MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 • illum aħbarijiet Il-Parlament Ewropew ifakkar 1000 ġurnata minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna Fil-ftuħ tas-seduta, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Parlament se jibqa' mal-Ukrajna sakemm ' ikollha l-libertà u l-paċi vera, għal kemm hemm bżonn' MARIANNA CALLEJA F'laqgħa straordinarja nhar it- Tlieta, il-Parlament Ewropew laqa' lill-President Ukren Volodymyr Zelenskyy biex ifakkar 1000 ġurnata minn mindu bdiet l-invażjoni Russa fuq skala kbira. Fil-uħ tas-seduta, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Parlament se jibqa' mal-Ukrajna sakemm "ikollha l-libertà u l-paċi vera, għal kemm hemm bżonn." Metsola kkundannat l-invażjoni bħala "att brutali, mhux ipprovokat u illegali" mhux biss fuq l-Ukrajna, imma wkoll fuq l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli. Hija żiedet tgħid li s-sagrifiċċji tal-poplu Ukren f 'dawn l-aħħar 1000 ġurnata mhumiex biss għal-libertà tagħhom iżda wkoll għall-mod kif jgħix kull Ewropew. "Kull paċi vera trid tinbena fuq il-prinċipju ta' 'xejn dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna,'" qalet Metsola fl- għeluq tad-diskors tagħha. ZELENSKYY: "NISTGĦU NIMBUTTAW LIR-RUSSJA LEJN PAĊI ĠUSTA" Fid-diskors tiegħu, il-President Zelenskyy radd ħajr lill-Unjoni Ewropea għall-appoġġ kontinwu tagħha. Huwa qal li l-Ukrajna, flimkien mal-Ewropa kollha u s-sħab fl-Amerka, kif ukoll madwar id-dinja, irnexxielhom mhux biss "iwasslu lill-Putin biex jonqos milli jaħtaf l-Ukrajna" iżda wkoll jiddefendu l-libertà tan- nazzjonijiet Ewropej kollha. "Putin jibqa' iżgħar mill-qawwa magħquda tal-Ewropa," sostna Zelenskyy. "Nitolobkom biex ma tinsewx kemm l-Ewropa hija kapaċi tikseb. Nistgħu nimbuttaw lir-Russja lejn paċi ġusta. Il-paċi hija dak li l-aktar nixtiequ." Huwa semma wkoll l-importanza tal-"Formula għall- Paċi" proposta mill-Ukrajna u insista li l-gwerra tar-Russja trid tiġi indirizzata b'sanzjonijiet iebsa, partikolarment kontra t-tankers sigrieti li jġorru ż-żejt Russu. "Putin jista' joqtol s a k e m m dawn it-tankers jibqgħu jaħdmu," qal Zelenskyy, filwaqt li kompla jispjega li l-President Russu jagħti valur biss għall-flus u l-poter. "Dawn huma l-affarijiet li rridu nneħħulu biex inġibu lura l-paċi." Huwa temm b'appell ċar: "Ħadd ma jista' jgawdi l-kwiet f 'nofs il- maltemp. Irridu nagħmlu dak kollu possibbli biex intemmu din il-gwerra b'mod ġust u ġenwin. 1000 ġurnata ta' gwerra hija sfida enormi. Irridu niżguraw li s-sena li ġejja tkun is-sena tal-paċi." APPOĠĠ QAWWI MILL- GRUPPI POLITIĊI EWROPEJ Matul is-seduta, ħafna mexx- ejja tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ew- ropew ikkonfer- maw l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-Ukra- jna. Huma appellaw biex l-Unjoni Ewro- pea tkompli tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-Ukrajna biex tir- baħ il-gwerra, inkluż provvista ta' armi bħal sistemi ta' difiża mill-ajru, missili fit- tul, tankijiet u drones. Fl-isfond tal-elezzjonijiet reċenti fl-Istati Uniti, l-MEPs saħqu fuq il-ħtieġa li l-Ewropa tibqa' magħquda u tieħu aktar responsabbiltà. Dan filwaqt li tkompli tipprovdi għajnuna finanzjarja u umanitarja lill- Ukrajna. Barra minn hekk, il-mexxejja reġgħu affermaw l-appoġġ tagħhom għall- aspirazzjonijiet tal-Ukrajna li ssir membru tal-UE u tan- NATO, kif ukoll għall-ħolqien ta' pilastru Ewropew għad-difiża vera. Fl-għeluq tas-seduta, il- President Metsola ħabbret li l-bandiera tal-Ukrajna se titla' ħdejn dik tal-UE fil- bini tal-Parlament fi Brussell, Strasburgu u Lussemburgu. 'MA NKOMPLUX NILAGĦBU MAL-PAĊI' – ALEX AGIUS SALIBA Jirreaġixxi għal dan kollu, il- Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba, li akkuża lil Roberta Metsola illi qed tilgħab mal-paċi. "Min-naħa tiegħi jien se nagħmel dak kollu possibbli sabiex in-newtralità ta' Malta ma tiġix mittiefsa mill- ambizzjonijiet politiċi ta' ħaddieħor ... Ma nkomplux nilagħbu mal-paċi u l-istabbillità politika u soċjali tal-Maltin u l-Għawdxin," Agius Saliba qal wara li kkwota biċċa mid-diskors ta' Metsola. Huwa temm billi qal li kien japprezza kieku Roberta Metsola "użat farka mill-enerġija tagħha wkoll sabiex titkellem kontra l-ġenoċidju illi qed jaffaċċja l-poplu Palestinjan." Volodymyr Zelensky Roberta Metsola Dan l-artiklu jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is- suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill- informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 November 2024