MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Milied fil-Forti ': Il-ġmiel ħelu tal- Milied jasal fil-Forti Sant'Iermu Fit-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru, Malta se tixgħel bil- kulur, il-mużika u l-arti b'Fusion Festival, avveniment uniku li jfakkar il-kollaborazzjoni u l-iskambju kulturali bejn talent lokali u internazzjonali. Dan il- festival huwa pjattaforma biex artisti emerġenti Maltin jitilgħu juru l-ħiliet tagħhom maġenb artisti ta' fama internazzjonali. Il-festival se jiaħ b'wirjiet fit- toroq tal-Belt Valletta, b'ħafna kantanti, mużiċisti, artisti taċ-ċirku, żeffiena u pitturi. Dan il-proġett innovattiv huwa l-ewwel wieħed uffiċjali f 'Malta ddedikat għas- sbuħija tal-busking, tradizzjoni li hija ċċelebrata fi bliet kbar bħal Londra, Pariġi, u New York. Mill- 10am sat-3 pm, il-Belt se timtela bil-kreattività u l-ispettaklu, filwaqt li l-arkitettura storika tagħha sservi ta' sfond perfett għal din l-esperjenza unika. Attività ewlenija ta' Fusion Festival hija A Night with the Stars, kunċert speċjali fejn il-mezzosoprano Maltija Marvic Monreal se tieħu sehem flimkien mas-soprano internazzjonali Rachel Willis- Sørensen. Dan il-kunċert se jsir fl-1 ta' Diċembru f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fis-6:30pm u joffri taħlita mill-isbaħ ta' mużika klassika u kontemporanja. Attività oħra hija l-kunċert Red Electric & Friends fit-Teatru Salesjan f 'Tas-Sliema. Il-band popolari Maltija Red Electric se tkun akkumpanjata minn artisti lokali u mill-grupp indie-pop Clean Cut Kid minn Liverpool. Bil-parteċipazzjoni ta' entitajiet bħal Visit Malta, Kultura, Valletta 18, LESA, u ICI Developers, Fusion Festival qed jistabbilixxi ruħu bħala appuntament essenzjali fil-kalendarju kulturali ta' Malta. Għal aktar dettalji u biljetti żur showshappening.com. Fusion Festival: Għaqda ta' talent lokali u internazzjonali f 'Malta Il-grupp ta' aħwa kantanti magħrufa bħala e New Victorians għadhom kif ħarġu album ġdid tal-Milied bl-isem "Ninni – Album tal-Milied" disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha. Dan l-album huwa speċjali għax jinkludi 11-il għanja tal-Milied Maltija interpretati mill-ġdid, kollha rrekordjati live minn ġol- kappella storika ta' Bir Miuħ fil- Gudja, bil-parteċipazzjoni ta' band ta' sitt membri. Fost il-kanzunetti magħrufa li jinsabu f 'dan l-album hemm "Ġesù Ħelwa Tarbija" u "Ninni La Tibkix Iżjed" li jerġgħu jġibu fiċ-ċentru t-tradizzjonijiet mużikali sbieħ ta' żmien il-Milied f 'Malta. Barra mit-tnedija tal-album, e New Victorians se jwettqu s-serje ta' kunċerti "Chapel Hop Concerts" bejn il-5 u t-8 ta' Diċembru, flimkien ma' kor multikulturali b'kollaborazzjoni mad-Delegat tal- Arċisqof għall-Kultura. Dawn il- kunċerti se jsiru f 'kappelli u postijiet storiċi intimi madwar Malta, u jagħtu lill-udjenzi opportunità unika biex jesperjenzaw il-maġija tal-kanzunetti tal-Milied Maltin b'mod ħaj u personali. Dan il-proġett ġie appoġġjat minn diversi entitajiet fosthom il-Farsons Foundation, Deloitte Foundation, Malta International Bejn it-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill- pubbliku biex jesperjenza l-maġija ta' żmien il-festi fil-Forti Sant'Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra fil-Belt Valletta, fit-tieni edizzjoni ta' 'Milied fil-Forti'. Il-Forti se jiaħ mid-9:00 am sal-11:30 pm is-Sibt, u mid-9:00 am sat-8:00 pm il-Ħadd. Tiżjin tal-Milied il-ġmiel tiegħu, dwal iteptpu u girlandi ħodor iffullati se jittrasformaw dan is-sit storiku f 'oasi ta' briju festiv li jiġbor fih l-ispirtu tal-Milied Malti, u li se jinkludi wkoll presepju tradizzjonali Malti. Se jkun hemm għall-bejgħ ikel u xorb delizzjuż, li jinkludi wkoll riċetti tradizzjonali ta' żmien il-Milied, inbid servut sħun bil- ħwawar, imbuljuta (xarba tipika Maltija biċ-ċikkulata, ħwawar u qastan), u cocktails speċjali, li lkoll se jżommu lill-viżitaturi kuntenti u mgezzin waqt li jesploraw. Preżentazzjoni live ta' skultura taċ-ċikkulata se tgħaxxaq lill- udjenzi fiż-żewġ dati. Dawk li qed ifittxu rigali uniċi għal taħt is-siġra tal-Milied jew biex jimlew il-kalzetta tal-Milied bihom se jkollhom xalata ta' għażliet fis- suq artiġjanali, fejn artisti lokali mimlijin talent se jkunu qed juru x-xogħlijiet tagħhom magħmulin bl-idejn. L-iżgħar fostna jistgħu jieħdu sehem f 'logħob u sessjonijiet interattivi, jiltaqgħu u jieħdu ritratti ma' Santa Klaws innifsu, u jibagħtulu l-ittri tagħhom, biċ-ċans li jirbħu premji speċjali! Purċissjoni b'Ġesù Bambin is-Sibt filgħaxija u quddiesa speċjali l-Ħadd filgħodu se jgħaqqdu flimkien, kemm turisti, kif ukoll viżitaturi lokali fit-tifsira solenni tal-istaġun. Tul il-jumejn tal-attività, wirjiet minn diversi kantanti, korijiet, u baned, inkluż kunċert grandjuż tal-Milied mill-Banda tal-Korp tal- Pulizija ta' Malta l-Ħadd filgħaxija, u diversi workshops u taħditiet li jesploraw aspetti differenti ta' żmien il-Milied, se jassiguraw divertiment għal kulħadd. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet huwa elenkat hawn taħt. Il-biljetti għal avvenimenti li jeħtieġu riservazzjoni ta' postok minn qabel jistgħu jinxtraw minn hawn: www.heritagemalta.mt/store jew billi żżur kwalunkwe mużew jew sit ta' Heritage Malta. Dan l-avveniment qed jittella' taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, b'appoġġ għall- Malta Community Chest Fund Foundation. Id-dħul huwa b'xejn, iżda donazzjonijiet biex jgħinu din il-kawża ġusta huma mħeġġa. L-annimali domestiċi huma milqugħa imma jridu jinżammu biċ-ċinga l-ħin kollu. Se jkun hemm servizz ta' shuttle mill-Park and Ride tal-Furjana sal-Forti Sant'Iermu. Olimpus, V Squared Media, u Din L-Art Ħelwa. Biljetti għas-serje ta' kunċerti "Chapel Hop Concerts" jistgħu jinkisbu mis-sit ShowsHappening. com.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 November 2024