Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258
intervista illum • IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 07 jkun verament twettaq meta jkun jista' il-Ministeru għall-Inklużjoni ' fost oħrajn, dawk responsabbli mill- infrastruttura u t-transport fl-irħula u l-bliet tagħna, hija kruċjali jekk vera rridu li jkollna l-aċċessibilità u l-inklussività għal kulħadd. Dan qed niffaċilitawh ukoll, fl-ambitu tal- Istrateġija Nazzjonali, permezz ta' struttura inter-Ministerjali li bdiet topera fi ħdan id- Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità (DDI). FIL-PARLAMENT TKELLIMT FUQ ŻAGĦŻUGĦ LI RIĊENTAMENT MA TĦALLIEX JILGĦAB HANDBALL MINĦABBA LI JAGĦMEL UŻU MINN WHEELCHAIR. KEMM TISIMGĦU B'KAŻIJIET BĦAL DAWN? HUMA KOMUNI? KIF QED JAĦDEM IL- MINISTERU MA' KLABBS SPORTIVI BIEX DIN ID-DISKRIMINAZZJONI TONQOS? Huwa rari ħafna li nirċievu lmenti ta' dan ix-xorta. Is-CRPD rċeviet tliet ilmenti tali fl-aħħar 10 snin. Il-Kummissjoni però ġieli ġiet ikkuntattjata minn klabbs sportivi dwar kif l-aħjar jimxu sabiex itejbu l-inklussività tagħhom favur persuni b'diżabilità. Fil-frattemp, għaqdiet volontarji sportivi huma mħeġġa li japplikaw għad-diversi skemi li jkunu disponibbli matul is-sena u li jindirizzaw is-suġġett tal-inklużjoni. Appoġġ mill-Ministeru jingħata permezz ta' diversi skemi kif imsemmi, kif ukoll permezz ta' skemi ġenerali mħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS), bħall- Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) u s-Small Initiative Support Scheme (SIS). Fl-2024, tali entitajiet ibbenefikaw minn madwar €140,000 f 'fondi. IL-VALUTAZZJONI L-ĠDIDA TAL-ASSISTENZA SOĊJALI ĠIET AĠĠUSTATA BIEX TKOPRI DIŻABILITAJIET MOĦBIJA. TISTA' TIDDESKRIVI KIF DIN IL-VALUTAZZJONI QED TINDIRIZZA KUNDIZZJONIJIET BĦALL-FIBROMYALGIA U ANKE L-KWISTJONIJIET TA' SAĦĦA MENTALI? LIEMA SISTEMI TA' APPOĠĠ JISTGĦU JIBBENEFIKAW MINNHOM L-INDIVIDWI LI JIKKWALIFIKAW? Is-sistema l-ġdida tuża metodu bbażat fuq il-funzjonament. Il-bord mediku preċedenti – li kien jimxi ma' lista ta' kundizzjonijiet speċifiċi – ġie sostitwit minn Panel Inter- professjonali, u kull min għandu diżabilità fl- ambitu tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda jista' japplika, inklużi persuni b'fibromyalgia u diffikultajiet ta' saħħa mentali. Il-Panel ikun kompost minn social worker, occupational therapist, professjonist b'għarfien tas-sistema ICF (Klassifikazzjoni Internazzjonali tad-Diżabilità, il- Funzjonament u s-Saħħa) tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), persuna b'diżabilità maħtura mill-Kap Eżekuttiv tal- Aġenzija Sapport, tabib u rappreżentant tad- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Applikant jirċievi punti abbażi tal- funzjonament tiegħu f 'oqsma differenti, skont l-imsemmija sistema, u mhux biss abbażi tad-dokumentazzjoni medika tiegħu, li tkun ġiet sottomessa b'mod sigur mit- tabib tiegħu. Fl-interess tal-aċċessibbiltà, l-applikanti jistgħu jiġu intervistati personalment jew online. Ir-riforma bħalissa ġiet introdotta għall-biċċa l-kbira tal-pagamenti ta' assistenza għad-diżabilità lill-adulti, u eventwalment se tiġi estiża għal pagamenti oħra, notevolment għal dawk fir- rigward tat-tfal. L-ISFIDI TAS-SAĦĦA MENTALI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL FAĊLI JKUNU INJORATI, U F'ĊERTI SITWAZZJONIJIET TOĦLOQ UKOLL DISKRIMINAZZJONI. GĦADNA NISIMGĦU B'KAŻIJIET BĦAL DAWN? HEMM XI INIZJATTIVI MIN-NAĦA TAL-MINISTERU, LI JASSIGURAW OPPORTUNITAJIET UGWALI F'DAN IS-SENS? Filwaqt li ma nistgħux neskludu li jeżistu dawn is-sitwazzjonijiet, is-CRPD irċeviet każ wieħed biss din is-sena f 'diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba saħħa mentali. Fil-21 ta' Lulju, il-Kummissjoni organizzat konferenza dwar l-impjieg tal- persuni b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali b'kollaborazzjoni mal-Kummissarju għas- Saħħa Mentali u r-Richmond Foundation. Din kienet immirata għal HR managers kemm fl-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fil-privat. Għal din il-konferenza attendew 113-il ruħ. Wara l-konferenza, ħadna d-diskussjoni quddiem il-Malta Business Disability Forum li tippresjedi l-Kummissjoni u li fiha hemm rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ewlenin fil-pajjiż li jirrappreżentaw lil min iħaddem u l-komunità tan-negozju. Għad-diskussjoni ġie mistieden ukoll il-Professur Anton Grech sabiex jagħti pariri professjonali tiegħu kif tista' titjieb is-sitwazzjoni marbuta mal-impjieg ta' persuni b'kundizzjoni ta' saħħa mentali. IL-FTEHIM BIEX JITĦARRĠU KLIEB TAS-SERVIZZ HUWA PASS 'IL QUDDIEM. KIF QED JIPPJANA L-MINISTERU LI JESPANDI DAN IL- PROGRAMM BIEX JINKLUDI TAĦRIĠ GĦALL-ANNIMALI TA' APPOĠĠ EMOZZJONALI? Mis-sena 2021 sal-lum dan il-Ministeru għamel ehim finanzarju kull sena mal- Malta Guide Dogs Foundation sabiex din l-għaqda volontarja tibqa' għaddejja bix- xogħol siewi li qed tagħmel. Din l-għajnuna finanzjarja sservi sabiex il-Fondazzjoni tħarreġ l-annimali, sabiex imbagħad ikun jista' jsir matching ma' utenti b'diżabilità. Il-Ministeru jżomm djalogu miuħ ma' stakeholders differenti fis-settur, għaliex konxju illi tali annimali mhumiex biss ta' appoġġ għal persuni neqsin mid-dawl. Fuq livell Ewropew, kienet Malta li pproponiet b'suċċess li referenzi għal dawn l-annimali jidħlu fid-Direttiva dwar il-Kard Ewropea tad-Diżabilità. Qegħdin ukoll nesploraw leġiżlazzjoni nazzjonali. Fi sfond ta' iktar ċarezza, inkunu nistgħu nħarsu b'mod aħjar lejn il-bżonnijiet ta' persuni oħrajn li jistgħu jibbenefikaw minn klieb tas-servizz, u naraw dwar l-aħjar triq 'il quddiem, bl-involviment tal-istakeholders imsemmija. IL-MINISTERU KIF QED JIKKOLLABORA MA' ATTIVISTI U NGOS BIEX JOĦLOQ POLITIKI LI JIRRIFLETTU L-BŻONNIJIET REALI TAL-KOMUNITÀ, B'MOD PARTIKOLARI JIFFOKAW L-IPPJANAR URBAN, FAĊILITAJIET PUBBLIĊI, U INKLUŻJONI SOĊJALI? L-aħjar eżempju ta' dan huwa l-kumitat ENGAGE, li ġie mfaħħar internazzjonalment bħala prattika tajba, li permezz tiegħu jiġu koprodotti politiki, inizjattivi u leġiżlazzjonijiet flimkien ma' rappreżentanti b'diżabilità. L-istess isir fil- qasam tal-awtiżmu, permezz tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu. F'dawn iż- żewġ kumitati, hemm ukoll rappreżentanti mill-Università ta' Malta, biex hekk tkun inkluża wkoll ir-riċerka parteċipatorja. Tajjeb li hawn insemmu proġetti bħal taħriġ għal tobba dwar newrodiverġenza, li se jitmexxa minn esperti newrodiverġenti, kemm minn Malta, kif ukoll minn barra, inkluż tobba newrodiverġenti, u li se jsir is- sena d-dieħla. Bl-istess mod, se jsir taħriġ għall-front liners u għall-intrapriżi, fir- rigward tal-impjieg ta' persuni b'diżabilità, ukoll immexxi mill-persuni b'diżabilità u mill-għaqdiet li jaħdmu magħhom, u bis- sostenn tal-AX Foundation, fondazzjoni li taħdem fil-komunità. Ma ninsewx il- proġett Autism Friendly Spaces, li beda minn Malta mill-għaqda PRISMS, flimkien mas-CRPD, sabiex jippromovi l-inklussività fi spazji pubbliċi, kiber u sar proġett Ewropew, u issa l-mudell ġie wkoll esportat internazzjonalment permezz ta' ehim li sar mal-Eġittu. Il-koperazzjoni mal-komunità Deaf hija wkoll xi ħaġa li kburija biha, bl-involviment tal-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija, fejn flimkien mal-Ministeru riċentement bdiet esebizzjoni fl-Arkivji Nazzjonali dwar it-tradizzjoni narrattiva ta' din il- komunità, filwaqt illi dalwaqt se jibda kors fl-Università ta' Malta li jwassal għal Diploma fil-Lingwa tas-Sinjali Maltija, bl- appoġġ tagħna. Fir-rigward tal-ippjanar urban, saru wkoll diskussjonijiet sabiex il-linji gwida nazzjonali dwar aċċessibilità fiżika jiġu mġedda, kif ukoll estiżi sabiex ikopru l-aċċessibilità sensorjali, u mhux biss dik fiżika. Dawn bdew fil-kumitat parteċipatorju ENGAGE. U f 'seminar li ġie organizzat riċentement fuq l-ippjanar urban, dan il- Ministeru ppropona linji gwida għall-periti u żviluppaturi sabiex binjiet ġodda jinbnew b'mod aċċessibbli mill-bidu. Dan sar flimkien mas-CRPD u l-Università ta' Malta, bħala parti mill-proġett tal-Kummissjoni Ewropea 'AccessibleEU', u bil-parteċipazzjoni ta' stakeholders, inkluż mis-soċjetà ċivili. META TIKKUNSIDRA L-GĦANIJIET AMBIZZJUŻI TA' MALTA GĦALL- INKLUŻJONI, LIEMA BENCHMARKS QED TUŻA BIEX TKEJJEL IL- PROGRESS TIEGĦEK? X'INHI DIK IL-POLICY SPEĊIFIKA LI TIXTIEQ TARAHA SSIR, U META TITWETTAQ TGĦID "DMIRI GĦAMILTU"? Bħala benchmark, fuq il-karta, il- Ministeru għandu l-Istrateġiji Nazzjonali għall-2021-2030, fir-rigward tad-Diżabilità u l-Awtiżmu. Aħna kommessi li dawn l-Istrateġiji mhux jibqgħu fuq l-ixkaffa, imma jitwettqu. Fihom roadmap għas-settur tad-Diżabilità, dwar fejn irridu mmorru, bi skadenzi speċifiċi u indikazzjoni tal- istakeholders involuti fil-proċessi diversi, inklużi, f 'kull każ, il-persuni b'diżabilità, u l-għaqdiet li jirrappreżentawhom. Però, xogħolna jkun verament twettaq meta jkun jista' jiġi xolt il-Ministeru għall- Inklużjoni. Biex naslu f 'dak il-punt, mhux biżżejjed inwettqu politiki u proġetti. L-akbar bidla tiġi jekk ikun hemm bidla fl-atteġġjament mis-soċjetà. Jekk hux aċċessibilità, jekk hux inklużjoni, l-isforzi kollha jkunu kollha għalxejn, qabel ma niddeċiedu li nibdew ilkoll niġbdu ħabel wieħed.