wieħed jew dejjem l-istess kumpaniji. Ħafna drabi niltaqgħu ma' numru ta' każijiet li tenders ħabba l-valur tagħhom ma jkunux aċċessibbli għal negozji żgħar u medji u jkunu jistgħu jintlaħqu biss minn min jiflaħ. Għalhekk aħna nipproponu li fejn hu possibbli, it-tenders jinqasmu f 'lottijiet separati li jagħmilha iktar aċċessibbli biex in-negozju ż-żgħir jaċċessah. KIF QED TBASSRU LI JKUN IX- XOGĦOL FIL-BLACK FRIDAY? F'dan l-istadju għadu kmieni, iżda kif anke indikaw riżultati oħra matul din is- sena, jidher li n-negozji qed jesperjenzaw bejgħ sodisfaċenti u għaldaqstant nemmnu li dan se jkompli matul iż-żmien tal-Black Friday u l-festi tal-Milied. Black Friday hija opportunità tajba li kull sena n-negozji Maltin qed ikomplu jipparteċipaw dejjem aktar għaliha. Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji temmen ħafna f 'din l-inizjattiva u tħeġġeġ in-negozji jsgħmlu offerti tajbin biex jattiraw in-nies lejhom. Il-Kamra għan- Negozji Żgħar u Medji fil-fatt torganizza wkoll kampanja ta' promozzjoni għal din il- ġurnata, kif ukoll toffri l-pjattaforma www. blackfriday.mt fejn in-negozji jkunu jistgħu jippromovu l-offerti tagħhom, filwaqt li l-klijenti jistgħu jirbħu numru ta' vouchers kuljum.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 November 2024