MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 • illum SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-bidu tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius, għalik, l-istess Sagittarius se tkun ġimgħa li fiha għandek iċ-ċans tara s'issa x'wettaqt u x'ma wettaqtx. Ftakar li din hi l-fażi fejn grazzi għaż-żodjaku tiegħek inti kapaċi tasal fejn vera tixtieq. Analizza. Sagittarius huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-bidu tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa ta preparazzjoni. Issa qiegħed ġimagħtejn biss 'il bogħod minn meta tidħol għal fażi taż-żodjaku tiegħek, fażi li sejra ġġiblek diversi tibdiliet. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex f 'dawn il-ħmistax tkun ippreparat sew. Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-bidu tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Pisces se tkun ġimgħa sabiex dawk id-differenzi li ilhom ikaxkru madwarek jieqfu u tagħraf tirranġahom. Wasal il-mument li l-passat ma jibqax idur madwarek iżda titnaddaf billi tagħraf aħjar il-preżent b'lenti aktar pożittiva. Pisces huma magħrufin għas-sensittività li joffru. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-bidu tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Aries se tkun dik il-ġimgħa ta' aktar għarfien lejn il-ħtiġijiet personali tiegħek. Hemm bżonn tagħraf aktar x'inhu l-aħjar għalik sabiex b'hekk tkun tista' tħares lejn dak li riesaq lejk b'aktar motivazzjoni. Aries huma magħrufin għall- ideat pożittivi li jafu joffru. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-bidu tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Gemini se tkun ġimgħa ta' riflessjoni profonda. Fil-preżent qed tħossok għaddej minn fażijiet tqal li mhux jagħtuk iċ-cans tippjana u dan qed ipoġġik taħt ċerta pressjoni. Għalhekk agħraf ieqaf it u wettaq riflessjoni profonda ħalli taqbad dik l-istabbiltà. Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-bidu tad-disa' żodjaku Sagittarius "Il-Qaws" Mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Malta tikkonkludi ftehim maċ-Ċina għal vjaġġar mingħajr viża Anzjan mixli li għamel sikkina m'għonq martu Effettivament mit-30 ta' Novembru 2024, iċ-ċittadini Maltin li għandhom passaporti ordinarji se jkunu jistgħu jivjaġġaw lejn ir-Repubblika taċ- Ċina mingħajr il-bżonn ta' viża għal perjodu sa 30 jum. Waqt li ħabbar dan l-iżvilupp, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg laqa' dan il-ftehim bħala pass ieħor importanti fir- relazzjonijiet bilaterali fit-tul bejn iż-żewġ pajjiżi. Mit-30 ta' Novembru 2024 sal-31 ta' Diċembru 2025, dawk li għandhom passaport Malti jkunu jistgħu jidħlu fiċ-Ċina mingħajr viża għal perjodi sa 30 jum għal raġunijiet bħal negozju, turiżmu, żjarat tal- familja, skambji, u tranżitu. Individwi li ma jikkwalifikawx għal din l-eżenzjoni ta' viża xorta jkunu obbligati jiksbu viża qabel jivvjaġġaw lejn iċ- Ċina. "Dan il-ftehim dwar l-ivjaġġar mingħajr viża jirrifletti l-fiduċja reċiproka u l-impenn biex inkomplu nkabbru r-rabtiet fil-qasam tat-turiżmu, negozju u skambju kulturali. Dan se jiffaċilita l-ivvjaġġar għaċ- ċittadini tagħna u jiftaħ ukoll bibien għal aktar koperazzjoni profonda u opportunitajiet ġodda ta' kummerċ internazzjonali," qal id-Deputat Prim Ministru Ian Borg. Bħala parti minn dan l-iżvilupp, iċ-Ċina estendiet ukoll il-politika tagħha ta' vjaġġar mingħajr viża għal disa' pajjiżi oħra, inklużi Malta, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il- Kroazja, il-Montenegro, il- Maċedonja ta' Fuq, l-Estonja, il- Latvja u l-Ġappun. Il-ftehim tal-lum jimmarka t-tieni ftehim sinifikanti li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u Kummerċ irnexxilu jikseb maċ-Ċina matul l-aħħar 12-il xahar, bl-ewwel wieħed ikun il-memorandum ta' ftehim dwar l-esportazzjoni tat-tonn lejn iċ-Ċina, matul iż- żjara uffiċjali tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg fiċ-Ċina, f 'Novembru 2023. "Dan il-ftehim dwar l-ivjaġġar mingħajr viża jirrifletti l-fiduċja reċiproka u l-impenn biex inkomplu nkabbru r-rabtiet fil-qasam tat- turiżmu, negozju u skambju kulturali." Anzjan ta' 74 sena minn Ħaż-Żebbuġ baqa' miżmum taħt arrest wara li allegatament għamel sikkina m'għonq martu. Ir-raġel kien mixli li hedded lil martu kif ukoll li beżżagħha, iżda hu ċaħad kull akkuża u wieġeb mhux ħati. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-mara għad trid tixhed. Il-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it- talba għall-ħelsien mill-arrest.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 November 2024