MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 Jitħabbru 16-il jum ta' attiviżmu kontra l-vjolenza domestika fl-anniversarju mill-qtil ta' Bernice Cilia Bandu għall-Kuraturi - Repubblika ta' Malta Lill-Uffiċċjal Eżekuttiv tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ikun jaf kulħadd illi b'digriet mogħti fit-3 ta' Ġunju 2022, il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Superjuri, Sezzjoni Ġenerali, ordnat il-pubblikazzjoni tal-estratt riprodott hawn taħt sabiex għal kull fini u effett tal-liġi jservi ta' notifika skont l- artikolu 931 et sequitur tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. B'digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Inferjuri fit-3 ta' Ġunju 2022 fl-atti taċ-Ċedola ta' Depożitu bin-numru 101/2022 SG ta' Charmaine Azzopardi [K.I 27783G] ta' 24 Telegraph Street Nadur Ghawdex; David Muscat [K.I41153G] ta' 24 Telegraph Street Nadur Ghawdex; u Mario Muscat [K.I 27263G] ta' Telegraph Street Nadur Ghawdex. Jesponu bir-rispett: Illi l-esponenti kienu jikru mingħand Peter Sammut id-dar bin-numru erbgħa u għoxrin (24) Telepgraph Street Nadur Għawdex u dan versu l-kera ta' mija u tmenin Ewro fis-sena (€180). Illi s-sid tal-fond de quo miet intestat nhar is-sittax (16) ta' Awwissu elfejn wieħed u għoxrin (2021) u l-esponenti ma humix a konoxxenti ta' min huma l-eredi tiegħu u għalhekk l-istess irrikorrew għan-nomina ta' kuratur deputat; Illi huma dovuti lill-werrieta ta' Peter Sammut s-somma ta' hames mija u erbgħin Ewro (€540) rappreżentanti ħlas ta' kera tas-sena elfejn u għoxrin (2020), elfejn wieħed u għoxrin (2021) u elfejn u tnejn u għoxrin (2022), liema kera ma hix qed tiġi aċċettata u dan mingħajr ebda raġuni valida fil-liġi, nonostante li l-kera ġiet debitament offruta; Għaldaqstant l-esponenti sabiex jeżimu ruħhom minn kull responsabbilta taħt il-Liġi, tadixxi lil din il-Qorti Onorabbli u taħt l- awtorità tagħha tiddepożita a favur l-intimati s-somma ta' erbgħa mija u sebgħin Ewro (€470) li flimkien mas-somma ta' sebgħin Ewro (€70) rappreżentanti spejjeż ta' din il-proċedura jammontaw għas-somma ta' ħames mija u erbgħin Ewro (€540) u ċioe il-kera dovuta kif hawn fuq spjegat, sabiex din tkun tista tiġi liberament żbankata mill-istes intimat wara li titħalla riċevuta skont il-liġi. Inti għal daqshekk ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid-daħla ta' din il-Qorti u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt (6) ijiem f'dan ir-Reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Inti ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din il-Qorti tgħaddi biex tagħżel kuratur ta' l-uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl-eżekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Inferjuri hawn fuq imsemmija bix-xhieda tal-Maġistrat Dr. Simone Grech, Maġistrat tal-Qorti hawn fuq imsemmija. Illum 3 ta' Ġunju 2022 , Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Inferjuri Silvio Xerri Deputat Reġistratur, Għar-Reġistratur, Qrati u Tribunali (Għawdex) Diane Farrugia For the Registrar, Gozo Courts and Tribunals. Fit-tieni anniversarju mill-qtil ta' Bernice Cilia, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg flimkien mal-Ministru għall- Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-tfal Michael Falzon u Lydia Abela, nedew il-kampanja nazzjonali bit-tema 'Flimkien Nieqfu. Flimkien Infiqu.' għas- 16-il Jum ta' Attiviżmu kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika. F'dawn is-16-il jum ta' attiviżmu se tingħata spinta l-kampanja ta' għarfien kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika fuq livell internazzjonali. Din il-kampanja tibda mill-25 ta' Novembru, il-Jum Internazzjonali kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa, u tibqa' għaddejja sal-10 ta' Diċembru, il-jum li jfakkar id- Drittijiet tal-Bniedem. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi u l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika fasslu kampanja b'numru ta' attivitajiet u inizjattivi sabiex jitqajjem għarfien dwar il-kumplessità tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, l-importanza tal- kunsens u għarfien dwar is- servizzi professjonali li jassistu f 'każijiet relatati mal-vjolenza domestika. Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li l-kampanja ta' din is-sena, li ser tmur anke b'rappreżentazzjoni drammatiċi f 'diversi lokalitajiet, qiegħda twassal messaġġ ċar li lkoll kemm aħna rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex infejqu din il-pjaga soċjali, għalhekk it-tema 'Flimkien Nieqfu. Flimkien Infiqu'. "Kull wieħed u waħda minna, ma nistgħux inkunu insensittivi u indifferenti quddiem it-tbatija fiżika u emozzjonali tal-vittmi tal-vjolenza domestika li jistgħu jkunu nisa, irġiel, tfal u anzjani," qalet is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg. Il-Ministru Michael Falzon stqarr, "Minn Jannar ta' din is-sena sa nofs Novembru, il-MARAM ħadmet m'aktar minn 530 każ, każijiet li l-maġġoranza tagħhom kienu vittmi nisa, bi 15 minn dawk il-każijiet kienu riferuti lejn il-Pulizija sabiex tieħu azzjoni fl- immedjat minħabba s-severità tagħhom. Il-maġġoranza tal- każijiet kienu konsegwenza ta' vjolenza intima waqt relazzjoni." Min-naħa tagħha, Lydia Abela sostniet li l-messaġġ 'Flimkien Nieqfu. Flimkien Infiqu.' huwa messaġġ sod biex inkomplu negħlbu u nikkumbattu s-silenzju. Kompliet li għalkemm matul dawn il-jiem il-messaġġ fuq il-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru jitwassal b'aktar qawwa, il-messaġġ irid ikompli jitwassal matul is-sena kollha b'kampanji fejn il-ġenerazzjonijiet tal-lum u t'għada jagħrfu li l-vjolenza domestika niqfulha flimkien. Abela stqarret li l-edukazzjoni tibqa' ċ-ċavetta tant importanti biex nagħmlu l-qabża li jmiss f 'dan is-suġġett. Kompliet tgħid li diġà twettqu ħafna bidliet u se jkomplu jitwettqu aktar, iżda l-ikbar bidla trid tkun fil-mentalità. "Din hi kampanja nazzjonali fejn qed inwasslu messaġġ wieħed u importanti – Flimkien, magħqudin u b'vuċi waħda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Irridu li din ir-realtà niqfulha flimkien, biex flimkien infiqu. Kulħadd ħaqqu r-rispett u l-imħabba f 'ħajtu," temmet tgħid Lydia Abela. Il-Kummissarju dwar il- Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan spjegat kif din il- kampanja hija mnebbħa mit- tielet Strateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika li ġiet varata s-sena l-oħra. Kompliet tgħid li 60% tal-miżuri u azzjonijiet elenkati f 'din l-istrateġija diġà bdew jitwettqu. Il-programm tal-kampanja jinkludi fost oħrajn roadshows bi produzzjonijiet teatrali li ser isiru f 'ħames lokalitajiet dwar diversi forom ta' vjolenza domestika li jistgħu jesperjenzaw faxex differenti tas-soċjetà u kif dawn is-sitwazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi bla ħlas għal dawn ir- roadshows illi jibdew fis-7.00 p.m., li ser isiru kif ġej: Fir-Rabat, fis-27 ta' Novembru, f 'Palazzo Xara: Każin tal-Banda - L'Isle Adam. F'San Pawl il-Baħar, fid-29 ta' Novembru, fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar. Fil-Gżira, fl-4 ta' Diċembru, fis- Sala Parrokkjali. Fil-Fgura, fis-7 ta' Diċembru, fis-Sala tal-Kunsill Lokali. Fir-Rabat Għawdex, fl-10 ta' Diċembru, fis-Sala numru 2 taċ- Ċittadella. Lydia Abela u Rebecca Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 November 2024