Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 9 TA" FRAR 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M a nistgħux nimu d-dikja- razzjonijiet tal-Prim Ministru Robert Abela. Jidher ċar li l-Prim qed jagħti l-im- pressjoni li mhu lest jikkonċedi xejn. U fid-diskorsi tiegħu jidher li mhux qed ikun koerenti. Nippruvaw f 'dan l-editorjal nimu eżattament x'qed jaħseb Robert Abela. 1. Il-Palestina: wara d-dikjarazzjonijiet perikolużi ta' Donald Trump dwar Gaża, Abela sab skuża biex jgħid li mhux il-waqt li l-Istat Palestinjan jiġi rikonoxxut. Hija ċara li hu, kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, huma beżgħana minn xi reazzjoni mill-Amerka. U tidher ċara li l-politika tal-Gvern qed tersaq viċin ħafna l-Amerka minkejja dawk li jaħsbuha differenti fil-Partit Laburista. 2. In-Newtralità: mingħajr ebda raġuni, il-Prim Ministru Robert Abela tefa' bomba meta qajjem il-kwistjoni tan-newtralità; suġġett li fil-kuntest tal-lum huwa sensittiv. Wisq aktar inkwetanti hija d-dikjarazzjoni li Malta trid tikkunsidra tonfoq iktar fuq id-difiża. Eku tal-għajta ta' Trump li l-Ewropa mhux qed tonfoq biżżejjed fuq id-difiża. 3. Alex Dalli: Minkejja l-provi u l-konklużjonijiet tal-Ombudsman, Abela baqa' determinat li ma jneħħix lil Alex Dalli mill-kariga tiegħu li għandu bħala mibgħut speċjali fil-Libja. Abela qisu jrid jibgħat messaġġ li hu mhu se jieħu l-ebda lezzjoni mill-media. Dalli kien il-kap tal-ħabs ta' Kordin u kien magħruf għall-metodi krudili u l-istil oxxen ta' tmexxija. Waqt it-tmexxija tiegħu, in- numru ta' suwiċidji u mwiet fil-ħabs kien wieħed rekord. 4. Dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri tal-kabinett: Għal snin twal kienet il- prassi li l-assi tal-membri tal-kabinett ikunu jistgħu jingħataw lill-media u hi tkun tista' tagħmel l-analiżi tagħha fuq l-assi u l-ġid li għandhom il-membri tal-kabinett. Abela qed iġib l-iskuża li dawn mhux se jingħataw għax qed issir riforma sħiħa li tkun qed iżżid it-trasparenza. Argument li ma tantx jagħmel sens. Imma għalfejn qed jaġixxi b'dan il-mod? 5. Inkjesta maġisterjali: Il-Prim Ministru determinat li jibqa' għaddej bir- riforma tal-inkjesta maġisterjali minkejja l-kritika li qed issirlu. L-argument tal-Prim Ministru hu li qed isiru talbiet għall-inkjesti vessitorji li huma intiżi biex jaħlu l-ħin u jħammġu lin-nies. Minflok, Abela qed jissuġġerixxi li l-ewwel ir-rapport imur għand il-Pulizija biex huma jiħu indaġni … imbagħad, f 'każ li ma jsir xejn, tgħaddi għand l-Imħallef. Il-kritika li qed issir hi li l-Pulizija ma tantx għandhom rekord sabiħ meta jiġu għal indaġini ta' allegazzjonijiet ta' abbuż. Fil-qosor qed naraw Prim Ministru aktar belliġeranti. U dan ma tantx jawgura tajjeb għall-klima politika u wisq aktar għal ċerta serenità. Nistgħu ma naqblux fuq kollox imma jenħtieġ li Robert Abela jiem li, minkejja li huwa fi dritt u d-dmir li jmexxi, m'hemm xejn ħażin li jisma' u jagħti kas il- kummenti u l-kritika ta' madwaru. Inħarsu lejn kif jaħsibha Robert Abela