Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457
10 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum opinjoni Mill-Uffiċċju Komunikazzjoni PN CHRISTINE AMAIRA Tħallihomx jibqgħu jitħanżru minn fuqek F i żmien il-COVID ħafna minna ħadmu mid-dar. Ma kienx l-isbaħ żmien. Ilkoll xi it jew wisq, f 'xi ħin jew ieħor ħassejna s-sikkatura li ma stajniex niċċaqalqu kif ridna. Illum erġajna lura għan- normal. Però xorta bqajna ma nistgħux niċċaqilqu kif irridu, għax toħroġ xħin toħroġ kważi ċert li se teħel fit-traffiku xi mkien. Imma waqt li l-ħaddiem Malti ta' kuljum jaffaċċja sriebet twal ta' karozzi u jaħli ħafna ħin wieqaf fit-traffiku biex jasal għax-xogħol u jaħdem, hawn min ma jeħilx fit-traffiku, għax il-job tagħha fantażma, bħalma fantażma hu l-uffiċċju li suppost ħadmet fih. Li mhumiex fantażma huma s-€70,000 li ħadet minn bwiet il-ħaddiem Malti (dak l-istess wieħed li jeħel fit-traffiku, imur jagħmel xogħlu, u jerġa' jeħel fit-traffiku) talli ma għamlet assolutament xejn. Il-job fantażma li ngħatat Amanda Muscat minn żewġha l-Ministru Clayton Bartolo f 'konfoffa mal-Ministru Clint Camilleri, kien biss mod kif din tingħata promotion bla interview, għal job ta' konsulenta li għalih ma kellhiex kwalifiki u li qatt ma għamlet, qatt ma setgħet tagħmel, u li jidher li qatt ma kellha l-intenzjoni li tagħmel. Iż-żgħażagħ tagħna qed jgħixu taħt Gvern li 11-il sena ilu tela' bl-għajta ta' "jgħodd x'taf u mhux lil min taf ". Imma llum l-istess Gvern għandu Ministri li minn wara dahar il-poplu jiiehmu kif se jiffrodaw lill- poplu biex jibqgħu jitħanżru. X'tip ta' motivazzjoni qed jagħti dan il-Gvern liż-żgħażagħ tagħna biex ikomplu jikbru fl- istudji tagħhom, meta jaraw li min hu kkwalifikat biex jagħmel ix-xogħol jitwarrab biex ikunu jistgħu jgawdu l-Ministri u l-ħbieb tagħhom? Il-messaġġ li qed jgħaddilhom, minflok mhu "studja ħalli tikber fl-għerf u tiaħ il-bibien", hu "indiehes mal-Ministri ħalli tpappiha (anke jekk ma ħaqqekx) minn fuq dahar il-kumplament tan-nies". Dawk kollha li jgħixu f 'ambjent ta' familja, fejn l-adulti jridu jipprovdu għall-ulied, u jridu jaraw kif se jqassmu d-dħul tagħhom biex jgħajxu lil dawk li jiddependu fuqhom, ta' kuljum qed jaraw Gvern li moħħu biex jindokra lill-erbgħa ta' madwaru, u jiddefendihom meta jisirqu lill- poplu f 'wiċċu. Kif jista' qatt jiem dan il- Gvern xi tfisser li toqgħod attent x'tonfoq? Dal-Gvern ilu ħafna li nqata' mir-realtajiet tan-nies. Ma jistax jiem minn xiex jgħaddi min irid jara fejn se jonfoq kull sold. Waqt li ħafna qed jiġġieldu l-għoli tal-ħajja, huma qed ikomplu jitħanżru u jiddefendu lil xulxin ħalli jkomplu jitħanżru. L-anzjani tagħna li ħadmu u stinkaw ħajjithom kollha, u li ħallsu t-taxxi bit-tama li fl- anzjanità tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti, illum qed ikollhom iqanqċu biex jixtru l-mediċini out of stock. Ħafna qed ikollhom imorru privat għand it-tabib għax il-waiting lists fl-isptarijiet ma jispiċċaw qatt. Bosta qed jgħixu fuq pensjoni li mhux dejjem twassal, għax il-ħajja qiegħda dejjem togħla. U dawn l-anzjani tagħna jibqgħu jaraw lil Robert Abela jiddefendi lil min, flok qed jaħdem għalihom, qed jaħdimhom. Jekk int wieħed minn dawk li l-Ministru jew xi ħadd qrib tiegħu ikkonvinċiek tieħu benefiċċji li ma kienx ħaqqek, u llum tinsab b'sentenza fuq rasek, qed tara lil dawk li ppruvaw jixtruk jiddefendu lil xulxin, filwaqt li lilek ħallewk tegħreq. Jekk int waħda minn dawk li tawk post imma rabtuk li l-vot tagħtih lill-Ministru, imbagħad daħħluk f 'basla għax ġegħluk tbiddel l-indirizz qabel iż-żmien, qed tara lill-Ministru komdu komdu fuq is-siġġu tiegħu, u int bi msarnek f 'saqajk tielgħa u nieżla l-Qorti. Ilkoll kemm aħna qed ngħixu taħt Gvern li wegħedna Malta Tagħna Lkoll. Illum nafu li Malta tagħhom biss. Tagħhom u ta' dawk li jridu huma. Biss. Qed ngħixu taħt Gvern li kien wegħedna li kien se jgħodd dak li nafu, mhux lil min nafu. Illum nafu li terms and conditions apply. Qed ngħixu taħt Gvern li issa bħal donnu stenbaħ, u qed iwegħedna li se jagħtina pajjiż ta' kwalità. Imma llum it huma dawk li għadhom jaħsbu li l-istess Gvern li ħoloq daqstant problemi jista' jsolvihom. Din il-ġimgħa kellna f 'pajjiżna l-konvenzjoni SiGMA. Din hi konferenza importanti ferm għal pajjiżna li fiha tiġbor il- krema tal-industrija tal-gaming. Industrija li Gvern Nazzjonalista tal-imgħoddi kellu l-foresight u l-kapaċità li jattiraha lejn pajjiżna u li sal-lum tħalli ħafna frott. Imma l-poplu spiċċa aktar jitkellem dwar it-traffiku li nħoloq b'din il-konferenza, milli dwar il-konferenza nnifisha. Għaliex? Għax Gvern Laburista ra sal-ponta ta' mnieħru. Kabbar il-popolazzjoni mingħajr ma ħaseb. Bħal koppja li xtrat dar b'kamra tas-sodda waħda u ddeċidiet li jkollha għaxart itfal. Il-poplu xeba' u għeja bi Gvern li jiakar fih biss meta jiġi għall-vot. Xeba' u għeja bi Gvern li jipprova jgħaddih biż-żmien waqt li huma jiffangaw. Xeba' u għeja bi Gvern fejn ta' ġewwa stess jgħidu bihom għax kollha jitħanżru. Il-poplu nhar it-Tnejn se jitkellem. Nhar it-Tnejn fis-6pm, quddiem il-Parlament, se jfakkar lil Robert Abela u 'l sħabu li l-poplu kien, għadu u jibqa' sovran. "Il-poplu xeba' u għeja bi Gvern li jiftakar fih biss meta jiġi għall-vot. Xeba' u għeja bi Gvern li jipprova jgħaddih biż- żmien waqt li huma jiffangaw. Xeba' u għeja bi Gvern fejn ta' ġewwa stess jgħidu bihom għax kollha jitħanżru."