Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 05 Il-kuntratti taʼ proprjetajiet residenzjali żdiedu b'0.1% biss, iżda l-konvenji żdiedu b'136 fi Frar 2025 AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej qed iniedi sejħiet għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: • Intervent 77.1.1 Appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi Skemi ta' Kwalità. • Intervent 77.1.2 Appoġġ għall-Azzjonijiet ta' Informazzjoni u Promozzjoni ta' Skemi ta' Kwalità L-ewwel sejħiet ta' dawn l-interventi ser jagħlqu il-Ġimgħa 2 ta' Mejju 2025 f'nofsinhar. (dati ta' għeluq addizzjonali sussegwenti jistgħu jiġu notifikati fuq il-websajt https://fondi.eu/ għal kwalunkwe minn dawn is-sejħiet ) Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn wieħed jista' isib il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll il-linji gwida u l-applikazzjonijiet ta' dawn is- sejħiet. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni dwar dawn is-sejħiet ġewwa l-Oaks Business Centre, Triq Farsons, Hamrun (uffiċċju tal-Awtorità ta' Ġestjoni) il-Ġimgħa 28 ta' Marzu 2025. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra' għal dawn is-sessjonijiet tista' taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċċempel lis-SEM fuq 2779 7300. Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu bl-imejl fuq fondi.eu@gov.mt SEAN FENECH Minn Frar tal-2024 għall-Frar tal- 2025 kien hemm żieda minima ta' 0.1% fil-kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetà residenzjali, skont l-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). "Fi Frar 2025, l-għadd ta' kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 1,021, żieda ta' 0.1% meta mqabbel ma' dawk irreġistrati fi Frar 2024," qalet l-NSO. Minkejja ż-żieda ċkejkna fin- numru ta' kuntratti, il-valur tagħhom għola naqra mhux ħażin, hekk kif il-valur kollettiv tagħhom laħaq il-€287.5 miljun, li hija żieda ta' 6.3% minn Frar tas- sena l-oħra. Il-maġġoranza tan-numru, kif ukoll il-valur tal-kuntratti kkonsistew minn kuntratti magħmulin minn individwi filwaqt li l-bqija kienu kuntratti magħmulin minn kumpaniji. Kien hemm 930 kuntratt magħmul minn individwi, li jirrappreżentaw 91.1% tat- total, u bħala valur dawn kienu jammontaw għal €235.3 miljun, li huwa ekwivalenti għal 81.8% tal- valur kollu. Għaldaqstant, kuntratti magħmulin mill-kumpaniji ammontaw għal 91 kuntratt, li jirrappreżentaw 8.9% tat-total, u dawn flimkien ammontaw għal €52 miljun, jew 18.2% tat-total. LOKALITAJIET U DISTRETTI BL-IKBAR NUMRU TA' KUNTRATTI TA' BEJGĦ It-tliet lokalitajiet fejn sar l-ikbar numru ta' kuntratti ta' bejgħ huma San Pawl il-Baħar, Birkirkara, u Tas-Sliema fejn ġew irreġistrati 62, 49, u 47 kuntratt rispettivament. Warajhom kien hemm Marsaskala b'44 kuntratt; Il-Mosta b'39; Il-Mellieħa b'35; Ħaż-Żabbar bi 32; Il-Fgura b'29; u l-Imsida u San Ġiljan b'27 il-wieħed. Min-naħa l-oħra, id-distrett li rreġistra l-ikbar numru ta' kuntratti huwa d-Distrett tat-Tramuntana tal-Port, fejn ġew irreġistrati 299 kuntratt. Id-distretti ta' wara huma d-Distrett tat-Tramuntana b'170 kuntratt; id-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port b'154; id-Distrett tan- Nofsinhar tal-Lvant b'152; id- Distrett t'Għawdex u Kemmuna b'136; u d-Distrett tal-Punent b'110. IL-KONVENJI ŻDIEDU B'7.5% META MQABBLIN SENA B'SENA Min-naħa l-oħra, in-numru ta' konvenji żdiedu b'rata ogħla ta' 7.5% meta mqabbla mas- sena l-oħra, fejn b'kollox kienu rreġistrati 1,253 konvenju. L-istess bħall-kuntratti, il- maġġoranza tal-konvenji kienu magħmulin minn individwi, fejn dawn ammontaw għal 1,117 jew 89.1% tat-total. Il-bqija tal-konvenji kienu jinvolvu kumpaniji, jiġifieri 136 konvenju jew 10.9% tal-konvenji kollha. LOKALITAJIET U DISTRETTI BL-IKBAR NUMRU TA' KONVENJI It-tliet lokalitajiet fejn kien hemm l-ikbar numru ta' konvenji reġistrati huma San Pawl il-Baħar, Il-Mosta, u Birkirkara fejn dawn kellhom 90, 61, u 60 konvenju rispettivament. Warajhom kien hemm il- lokalitajiet ta' Marsaskala b'55 konvenju; L-Imsida bi 48; Il-Fgura bi 43; Ħaż-Żabbar b'39; Iż-Żejtun b'37; In-Naxxar bi 33; u l-Mellieħa bi 32. Fejn jidħlu distretti, id-distrett bl-ikbar numru ta' konvenji rreġistrati kien fid-Distrett tat- Tramuntana tal-Port bi 354 konvenju. Id-distretti ta' wara huma d-Distrett tat-Tramuntana b'250 konvenju; id-Distrett tan- Nofsinhar tal-Lvant b'215; id- Distrett tan-Nofsinhar tal-Port b'183; id-Distrett ta' Għawdex u Kemmuna b'132; u d-Distrett tal- Punent b'119. PROPRJETAJIET IRREĠISTRATI FIL- KUNTRATTI TA' BEJGĦ Fejn jidħlu proprjetajiet li ġew irreġistrati fil-kuntratti ta' bejgħ, dawn b'kollox ammontaw għal 1,117-il proprjetà. Minn dawn, il-proprjetajiet bl-ikbar sehem tat-total huma appartamenti u garaxxijiet li b'kollox ammontaw għal 428 u 251 rispettivament. Warajhom ġew irreġistrati 120 roqgħa art; 115-il dar, inklużi bungalows, vilel, irziezet, eċċ.; 106 maisonettes; 64 penthouse; u 33 proprjetà oħra, inklużi boathouses, ġonna, eċċ. Fi Frar 2025, il-kuntratti taʼ bejgħ ta' proprjetajiet residenzjali ammontaw għal 1,021 filwaqt li l-konvenji ammontaw għal 1,253