MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 942 €1.25 IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 INTERVISTA MA' ALEX BORG, KELLIEM TAL-PARTIT NAZZJONALISTA GĦAL GĦAWDEX PAĠNI 6 - 7 L-OPINJONI TAL-CARITAS U RELEAF DWAR IL-LIĠI TAL-KANNABIS, KWAŻI SENTEJN WARA LI ĠIET DIKRIMINALIZZATA ACE tappella għal tnaqqis fil-VAT biex is-Settur tal-catering isir aktar kompetittiv MINGĦAJR BARRANIN, KOLLOX JIKKROLLA PAĠNA 9 Minflok ma jindirizzaw il-babaw tal-barranin, il-politiċi Maltin qed ikomplu jkantaw il-kanzunetta ta' xi wħud fil-pubbliku dwar il-barranin, bil- konsegwenza li ħafna negozji qed jgħidu li mingħajr il-barranin kollox jikkrolla. Intant, ħafna assoċjazzjonijiet ta' min jirrappreżenta negozji mmexxija minn kapijiet eżekuttivi li qatt ma mexxew negozji personalment, qed jirrepetu l-kantaliena li l-popolazzjoni trid tiġi mrażżna minkejja l-fatt li ħafna mill- membri tagħhom jiddependu fuq il- ħaddiema barranin biex imexxu l-azjendi tagħhom. Kien Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li xejjer il-bandiera tal- popolazzjoni kbira, diskors tradizzjonali tal-partiti tal-lemin. Argument li kien bdieh Adrian Delia, il-kap ta' qabel Grech. Huwa minnu li mis-sondaġġi jidher li t-tħassib ewlieni tal-pubbliku hija l-preżenza tal-barranin f 'Malta. Imma ħadd ma jinnega li dawn jagħmlu xogħol li għalih m'hemmx Maltin. Dan it-tħassib u l-fatt li l-Labour ma kienx sejjer tajjeb, la fis-sondaġġi u lanqas fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali, wassal biex il-Gvern ta' Robert Abela jara wkoll kif jista' jindirizza din il-problema. Iżda minkejja kollox, huwa ċarissimu li mingħajr barranin l-ekonomija Maltija u s-servizzi jikkrollaw għalkollox. U minflok ma jagħżel li jiġġieled din il-perċezzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela ħa jara x'jagħmel biex juri li l-Gvern qed jara kif se jindirizza din il-problema. Minkejja l-fatt li l-fatti juru bl-iktar b'mod assolut li Malta hija dipendenti kompletament fuq il-barranin. U mhux veru li l-barranin qed jieħdu xogħol il- Maltin, kif kien qal Bernard Grech fuq il-programm televiżiv Xtra mingħajr ebda bażi ta' fatti. Intant, f 'intervista illum ma' dan il- ġurnal, il-President tal-ACE Michelle Muscat, li tirrapreżenta s-sidien tar- ristoranti Maltin u Għawdxin, qalet li min qed jargumenta li rridu nkeċċu lill- barranin ma jafx x'inhu jgħid u 'mhix soluzzjoni'. F'intervista mal-ILLUM, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal Catering, Michelle Muscat tispjega kif l-ispejjeż għal negozji fil-catering dejjem jibqgħu jikbru. Iżda fl-istess waqt, Malta għandha l-ogħla rata ta' VAT fuq l-ikel fl-istabblilmenti tal-Catering fil-Mediterran. Muscat targumenta li tnaqqis f 'din it-taxxa, igawdi minnu kulħadd. AQRA IKTAR F'PAĠNA 16

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 November 2024