Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Maġija, imqarbizza, Montanaro: 'Ebenezer Scrooge! The Panto' tqanqal l-ispirti tal-Milied fit-Teatru Salesjan Il-biljetti għall-appuntament fiss u ferm maħbub tal-Milied tal- MADC qed jinħatfu bil-minuti. Din se tkun l-ewwel panto li se tittella' fit-Teatru Salesjan f 'Tas- Sliema minn mindu ġie rrinnovat. Lestu ruħkom biex tingħaqdu ma' Ebenezer Scrooge, f 'avventura mqanqla li tittraversa l-ispazju u ż-żmien, biex tiskopru l-ispirtu tal-Milied permezz ta' "Ebenezer Scrooge! e Panto" tal-MADC. Għall-edizzjoni ta' din is-sena tat-tradizzjoni popolari tal-MADC marbuta mal-Milied, "Ebenezer Scrooge! e Panto" se tkun l-ewwel pantomima li se żżanżan il-palk tat- Teatru Salesjan f 'Tas-Sliema minn mindu ġie rinnovat – u mistennija tesplora l-possibbiltajiet kollha marbuta mal-arti tal-pantomima f 'dan l-ispazju performattiv ġdid u eċitanti. Miktuba mill-imgħallem tal- panto nnifsu Alan Montanaro u taħt idejn id-direttur rinomat Steve Casaletto, din ix-xalata festiva tiaħ nhar San Stiefnu u tibqa' għaddejja sal-5 ta' Jannar, u b'hekk f 'dan l-istaġun ta' festi l-udjenzi żgħar u kbar jistgħu jaħarbu flimkien lejn dinja meraviljuża kollha daħq, mużika, żfin u xi it sorpriżi eċitanti wkoll. Stephen Oliver se jagħti l-ħajja lir- raġel xħiħ pereċċellenza Ebenezer Scrooge, fil-qalba vibranti ta' Londra Vittorjana, fejn jiltaqa' ma' ġgajta allegra ta' fantażmi u karattri eċċentriċi li jgħinuh jiakar fil-ferħ li jġibu magħhom il-ġenerożità u l-ispirtu tal-Milied. Filwaqt li Montanaro jirritorna bħala d-Dama favorita ta' Malta – bil-famuż riċipettu u bit-tkaken b'kollox! – "Ebenezer Scrooge! e Panto" se tkun qed tittella' bis- sehem ta' kast ensemble brillanti, li jinkludi lil Edward Caruana Galizia, Chantelle Micallef Grimaud, Joe Depasquale, Noel Zarb, Vanessa Attard, Franco Sciberras u Mandy Randon, fost ħafna oħrajn. Sadanittant, id-Direttur Mużikali ta' din il-produzzjoni huwa l-mużiċist ta' talent kbir Ryan Abela, li hu parti minn tim kreattiv li permezz tiegħu se tinħoloq l-esperjenza klassika tal-panto tal-Milied, bix-xenarji stupendi ta' Claudio Apap, kostumi ta' barra minn hawn iddisinjati minn Nicole Cuschieri, u koreografija li tolqot l-għajn, xogħol Martina Galea. Bil-ħsieb li din il-produzzjoni spettakolari tkun aċċessibbli kemm jista' jkun ħalli l-familji jkunu jistgħu jgawduha flimkien f 'dawn il-festi, l-MADC ħadmet mill-qrib mat- Teatru Salesjan sabiex toffri biljetti bi prezzijiet imnaqqsa, kemm fil- platea, kif ukoll fid-dress circle, għat- tfal li għandhom bejn tlieta u ħdax-il sena. "Ħdimna bla waqfien biex noħolqu produzzjoni li dan il-Milied se trattab il-qlub tal-udjenzi u fl- istess ħin tifqagħhom bid-daħq," qal Steve Casaletto. "Din mhix se tkun panto ordinarja – imma spettaklu rikk mimli umoriżmu, emozzjoni u faxxinu li jibqa' għal dejjem, li bla dubju se jsaħħar lill-familji u lid-dilettanti tat-teatru, u se jżomm l-hena tal-Milied ħajja lil hinn mid- dħul tal-2025." "Ebenezer Scrooge! e Panto" tal-MADC se tittella' bl-Ingliż fit- Teatru Salesjan f 'Tas-Sliema mis-26 ta' Diċembru 2024 sal-5 ta' Jannar 2025, b'wirjiet disponibbli kemm matinee, kif ukoll filgħaxija. Il- booking issa huwa miuħ fuq www. madc.com.mt. Tfal taħt l-età ta' tliet snin ma jitħallewx jidħlu fit-teatru. Din il-produzzjoni hija mwieżna minn Dee Spas Wellness, Welbee's Supermarket, Elia Caterers, 89.7 Bay u Bay Easy. Il-Leone Grand Christmas Concert qed jirritorna b'edizzjoni oħra fit-Teatru Aurora, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Diċembru 2024, mit-8:00pm sal-10:00pm. Dan l-avveniment annwali, organizzat mis-Soċjetà Filarmonika Leone u t-Teatru tal-Opra Aurora, se joffri spettaklu varjat ta' mużika, żfin, u kummiedja, perfett għal kulħadd biex jidħol fl-ispirtu tal- Milied. Il-kunċert jinkludi l-Leone Band taħt id-direzzjoni ta' Colin Attard, flimkien mal-kor żagħżugħ Aurora Youth Choir, kantanti, żfin kontemporanju, u anke għadd ta' atti akrobatiċi u komiċi. Wara l-avveniment suċċess ta' Ouvertures d'Operettes, il-Leone Band qed terġa' tkompli tiddomina x-xena kulturali Għawdxija, filwaqt li tibni fuq formula ta' suċċess li tattira folla kull sena. Dan l-ispettaklu se jħejji l-udjenza għal tmiem il-ġimgħa tal-Milied b'messaġġ ta' ferħ u tamiet sbieħ. Il-biljetti, bi prezz ta' €10, jistgħu jinxtraw minn www.teatruaurora. com jew billi ċċempel fuq +356 79045779. Joħorġu l-biljetti għal- Leone Grand Christmas Concert 2024