Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390
www.illum.com.mt NRU 949 €1.25 IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 INTERVISTA MAL- PRESIDENT MYRIAM SPITERI DEBONO PAĠNI 6 - 7 ABELA KUNFIDENTI LI JIRBAĦ ELEZZJONI OĦRA F'ħames snin, Robert Abela bħala prim ministru ta' Malta u mexxej tal-Partit Laburista ra t-tlajja' u l-inżul. Kien ippremjat b'ekonomija robusta xprunata minn stabbiltà u sussidji tal- Gvern, direzzjoni ekonomika liberali, kostruzzjoni rampanti u turiżmu aċċellerat. Bħala prim ministru seta' juri l-kapaċità tiegħu fil-kriżi tal- COVID, u t-tenaċità tiegħu biex jilqa' r-remettar wara l-iżbalji oxxeni ta' Joseph Muscat. Minkejja kollox, ħa jibda s-sena b'partit aktar unit u b'inqas intoppi u diżgwid minn sena ilu. Persuna viċin tiegħu kkonfermat ma' din il-gazzetta li Abela hu iktar minn fiduċjuż li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u jirbaħha b'maġġoranza sinifikanti. "Ħa jagħmel ħiltu li l-Maltin ikollhom flus fil-but biex jonfqu. Sakemm jiġri hekk, il-Labour żgur jirbaħ." Qalilna wkoll li issa hemm konsensus li l-Partit Laburista jingħaqad wara Abela. Robert Abela sar mexxej tal- Partit wara r-riżenja ta' Joseph Muscat wara l-kriżi li faqqgħet wara l-arrest ta' Yorgen Fenech u l-implikazzjonijiet fuq il-kap tas- segretarjat tiegħu Keith Schembri. Minkejja l-kriżi kbira, Abela kien kapaċi jirbaħ fuq il-Partit Nazzjonalista li kien għadu mifni minn diviżjonijiet kbar. Bħala politiku Abela huwa kkunsidrat bħala: makakk, jaf jitkellem, ambizzjuż, jitgħallem malajr, ma jaqtax qalbu u mimli sorpriżi. Dawn kienu l-affarijiet li spikkaw fil-karattru tal-politikant li minn sempliċement membru parlamentari sar Prim Ministru. Kienu l-karatteristiċi tajbin kontra dawk il-ħżiena li kienu jinkludu: li lest jarmi n-nies tiegħu, idum biex jieħu deċiżjoni, ma trid xejn li jbiddel fehmtu, mhuwiex persuna mimlija emozzjoni u jisma' wisq minn missieru. Min-naħa l-oħra fix-xhur li ġejjin beħsiebu jindirizza l-problemi tan- nies u n-nuqqasijiet tiegħu. L-ewwel waħda hija fuq il-ħaddiema barranin, b'numru ta' proposti mressqin mill-Ministru Byron Camilleri. B'din il-proposta, apparti l-bżonn ovvju li dan is-settur jiġi indirizzat, jattakka frontalment il-krib tal-PN fuq il-ħaddiema barranin u l-popolazzjoni li dejjem tikber. Imma Abela wera li jista' jkun meqjus fid-deċiżjonijiet tiegħu, fejn għażel li jbiddel lil Oliver Magro minn kap eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar, u jpoġġi lil Johann Buttigieg, persuna li kien tneħħa l-ewwel mill-Awtorità tal- Ippjanar, imbagħad mill-Awtorità tat-turiżmu. Buttigieg, li kien kap eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar taħt Muscat, huwa rrispettat mill- industrija tal-kostruzzjoni apparti l-fatt li jibbrilla ħdejn Magro li kien ħabbat wiċċu ma' problemi kbar bil-mod kif tiġi amministrata l-awtorità. Għal Robert Abela, li qabel ma daħal sew fil-politika kien l-avukat tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-industrija tal-kostruzzjoni jaf kemm hi kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż. Buttigieg, minkejja l-kontroversji li jista' jġib miegħu, hu rrispettat minn kulħadd, inkluż mill- esponenti għoljin tal-Partit Nazzjonalista. U biex ikompli jħawwad lill-PN immexxi minn Bernard Grech, Abela ħa jkompli jżid id-doża u d-diskors, kemm fuq l-ewtanasja, kif ukoll mill-abort. F'dawn iż-żewġ suġġetti jaħarqu, fil-PN għad hemm differenzi kbar ta' opinjonijiet. Żewġ temi li żgur jappellaw għall- votant żgħir fl-età. Abela għandu żewġ problemi li mhux fil-kontroll tiegħu. L-ewwel waħda hija l-legat ta' Joseph Muscat, u t-tieni hi l-probabbiltà jew l-improbabbiltà li Roberta Metsola tidħol fix-xena politika lokali bħala mexxejja tal-PN flok Bernard Grech. Mingħajr dawn il-fatturi jsiru realtà, it-triq tar-rebħa għal Abela hija waħda garantita. Robert Abela għandu ċans kbir li jerġa' jirbaħ l-elezzjoni. Żewġ fatturi jaħdmu kontrih huma l-legat ta' Joseph Muscat, u d-deċiżjoni ta' Roberta Metsola li tirritorna fix-xena politika lokali