MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H emm sensazzjoni fil-Gvern li kollox għan-niżla. Qisu hemm is-sentiment li dan il-per- jodu jixbah ħafna ż-żmien ta' Lawrence Gonzi, meta fl-aħħar snin ta' Prim Ministru kollox qisu beda jisfuma fix-xejn. Biex inkunu ġusti ma' Gonzi, hu kellu żvantaġġ ta' maġġoranza ta' deputat wieħed u apparti hekk kellu sitwazzjoni ekonomika ħażina. Robert Abela min-naħa l-oħra għandu ekonomija b'saħħitha, kif ukoll maġġoranza komda. Imma min-naħa l-oħra għandu esperjenzi politiċi simili għal ta' Gonzi fejn għandu nuqqas ta' serenità man-nies ta' madwaru. Meta ngħidu ħwejjeġ simili mal-perjodu Gonzi, irridu nfissru li ħafna deċiżjonijiet ikunu qishom isiru f 'kuntest għalihom mingħajr rispett għal dak li qed jiġri madwar dak li jkun. Gonzi kien hekk. Kien jieħu deċiżjonijiet frott ta' numru ta' ċirkostanzi li jkunu ġraw dakinhar. U mingħajr ma jagħti kas l-affarijiet l-oħra. Kien ukoll persuna li ma jafdax. U Gonzi kellu ħabta wkoll ibiddel id- deċiżjoni f 'kemm ili ngħidlek. Bosta ministri li għandhom it għarfien tal-istorja tal-politika jagħmlu dan ix- xebh. Il-mistoqsija li qed jistaqsu ħafna nies fil-Partit Laburista hija waħda sempliċi. Xi jrid isir biex il-Gvern ma jibqax nieżel 'l isfel? Ir-risposta hija waħda sempliċi. Robert Abela, mhux biss irid jidher u jinstema' jitkellem fuq suġġetti importanti, imma fuq kollox jidher li qed jaġixxi. U n-nies iridu li l-azzjoni tkun waħda kredibbli u reali u viżibbli. Irid ikun hemm ukoll inizjattiva qabel ma jinqala' każ u mhux wara. Ħa nieħdu żewġ eżempji. L-ewwel: Il-Local Plans. Ma jistax ikun li l-Prim Ministru jitkellem u jgħid li jridu jinbidlu u ma jsir xejn. In-nies, jew aħjar l-opinjoni pubblika, trid tara fil-konkret x'inhuma dawn it-tibdiliet. It-tieni: Il-każ sfortunat ta' Amanda Muscat. Irid ikun hemm inizjattiva viżibbli li tindirizza l-kontabilità, mhux wara li jinqalgħu l-irwiefen kollha, imma qabel. Ħafna drabi l-Prim Ministru jkun qed jirrispondi għall-kritika li tkun saritlu u mhux jixpruna idea jew jagħti bidu għall- inizjattiva politika. Dan il-gvern għandu l-iktar ingredjent importanti f 'idejh, ir-riċetta ekonomika. Hemm ċans kbir li jitlef kollox għax ma jkunx kapaċi jiddeċiedi jew ikun ċar dwar l-affarijiet. Li kieku fuq in-naħa l-oħra hemm l-essenza, kieku Robert Abela jista' jżarma. Iżda dan mhux il-każ. Il-mazz f 'idejh! It-triq tista' ma tkunx għan-niżla

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 November 2024