MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 952 €1.50 IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 INTERVISTA MA' ALBERT BUTTIGIEG, MEMBRU PARLAMENTARI TAL- PARTIT NAZZJONALISTA PAĠNI 6 - 7 F'GĦAWDEX IL-PN FUQ QUDDIEM HEKK KIF IL-PL JITLEF IL-MAĠĠORANZA Fl-ewwel sondaġġ li qatt sar fost votanti Għawdxin biss mill- gazzetta oħt, MaltaToday, ħareġ illi l-Partit Nazzjonalista qiegħed fit-triq it-tajba sabiex jirbaħ lura t-tlettax-il distrett. Dan minkejja li l-istess partit tilef il-maġġoranza fl-aħħar żewġ elezzjonijiet fil-gżira Għawdxija. L-istħarriġ, li seħħ matul ix-xahar ta' Jannar, staqsa 666 votant Għawdxi lil min jivvota f 'elezzjoni. Iċ-ċifri wrew lill-Partit Nazzjonalista b'vantaġġ ta' sitt punti perċentwali fuq il-PL. Għaldaqstant is-sondaġġ juri wkoll li l-elettorat Għawdxi qed jiċċaqlaq lejn diversi direzzjonijiet, bil-Partit Laburista jkun l-ikbar tellief fost iż- żewġ partiti kbar. Li jidher biċ-ċert ukoll huwa li l-Partit Nazzjonalista xorta m'għandux jiċċelebra għax fil-verità ż-żewġ partiti qed jitilfu l-votanti. PAĠNA 3 Minkejja li l-Partit Nazzjonalista qed jitlef voti għall-partiti ż-żgħar, qiegħed jirbaħ iktar voti mill-Partit Laburista. Fl- istess waqt, Abela qed igawdi vantaġġ ta' disa' punti fuq Bernard Grech, fejn tidħol il-fiduċja tal- Għawdxin. PN 47.4%, PL 41.7%, ADPD 5.8%, Oħrajn 5.1% • Turnout: 80% • Fiducja: Robert Abela 37.7%, Bernard Grech 29.1%, Hadd 33.3% Wara numru ta' snin bl-istess prezz qed ngħollu l-prezz tal-gazzetta ILLUM bi ftit. Matul dawn l-aħħar erba' snin, il-produzzjoni tal-gazzetti indipendenti saret diffiċli ħafna. Sirna aktar dipendenti fuq l-għajnuna tal-qarrejja u tar- riklamar. Nirringrazzjawkom tal-appoġġ tagħkom. Għalfejn żidna l-prezz tal-gazzetta?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 February 2025