Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461
analiżi IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 • illum 04 ILENIA DEBONO Din is-sena, il-politika Maltija rat il-formazzjoni ta' żewġ partiti ġodda, riżultat tal-elezzjoni Ewroparlamentari tal-2024, fejn il- votanti wrew li huma mxebbgħin mill-istatus quo tal-politika Maltija. L-elezzjoni tal-Parlament Ewropej tas-sena l-oħra rat ammont konsiderevoli ta' voti li marru għand kandidati indipendenti u partiti żgħar. Fost dawn il-kandidati u partiti, kien hemm Arnold Cassola bi 22,941 vot, u l-ADPD bi 3,109 voti. Fl-aħħar tas-sena l-oħra, il-midja Maltija kienet diġà qed tispekula t-twelid ta' żewġ partiti ġodda; it- tnejn bit-tama li jkissru r-renju tal-PLPN fil-politika lokali. Cyrus Engerer, eks Laburist li beda mill- partit l-oppost, huwa l-wiċċ tal-Partit Malta Progressiva (jew Progressivi, fil-qasir), u Arnold Cassola sar il-mexxej tal-Partit Momentum. Madankollu, iż-żewġ partiti stqarru ma' dan il-ġurnal li mhumiex ħa jkunu "partit żgħir kwalunkwe." Il-Partiti l-ġodda: għaliex din il-popolarità Għaliex ir-riħ tal-bidla? Għaliex issa? Il-ġurnal ILLUM jagħti titwila minn lenti storika u soċjali lejn il- popolarità ġdida tal-partiti ż-żgħar f 'Malta, billi titkellem mal-protagonisti u l-politiċi. 'Il-mentalità u l-ideoloġija tal- mibegħda u tas- soluzzjonijiet faċli minn fuq dahar ħaddieħor diġà fostna' – Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-ADPD Meta mistoqsi rigward ix- xejra li qed jieħdu l-votanti fl- elezzjonijiet (kemm Ewropej, kif ukoll ġenerali) li aktar ma jmur aktar tara turn out inqas, huwa qal li kull vot għall-ADPD huwa riżultat tal-kuxjenza u tal-valuri ħodor tal-votant mhux sabiex jirribellaw b'intenzjonijiet 'anti- politician'. Skont Cassar, wieħed għandu jirrispetta din id-deċiżjoni hekk kif hemm raġuni warajha, "issa jekk ir-raġuni hijiex waħda ideoloġika, egoistika jew kwalunke, storja oħra." "It-turn-out tal-elezzjonijiet ġenerali huwa fost l-ogħla, pereżempju 85% fl-2022, avolja huwa perċentwal relattivament baxx għal Malta," hu sostna mal-ILLUM. Cassar qal li hu impossibbli li politikant jappella għal dawk il-mitt elf ruħ li astjenew milli jivvutaw fl- elezzjoni Ewroparlamentari. Żied jgħid li hi perikoluża li ż-żewġ partiti kbar f 'Malta jservu ta' żewġ kampijiet politiċi li jridu jolqtu lill- istess nies. Jiaħ fuq dan, u qal li dan l-argument jista' jgħodd għal partiti żgħar oħra, imma wkoll għal "dawk li jpinġu lilhom infushom bħala ċentristi u ma jikkummentawx fuq suġġetti sensittivi." Meta ġie mistoqsi fuq xi jbassar li se jiġri fl- elezzjoni li jmiss, it-tweġiba kienet waħda inċerta hekk kif jaħseb li għadu kmieni wisq. Madankollu huwa jaħseb li se jkun hemm turn- out t'iżjed minn 80%. Cassar qal li l-influwenza tal- lemin estrem fl-Ewropa hija dominanti fiż-żewġ partiti l-kbar. "Sa diskors ta' 'invażjonijiet' immaġinarji minn Adrian Delia, u saħansitra wkoll Joseph Muscat. Tkeskis faċli u miskin għal wiċċ ċertu tip ta' partitarji," żied jgħid. Fl-aħħar, huwa jaqsam mal- gazzetta l-każ tal-ADPD fil-Qorti, li skont il-partit tal-Ħodor, juri kif il-kostituzzjoni tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem. Huwa spjega kif il-mekkaniżmu tal-proporzjonalità jgħodd biss għall-voti tal-PL u PN, l-istess jgħodd għall-kwota tal-ġeneru. "Aħna lesti u ppreparati nkomplu bl-azzjonijiet legali sal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem fi Strasburgu jekk hemm bżonn," jagħlaq Cassar rigward il- kawża, li qiegħda fi stadju t'appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, bl-ewwel seduta sseħħ fl-10 ta' Marzu. Natasha Azzopardi, mill-Partit Momentum, qalet li l-poplu qed jinduna bid-diżonestà u bl-intenzjonijiet malizzjużi tal- partiti l-kbar. Dan, skontha, deher ċar fost il-votanti li ma vvutawx, jew li taw il-vot tagħhom lill-partiti ż-żgħar. Tkellmet fuq Fort Chambray, "fejn iż-żewġ partiti qablu li għandu jiġi żviluppat, b'wirt nazzjonali ġie mibjugħ" u l-liġi tal-inkjesti maġisterjali "sabiex il-liġi taqdi lilhom, akkost tad- drittijiet tagħna," bħala eżempju għall-punt li jmiss. Fil-fatt hija qalet li l-partiti l-kbar mhux iservu kif titlob il-pożizzjoni tagħhom, u huwa dan li l-votanti qed jagħrfu. Azzopardi qalet li l-unika valur li jħaddnu l-partiti l-kbar huwa tal-flus. Mill-banda l-oħra, hi tgħid li l-valuri tal-Partit Momentum huma "fundamentali għal soċjetà ġusta, inklussiva u li tħares b'mod pożittiv lejn il- futur," kif ukoll dawk t'etika u meritokrazija. Azzopardi qalet li għalkemm il-poplu kultant ikun wieħed pessimist, temmen li wasal iż- żmien tal-bidla speċjalment biż- żieda tal-attiviżmu fost il-Maltin. Hi tgħid li għalhekk qiegħed Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali tal- ADPD Natasha Azzopardi, Membru tal-Kumitat tal-Partit Momentum