MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għandek għal qalbek il-ġardina u l-pjanti? Il-festa tal-pjanti fil-Mosta tgħodd għalik! "Dear Evan Hansen" jirrakkonta l-ġrajja ta' student fl-aħħar sena tal-High School li jbati bid- diżordni tal-ansjetà soċjali u li tant xtaq jagħmel ħbieb ma' sħabu, li vvinta relazzjoni ma' student mejjet biex isir midħla tal-qraba ta' dan it-tifel. Meta tifel fil-klassi tiegħu għamel suwiċidju, Evan Hansen, tifel mistħi, sab lilu nnifsu fiċ-ċentru tat- traġedja u t-taqlib. Dan il-musical, prodott mit-Teatru Manoel flimkien ma' FM eatre Productions u li rebaħ diversi premjijiet, huwa meħud minn ktieb tar- rebbieħ tat-Tony Awards, Steven Levenson u mużika tar-rebbieħa tal-Premjijiet, Grammy, Tony u Academy, Benj Pasek u Justin Paul. Il-musical fetaħ fi Broadway fil-Music Box eatre f 'Diċembru tal-2016, wara l-ewwel wirja dinjija li kienet saret fl-Arena Stage ġewwa Washington, D.C. f 'Lulju 2015, u permezz ta' produzzjoni barra minn Broadway f 'Second Stage eatre minn Marzu sa Mejju tal-2016. Il-prestazzjoni rċiviet tifħir mill- kritiċi. Fil-71 Tony Awards, innominawh għal disa' premjijiet, rebaħ sitta li jinkludu l-Aħjar Musical, l-Aħjar Ktieb, l-Aqwa Mużika, l-Aqwa Attur għal Ben Platt u l-Aqwa Attriċi li ħadet sehem, Rachel Bay Jones. Din il-produzzjoni ġdida hija diretta minn Denise Mulholland. Kris Spiteri huwa d-direttur mużikali. L-irwol ta' Evan huwa maħdum minn Kyle Mangani li qed jalterna ma' Luigi Buhagiar, u l-irwol ta' Zoe minn Charlotte Formosa u Kristen Abela. Minn Broadway, għat-Teatru Manoel, 'Dear Evan Hansen' issa f 'Malta Nhar il-Ħadd 2 ta' Frar 2025, Millbrae Grove fil-Mosta se tospita l-edizzjoni annwali tal- Fiera tal-Pjanti, attività li tiġbed l-attenzjoni ta' dawk kollha li għandhom għal qalbhom il- ġardina, in-natura, u l-prattiċi sostenibbli. L-avveniment, li jibda fid-9 am u jispiċċa fit-3 pm, huwa miuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas. Din il-fiera tiffoka fuq il- promozzjoni tal-flora indiġena ta' Malta u l-prattiċi ta' ġardinaġġ sostenibbli, b'għażla wiesgħa ta' attivitajiet għat-tgawdija tal-pubbliku. Waħda mill- attrazzjonijiet prinċipali se jkun il-wirjiet ta' pjanti lokali u ħdura unika, fejn kemm id-dilettanti, kif ukoll il-professjonisti jistgħu jsibu ispirazzjoni u jitgħallmu aktar dwar l-ispeċi li jikbru tajjeb fil- klima Mediterranja Maltija. Matul il-ġurnata se jiġu organizzati wkoll workshops immexxija minn esperti fil- qasam li jkopru suġġetti bħall- kompost, li ssaqqi bi it ilma, u disinn ta' ġonna ekoloġiċi. Dawn is-sessjonijiet huma mfassla biex jipprovdu għarfien prattiku u soluzzjonijiet konkreti għal dawk li jixtiequ jtejbu l-ġnien tagħhom waqt li jżommu l-impatt ambjentali tagħhom baxx kemm jista' jkun. Il-fiera se tinkludi wkoll varjetà ta' stalls li joffru għodda, fertilizzanti organiċi, u prodotti oħra sostenibbli, li għandhom l-għan li jħeġġu prattiċi aktar responsabbli fid-dar u fil-ġnien. L-attività hija adattata għal kull età u għandha x'toffri għal kulħadd, minn familji li qed ifittxu attivitajiet edukattivi, għal dilettanti li jixtiequ jesploraw ideat ġodda, kif ukoll għal dawk li qed ifittxu li jgħixu b'mod aktar sostenibbli. Il-Fiera tal-Pjanti hija opportunità biex wieħed jitgħallem, jissoċjalizza, u jikkontribwixxi għal ġejjieni aktar sostenibbli. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur Millbrae Grove nhar il-Ħadd li ġej biex jagħmel parti minn din l-esperjenza unika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 January 2025