MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta joħorġu s-sondaġġi jkun hemm ħafna interpre- tazzjonijiet, kif ukoll ħafna allegazzjonijiet. Hemm ukoll min jimmaġina li jkun hemm min jaħbi u jgerfex fin-numri. Fil-biċċa l-kbira, dawk li jagħmlu s-sondaġġi huma nies serji u forsi jkun hemm min jipprova jenfasizza punt flok ieħor, imma jibqa' l-fatt li n-numri ma jkunux ivvintati. Fuq il-mezzi soċjali jkun hemm xi kultant mewġa ta' insulti u insinwazzjonijiet li jippruvaw ipinġu realtà mhux vera ta' min jagħmel is- sondaġġi. Imma ejja nħarsu lejn in-numri u nieħdu eżempju ċar. Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-sena l-oħra kien hemm tliet sondaġġi. Kienu ħarġu bi tliet ċifri; li l-Labour kien se jirbaħ, imma l-MaltaToday qalet b'24,000 vot, it- Torċa b'27,500 u s-Sunday Times bi 30,500. Meta ħareġ ir-riżultat kulħadd baqa' sorpriż għax il-Labour kien rebaħ bi 8,454 vot. Kulħadd kien ġab ir-riżultat pjuttost żbaljat. Anke l-PN kienu sorpriżi. Deher ċar li s-supremazija tal-Labour kienet qed tintemm. Ovvjament, il-problemi endemiċi tal-PN – nuqqas ta' tmexxija b'saħħitha, dgħufija fil-viżjoni ekonomika, u l-mażżra tal-grupp Repubblika ma għenu xejn lill-PN. Imma min-naħa l-oħra kien hemm messaġġ ċar li l-PN seta' jegħleb is-supremazija tal-PL. F'dawn l-aħħar xhur, minkejja l-andament mexxej fl-ekonomija, il-Gvern ta' Robert Abela wera li hu arroganti u intolleranti. Veru li l-ekonomija tfisser kollox għal ħafna nies, imma huwa veru wkoll li l-ekonomija biss mhux biżżejjed biex taħdem kontra l-apatija ta' eluf ta' eks votanti Laburista li huma mdejqin bil- Gvern tagħhom. Illum nafu bi tliet sondaġġi: tal- MaltaToday b'distakk ta' 12,000 vot, ta' Marmara (eks Torca) bi 15,000 vot, u tas-Sunday Times bi 17,000 vot. Jekk nagħmlu xebh żgħir ma' dak li ġara f 'Ġunju, ma tantx qed naraw aħbarijiet sbieħ għal-Labour. In-numri mhumiex vanġelu, imma meta jitqabblu flimkien, ikellmuk u jgħidulek storja. In-numri jfissru ħafna jekk taf taqrahom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 February 2025