MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2025 07 morali tagħna? Pajjiż verament newtrali ma jċedix għat- theddid tal-imperjalisti. Malta m'għandhiex timxi mal-Punent f 'kollox, speċjalment jekk dan ifisser li tinżel għarkupptejha quddiem l-eġemonija Amerikana. Għandha tieħu pożizzjoni b'saħħitha favur is-sovranità tagħha, favur paċi u ġustizzja – u mhux tibqa' passiva u servili fost il-kolonjalisti tal-lum. KIF TINTERPRETA R-RILUTTANZA TAL-GVERN MALTI LI JIRRIKONOXXI L-PALESTINA BĦALA STAT, SPEĊJALMENT META WIEĦED IQIS L-ISTORJA TA' MALTA LI TAPPOĠĠJA MOVIMENTI MHUX ALLINEATI U SFORZI TA' DEKOLONIZZAZZJONI? Il-Gvern Malti jitkellem fuq il-wirt ta' movimenti mhux allineati u sforzi ta' dekolonizzazzjoni, iżda meta jiġi għall- Palestina, kull prinċipju jisparixxi. L-iskuża ta' "mument it-tajjeb" hija mod komdu biex jevita li jieħu pożizzjoni morali ċara filwaqt li jżomm ruħu milqut minn sanzjonijiet jew pressjoni mill-alleati tal-Punent. Il-Malti għandu jissimpatizza mal- poplu Lhudi – poplu li storikament sofra persekuzzjoni u li ġie miġbur f 'art li ma kinitx vojta, imwiegħda mill-Punent bħala forma ta' tpattija għad-delitti tiegħu stess. Hekk kif id-dinja iehmet li kisret lil-Lhud, minflok tat ġustizzja, qabdet u rrilokat id- dijaspora kollha f 'pajjiż ieħor, tefgħethom f 'kunflitt ma' dawk li diġà kienu jgħixu hemm. Bħallikieku ħaddieħor iddeċieda li l-Għawdxin għandhom jiġu mimlijin bil- Maltin kollha mid-dinja għax "Għawdex hu tagħhom," u nistennew li ma jqumux għall- korla. Sadattant il-Palestinjani ġew meqruda u tturufnati mill-art tagħhom biex il-Punent jimla l-kuxjenza tiegħu bil-fatt li ssawwat lil- Lhud għal sekli sħaħ. U issa, wara 70 sena ta' etniċidi u kolonjaliżmu, il-Punent jigdeb u jgħid li dan mhux ġenoċidju, iżda "difensiva." Fil-fatt, mhux talli tturufnawhom, talli issa qed joqtluhom bil-massa – 'il fuq minn 40,000 ruħ, 70% minnhom tfal – u jitolbuhom "idabbru" biex jinbena playground għal sħabu l-għonja fuq il-fdalijiet ta' ħajjithom. X'inhuwa dawn jekk mhux lebensraum fiż- żminijiet tal-lum? Mhux ċar fejn għandu jinsab il-kumpass morali li tant inqisuh superjuri għaliex issa "aħna Ewropej" Malta ma tistax tibqa' titkellem fuq "newtralità" waqt li ddawwar wiċċha quddiem il-ġenoċidju. Ir-rikonoxximent ta' Palestina issa mhux kwistjoni ta' mument it- tajjeb – huwa minimu ta' diċenza umana. FRONT MALTIN INQUMU APPELLA GĦAL EMENDI KOSTITUZZJONALI BIEX ISAĦĦU N-NEWTRALITÀ TA' MALTA U JOPPONU L-INVOLVIMENT MILITARI BARRANI. DAWN IL- BIDLIET, KIF TARA LI JAFFETTWAW IR-RELAZZJONIJIET DIPLOMATIĊI ATTWALI TA' MALTA, SPEĊJALMENT MAL-ALLEATI TAL-UE U TAN-NATO? L-appell ta' Front Maltin Inqumu għal emendi kostituzzjonali biex isaħħu n-newtralità ta' Malta u jwaqqfu l-involviment militari barrani huwa pass neċessarju biex Malta tinqata' mir-retorika tal-Punent u mill-ipokrezija ta' "newtralità selettiva." Dan jista' jtellia favur mill-UE u n-NATO, iżda Malta m'għandhiex tkun marbuta ma' sħubiji li jassiguraw l-interessi tal-kolonjalisti u mhux il-paċi. Irridu newtralità veru, mhux li nibqgħu siekta quddiem il-massakri tal-Palestina, niġru wara l-imperjalisti, u nirrepetu l-iskript li jagħtuna. Malta trid tistabbilixxi ruħha bħala pajjiż li jopponi kull aggressjoni, mhux waħda skont min qed jagħmilha. PREĊEDENTEMENT, F'INTERVISTI OĦRA, ENFASIZZAJT L-IRWOL TA' MALTA FIT-TITJIRIET TA' KONSENJA U L-IFFAĊILITAR TA' OPERAZZJONIJIET BARRANIN. TEMMEN LI MALTA GĦADHA KOMPLIĊI F'AZZJONIJIET LI JIKKONTRADIXXU L-POŻIZZJONI UFFIĊJALI TAGĦHA DWAR IN- NEWTRALITÀ? Assolutament, Malta tibqa' kompliċi f 'azzjonijiet li jimminaw in-newtralità tagħha, għax minkejja l-kliem sabiħ, il-Gvern jippermetti titjiriet militari, jiffaċilita operazzjonijiet barranin u jżomm relazzjonijiet sħaħ ma' poteri imperjalisti. Din mhijiex xi ħaġa ġdida – għal snin sħaħ, Malta serviet bħala pont għal missjonijiet militari tal-Punent, sew fis-sigriet, sew bil- paroli diplomatiċi. Niakru sempliċement fit-tkeċċija ta' Gino Birindelli, ammiral tan- NATO li kien parti mir-reġim ta' Mussolini, bħala persuna mhix mixtieqa hekk kif tela' Mintoff fil-gvern. Birindelli li kellu jkun parti minn kolp ta' stat fl-Italja jitlaq minn Malta li safa' fallut – il-golpe borghese li kellu jtella' fil-gvern Taljan lil Gunio Valerio Borghese, kmandant faxxist tal-10 flotta MAS, il-flotta ta' Mussolini. Aktar reċenti fejn il-ħabib ta' Trump Eric Prince uża lil Malta u imprenditur lokali biex iwassal l-armi lejn il- Libja, issa mmexxija minn eks asset tas-CIA fuq naħa u gvern approvat mill-Punent fuq l-oħra f 'kaos totali. Aktar reċenti fejn tħallew żewġ ajruplani fi triqithom lejn il-Palestina isibu l-art fl-ajruport tagħna. L-ipokrezija hija li ngħidu li aħna newtrali meta naġixxu bħala servjenti ta' strateġiji kolonjali. Jekk Malta tibqa' tappoġġja l-imperjaliżmu b'dan il-mod, tkun qed tikkontradixxi, mhux biss il-kostituzzjoni tagħha, imma wkoll l-istorja tagħha ta' solidarjetà mal-popli mkażbra. MINĦABBA L-POŻIZZJONI STRATEĠIKA TA' MALTA BEJN L-EWROPA U L-LVANT NOFSANI, X'AZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦANDU JIEĦU L-GVERN BIEX KEMM JISTA' JKUN IŻOMM IN-NEWTRALITÀ, KIF UKOLL JAPPOĠĠJA D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM F'KUNFLITTI BĦAL DAK FIL-PALESTINA? Aħna nemmnu li Malta għandha: • twaqqaf kull forma ta' kollaborazzjoni militari ma' kwalunkwe qawwa kapitalista-imperjalista. • tippubblika r-rotot u l-għanijiet tat- titjiriet militari li jgħaddu minn Malta biex ikun hemm trasparenza sħiħa. • tieħu pożizzjoni attiva kontra l-gwerer kolonjali u l-okkorpazzjonijiet billi tattiva l-politika ta' paċi b'mod ġenwin. Jekk Malta trid tkun verament newtrali, trid tieqaf is-servilità lejn il-Punent u tingħaqad mal-ġlieda għall-ġustizzja globali, speċjalment fi ħdan l-editt tal-qorti internazzjonali tal-ġustizzja u li tipproteġi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u fuq quddiem fit-taqbida kontra dawn l-għemejjel li qed jaffettwaw il-bqija tad-dinja, kemm ekonomikament, moralment, kif ukoll ambjentalment. Kien ikun ħafna aħjar kieku Ian Borg, minflok kien qed jikkundanna biss lil Lavrov, kien ikun ħafna aktar ta' ġid li jkun fuq quddiem f 'solidarjetà ma' pajjiżi bħal Pakistan u l-Vanuatu li qegħdin jiġu mfarrka minħabba l-kambjament tal-klima, xejn megħjuna mill-azzjonijiet imperjalisti u l-produzzjoni, esportazzjoni u użu ta' armi! Kien ikun ħafna aktar xieraq u utli kieku Ian Borg kien f 'solidarjetà kontra l-isfruttament tal-ħaddiema tan-nofsinhar ażjatiku li qed jiġu f 'pajjiżna għax il-gvern tagħhom ma interessahx jinvesti f 'xogħlijiet. Kieku Roberta Metsola kienet fuq quddiem kontra l-interessi tal-minjieri tar-Rwanda li bħalissa qed jipproduċu ħafna maħruba minn pajjiżhom fi vjaġġ imdemmi lejn dinjità. Iżda, minflok, ninsabu hawn. Trump ma kienx biss dgħajjef, deferenzjali lejn l-Istati Uniti ' Raphael Borg Sammy Meilaq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 February 2025