MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 07 MARIANNA CALLEJA FTIT ĠIMGĦAT ILU, LETTUR TAL- EKONOMIJA QALET L-UDJENZA F'KONFERENZA: "IRRIDU NIKKONVINĊU LILL-ĠENERAZZJONI TAL-LUM, DAWK LI JIPPREFERU JRABBU QTATES U KLIEB MINFLOK IT-TFAL, BIEX IKOLLHOM MILL-INQAS TLETT ITFAL." BĦALA SHADOW MINISTER GĦALL-FAMILJA, X'KIENU S-SENTIMENTI TIEGĦEK? Lil hinn minn dik l-espressjoni, għax forsi setgħet tuża espressjoni oħra, il-fatti juru li l-ġenerazzjoni tagħna mhux qed iġġedded lilha nfisha. Iċ-ċifri ma jigdbux. Fl-2023 twieldu inqas milli mietu, u minnhom ma twildux Maltin kif nafu aħna. Għalija tfal huma tfal, imma dawk li aħna nsejħu Maltin twieldu inqas. Allura hemm disparità, u l-istatistika turi li jekk irridu nġeddu l-ġenerazzjoni tagħna, irid ikollna ratio ta' 2.1 wild għal kull mara Maltija, imma bħalissa qiegħda 1.8. Allura jekk nibqgħu sejrin kif sejrin, il-ġenerazzjoni tagħna jaf tispiċċa, b'konsegwenzi fuq il-kultura tagħna, l-ekonomija tagħna, u l-politika tagħna. Mela żgur – u hawn il-messaġġ tiegħi – jekk mhux se npoġġu bilqiegħda ma' mejda, u nagħmlu xi tip task force, jiġifieri nġibu lil kulħadd u nħallu l-politika partiġġjana fil- bieb ta' barra, u niddiskutu din l-emerġenza nazzjonali, mhux se nimxu. Din diġà ġrat wara l-gwerra, u ħafna emigraw lejn l-Awstralja, l-Amerka, u postijiet oħra. Il-Gvernijiet kellhom jaħdmu biex iġibu lura l-popolazzjoni. Inżommu f 'moħħna li issa l-ħajja nbidlet, l-aspettazzjonijiet għolew, l-istandards of living għolew, il-koppji jsiru ġenituri aktar tard f 'ħajjithom, imma xorta hemm bżonn nirrikonoxxu li qegħdin f 'emerġenza nazzjonali. B'DAN KOLLU F'MOĦĦNA, BOSTA FUQ IL-MIDJA SOĊJALI TEFGĦU T-TORT FUQ IL-GVERN. L-ARGUMENT KIEN LI QEGĦDIN F'DIN IS-SITWAZZJONI MINĦABBA L-EKONOMIJA LI ĠAB IL-GVERN STESS, U ISSA QED "JIPPRETENDI LI NWELLIDLU T-TFAL, U NIBQA' NAĦDEM." KIF TĦOSSOK DWAR DAN? Jekk naqblu li din hija problema, irridu naqblu wkoll fuq l-attitudni li se nieħdu biex insolvu din il-problema. Irridu nħabbtu l-irjus ta' kulħadd, u noħorġu b'ideat biex ninċentivaw, għax aħna ma nistgħu nġiegħlu lil ħadd ikollu t-trabi, imma almenu ninċentivaw l-idea li familja tibda titkabbar bil-mod. Ħeqq din hija għażla personali li għandha bżonn ħafna riflessjoni, għax din mhux bħallikieku se ġġib kelb. Issa jien inħobbhom ħafna l-klieb, u anke kelb fih l-impenn u s-sagrifiċċju tiegħu, u anke kelb ibiddillek ħajtek, aħseb u ara ġġib persuna bħalek tad-demm u l-laħam. Dik id-deċiżjoni trid teħodha biss koppja bejnietha. Aħna imma rridu niffaċilitaw l-ambjent, li fih koppja tista' ġġib it-tfal. Jien naħseb hemm tliet punti fuq xiex naħdmu. L-ewwel, l-edukazzjoni, għax dik se tgħin il-finanzi tal-koppji tagħna. Irridu ninvestu f 'edukazzjoni ta' kwalità, għax bħalissa għandna l-ogħla rata ta' studenti li jastjenu mill-istudju tagħhom, skont l-aħħar statistika. It-tieni, il-proprjetà. Ngħixu fuq gżira żgħira, ma nistgħux tant nibqgħu nibnu, iżda nistgħu noħolqu xi tip ta' sistema li l-koppji biha xorta jiggwadanjaw l-ewwel proprjetà tagħhom. Taħt iż-żewġ gvernijiet, diġà kellna politika tal-proprjetà illi twassal koppja jkollhom artijiet bi prezzijiet vera baxxi. Anzi kien hemm żmien fejn il-Gvern Nazzjonalista, kien ibigħ proprjetajiet tal- Gvern jew artijiet bil-karawett, prezzijiet kważi b'xejn. Imma rridu noħolqu sistemi biex noħolqu aktar fakultà għall-koppji. It-tielet punt, ix-xogħol, jew il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Issa naf li kien hemm direttiva, grazzi għall-intervent tal-kollega David Casa, u l-Gvern daħħalha. Iżda ħassejna li seta' daħħalha ħafna aħjar, għax kien hemm punti fejn kien it akk, u ta l-inqas li seta' jagħti. U għalhekk ħabbarna l-proposti biex intejbu dak il-pakkett. Dawn il-miżuri ħdimna fuqhom jien u kollegi oħra, bl-għan li ngħinu lill-koppji. Issa hawn nixtieq xorta nidħol it fl- edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin biex tiġi evitata l-mentalità li x-xogħol tad-dar huwa biss f 'idejn il-mara. Din trid tinbidel, u se nbiddluha bl-edukazzjoni, għax issa ma nistax naqbad raġel li għamel ħamsin sena joqgħod idejh fuq żaqqu u nippretendi li jinbidel u jmur jaħsel il-platti. Imma nistgħu nibdew miż-żgħar u ngħidulhom li tagħmel il-faċendi fid-dar hu obbligu tiegħek ukoll. Jien insajjar, jien innaddaf, jien ngħaddi, jien naħsel il-ħwejjeġ, u fl-ebda mument ma' nħossni raġel inqas minn ħaddieħor. Għandna din l-idea, forsi it meditteranja, li r-raġel huwa l-macho li jġib it-tfal u mbagħad lest. Mentalità skaduta, u offensiva. Fil-fatt għalhekk ħdimna fuq proposti għak aktar paternity leave. KONT SE NISTAQSIK DWAR DIN. NAFU LI EŻEMPJU ANKE L-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI KIEN GĦAMEL SNIN TWAL BĦALA STAY-AT-HOME DAD U TKELLEM ĦAFNA DAK IŻ- ŻMIEN BIEX INBIDDLU L-IDEA LI GĦANDNA U JEKK HEMM BŻONN INŻIDU L-PATERNITY LEAVE, BL- OPPORTUNITÀ LI RAĠEL JIBQA' D-DAR MINFLOK IL-MARA. FL- ISTESS WAQT HIJA REALTÀ, LI JAF INŻIDUHA VERA, U L-MALTIN MA JIĦDUX VANTAĠĠ MINNHA GĦAX GĦANDHOM IL-ĦSIEB LI QED TIRREFERI GĦALIH INT. X'INĊENTIVI QED TAĦSBU DWARHOM, BĦALA PARTIT NAZZJONALISTA, SABIEX TĦAJRU MISSIRIJIET JAĦTFU DAWN L-OPPORTUNITAJIET? Iva, kif ħabbar il-Kap, aħna lesti naħdmu fuq inizjativi bħal dawn. U mhux bħala Partit Nazzjonalista biss, bħala Malta flimkien, għax din mhux problema tagħna biss, din problema tal-ġenerazzjonijiet li ġejja wkoll. Inħoss li kif inhi bħalissa, xorta għadha mhux biżżejjed, għax liema raġel b'paga tajba se jitlaq mix-xogħol biex joqgħod id-dar. U għalhekk irridu naħdmu, biex inbiddlu l-mentalità u noffru l-aqwa ambjent biex dawn l-opportunitajiet jittieħdu. FIL-PASSAT KIEN HEMM KRITIKA LEJN IL-PN GĦAX KIEN AKTAR KONSERVATTIV BIL-MOD LI JAĦSEB LI GĦANDHA TKUN MAGĦMULA FAMILJA. U MHUX NGĦID BISS, LI JKOLLOK ĠENITURI TAL-ISTESS SESS, IMMA ANKE L-MOD TAF KIF ISIRU T-TFAL, IVF, EĊĊ. INBIDEL IL-MOD TA' KIF JAĦSEB IL-PN? JEKK SENTEJN OĦRA MALTA JKOLLHA GVERN NAZZJONALISTA ...? Se nwaqqfek għax se ngħidlek iva mal- ewwel. Trid tiem li l-partiti politiċi dejjem jevalwaw ruħhom, u dejjem jikbru. Il-Partit Laburista kruċjata sħiħa għamel kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, imma issa jipprova jkun wieħed minn tal-ewwel biex jipparteċipa f 'dik l-isfera. Il-Partit Nazzjonalista llum jiddefendi l-familja, kemm tradizzjonali, u anke dik li mhix. Imma rridu nkunu onesti, għax imbagħad ma rridux immorru fl-estrem l-ieħor. Jien missier, u ma rridx nissejjaħ parent 1 jew parent 2. Jien missier, u mhux nagħmel xi ħaġa ħażina, li nemmen f 'dik. Mhux "konservattiv ħażin" li jien nemmen dik. Jien irrid nikkonserva l-imħabba, il-valuri bażiċi tal-imħabba. Naħseb aħna tgħallimna, li aħna mxejna 'l quddiem, aħna moħħna aktar dwar dan, u naħseb dik turi maturità fil-Partit Nazzjonalista. Din hija biss silta mill-intervista li l-ġurnal ILLUM kellu mal-MP Albert Buttigieg. Aqra l-kumplament fuq is-sit www.illum.com.mt. 'Hija għażla personali li jkollok it-tfal, imma bħala politiċi rridu niffaċilitaw l-ambjent li fih ikollok it-tfal'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 February 2025