MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Jitħabbar it-tmien musical li se jittella' mit-Teatru Astra – 'Fiddler on the Roof ' Inżlu sat-Teatru Salesjan, Tas-Sliema, nhar is- Sibt 12 ta' April, u lestu ruħkom għal serata jazz tassew movimentata u fuq tagħha. Is-serata se tkun immexxija minn erba' mill- iprem mużiċisti tal-jazz f 'Malta, jiġifieri jekk tħobb il-jazz, m'għandekx ta' min titlia lejla bħal din! Il-kwartett huwa magħmul minn Warren Galea (kitarra), Alan Portelli (bass), Dominic Galea (pjanu), u Luke Briffa (drums). Il-bibien jinfetħu fis-7:30 pm, waqt li l-kunċert jibda fit-8:30 pm. Stennew lejla mill-aqwa fejn ħa tisimgħu interpretazzjonijiet ta' diski klassiċi mill-American Jazz Songbook, kif ukoll xi kompożizzjonijiet oriġinali tal-mużiċisti. Tistgħu tagħżlu bejn imwejjed ta' 2, 4, jew 6 persuni fl-awditorju tat-teatru jew inkella post fil-gallarija, fejn għandkom għażla bejn imwejjed għoljin b'banketti għal tnejn min-nies, jew inkella tiered seating tradizzjonali. Uħud mill-imwejjed jinkludu wkoll flixkun inbid għal kull żewġ mistednin, sabiex tkunu tistgħu tgawdu l-lejla bl-għatx maqtugħ. Jekk interessati biex tattendu lejla ta' jazz li mhux ħa tinsieha żgur, tistgħu taqtgħu l-biljetti tagħkom billi taċċessaw dil-ħolqa: https://tsmalta. com/events/jazz-4-tet/ Erba' mill-aqwa talenti tal-jazz f 'Malta ħa jġennu l-palk fit-Teatru Salesjan! Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li se jittella' l-musical klassiku "Fiddler on the Roof " fit-Teatru Astra, il-Belt Victoria fil-21, 22, 23, 28, 29, u 30 ta' Marzu 2025. Il-Ministru qal li, "Għal darb'oħra, dan it-teatru qed jikkonferma ruħu bħala ċentru ta' eċċellenza fil-qasam tal-produzzjonijiet mużikali f 'pajjiżna. Bħala ministeru nkunu fuq quddiem nett biex ngħinu sabiex produzzjonijiet bħal dawn li tant jattiraw nies lejn gżiritna jkun possibbli li jittellgħu." "Fiddler on the Roof " hija storja universali li tittratta t-temi tal-familja, l-imħabba u r-reżiljenza, filwaqt li ssegwi l-istorja ta' Tevye, bejjiegħ tal-ħalib umli li jissielet biex iżomm it- tradizzjonijiet Lhudija fost bidliet kbar fir-Russja tas-seklu 20. L-udjenza se tkun imħeġġa tidħol f 'din id-dinja emozzjonanti permezz tal-mużika indimentikabbli tal-produzzjoni, fosthom "Tradition", "Sunrise, Sunset" u "If I Were a Rich Man". Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kompla jgħid li din il-produzzjoni hija xhieda tal-kwalità u l-professjonalità tat-Teatru Astra, li kontinwament qed iġib produzzjonijiet ta' livell internazzjonali f 'Għawdex. Kull min jattendi se jkollu ċ-ċans jara interpretazzjonijiet eċċellenti u settijiet spettakolari, kollha mħejjija b'attenzjoni kbira biex toħloq esperjenza teatrali li tibqa' mfakkra. L-impenn u d-dedikazzjoni tat-tim kollu, mill- atturi għat-tekniċi, qed jagħmlu minn kollox biex iġibu din l-istorja ħajja b'mod uniku u memorabbli. It-Teatru Astra se jtella' dan it- tmien musical tiegħu taħt id-direzzjoni artistika ta' Christopher Gatt u d-direzzjoni mużikali għall-ewwel darba f 'idejn Maestro George Apap. L-artist veteran Mark Tonna se jieħu r-rwol ikoniku u principali ta' Tevye, karattru simpatiku u filosofiku. Francesco Nicodeme se jirritorna bħala koreografu. Id-direzzjoni vokali se tkun immexxija minn Cathy Lawlor, filwaqt li l-kor se jkun immexxi minn Sylvana Attard. Il-Ministru temm billi stieden lil kulħadd biex filwaqt li jżur il-gżira Għawdxija jesperjenza dan l-ispettaklu li se joffri serata maġika ta' mużika, emozzjoni u tradizzjoni. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur https://eventsingozo.com/ event/fiddler-on-the-roof-3/. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ online fuq teatruastra.org.mt. "'Fiddler on the Roof ' hija storja universali li tittratta t-temi tal-familja, l-imħabba u r-reżiljenza ... Kull min jattendi se jkollu ċ-ċans jara interpretazzjonijiet eċċellenti u settijiet spettakolari." Is-serata se tkun immexxija minn erba' mill-iprem mużiċisti tal-jazz f'Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025