MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 07 Il-Gvern Laburista biddel l-istil ta' tmexxija fil-Forzi Armati GĦANDEK XI KUMMENTI RIGWARD L-INKJESTA LI ĦARĠET FUQ IS-SERQA LI SARET LILL-AFM? Il-mistoqsija li l-Gvern qed jagħżel li jinjora hi: min se jerfa' r-responsabbiltà politika għal serqa ta' 132 kilogramma droga minn bażi militari, wieħed mill-aktar postijiet sikuri f 'pajjiżna – liema droga baqgħet ma nqabditx kollha lura. Ħadd ma ppretenda r-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri għax kellu jkun hu għassa mal- kontejner mimli droga – iżda għal isem pajjiżna, hemm bżonn li xi ħadd jerfa' r-responsabbiltà. Dment li se jibqa' jirrappreżenta l-Forzi Armati ta' Malta, il-Ministru Byron Camilleri, se jibqa' simbolu tad-dgħufija fis-sigurtà nazzjonali tagħna. U dan itebba' r-reputazzjoni li jixraq lill-uniformi ta' pajjiżna. L-istess bħal ma ġarrx ir- responsabbiltà meta ħarbu żewġ Marokkini minn fuq ajurplan, u għadhom ma nstabux. L-istess bħal ma ġarrx ir-responsabbiltà meta l-Ombudsman ikkundanna t-tmexxija tal-ħabs li wasslet għal mewta u suwiċidju ta' 14- il persuna, u l-Ministru baqa' jiddefendi l-istatus quo. L-istess bħal ma ġarrx ir-responsabbiltà meta l-Kummissarju tal-Pulizija ma investigax il-każijiet tal-Vitals, ma investigax 17Black, ma ressaq lil ħadd fuq tal-Pilatus, ma ressaqx il-ħuta l-kbira dwar il-frodi tal- benefiċċji soċjali u l-liċenzji tas- sewqan. INTI TAQBEL LI Ż-ŻGĦIR GĦANDU JIEĦU R-RESPONSABBILTÀ TA' LI ĠARA JEW IL-KBIR? GĦALIEX TAĦSEB HEKK? Dak li għandu x'jaqsam ma' proċeduri dixxiplinarji fuq individwi mhuwiex mertu jew suġġett politiku. Kulħadd huwa responsabbli għal-livell li jokkupa, u kulħadd jerfa' r-responsabbiltà ta' għemilu. Iżda l-politiku m'għandux jidħol dwar passi dixxiplinarji – dak huwa mertu tal-Forzi Armati ta' Malta u l-istrutturi dixxiplinarji. Il-Partit Nazzjonalista madankollu jagħmel enfasi u jibqa' jinsisti għal dik li hi responsabbiltà politika: u ċioè li l-Ministru Byron Camilleri għandu jirreżenja, jew jitneħħa jekk mhux se jieħu dak il- pass. L-ISTAT TA' KIF QIEGĦDA L-AFM ILU JIFFORMA MINN QABEL AMMINISTRAZZJONI LABURISTA. TAQBEL MA' DIN L-ISTQARRIJA U GĦALIEX? Ma naqbilx … u qed nitkellem b'fatti u b'riċerka. Meta l-Gvern Nazzjonalista tal-1987 sab istituzzjoni mkissra, b'fizzjali li qatt ma kienu tħarrġu barra 'l pajjiż f 'akkademji. Dan kollu nbidel – u saħansitra mhux biss fizzjali, iżda anke surġenti u suldati bdew jitħarrġu f 'korsijiet barra minn pajjiżna. Dan seħħ biex tissaħħaħ l-AFM, filwaqt li tinkiseb esperjenza minn akkademji ta' livelli għolja: bħal fl-Italja, il-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Istati Uniti fost l-oħrajn. Barra minn hekk, sar investiment bis- saħħa fix-xiri ta' bastimenti, vetturi u ajruplani, sar taħriġ għall-bdoti u l-kaptana barra minn pajjiżna. Dan hu it minn dak li seħħ. B'differenza – kif inhu magħruf fost is-suldati – il-Gvern Laburista biddel l-istil ta' tmexxija fil-Forzi Armati ta' Malta: fejn il-mertu, l-impenn u l-integrità ma saru jfissru xejn. Nies magħżula mill- politiċi ħadu promozzjonijiet lura fl- 2013 għal Logutenenti Kurunelli, u mbagħad Kurunelli, b'min jasal biex jinħatar Deputat Kmandant, u min jinħatar f 'kariga ta' Brigadier fi it ġimgħat – u saħansitra llum hemm min minnhom wasal f 'kariga fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru. Turija ta' kemm il-Gvern Laburista ma jafx jiddistingwi bejn il-Kmand tal- Forzi Armati ta' Malta u persuni appuntati politikament. Rajna kif inxtrat Offshore Patrol Boat P71, li ntefqu l-miljuni minn fondi pubbliċi fuqha biex inxtrat, iżda mbagħad kellha bżonn tiswijiet għall-ħsarat u flus biex jinxtara d-diesel ħalli titħaddem bil- generator. Biex imbagħad, minkejja f 'dan l-investiment għax-xiri tal-P71 li swiet il-miljuni lill-poplu Malti, kellu jkun il-bastiment P61 li ġie kkummissjonat fl-2005 biex jintuża għall-missjoni ta' salvataġġ f 'Settembru tal-2023 f 'Derna, il- Libja biex wassal suldati tal-Forzi Armati u membri tal-Protezzjoni Ċivili. Jiġifieri bastiment li nxtara fl- 2005 kien kapaċi jaqdi l-funzjoni li bastiment li ġie inawgurat f 'Marzu tal-2023. Gvern Laburista baqa' ma investiex f 'ħelikopters ġodda għal taħriġ u operazzjonijiet ta' monitoraġġ u salvataġġ viċin il- kosta ta' Malta, anzi ħalla lill-bdoti u t-tekniċi tal-Air Wing jibqgħu jaħdmu u jagħtu servizz b'dawn il-ħelikopters antiki. Minn sitt ħelikopters li huma tajbin għal dan it-tip ta' salvataġġ, wieħed biss għadu fi stat li hu meqjus operational u jista' jwettaq ħidma ta' salvataġġ. HEMM ĦAFNA OPINJONIJIET FUQ KIF GĦANDHA TKUN L-ISTRUTTURA TAL-FORZI ARMATI F'MALTA. X'TAĦSEB LI GĦANDHA TKUN L-ISTRUTTURA TAL-FORZI ARMATI F'PAJJIŻ ŻGĦIR BĦAL MALTA? Il-Partit Nazzjonalista jiem li f 'dan il-mument ta' dgħufija tal- Gvern Laburista, il-poplu qed idur fuqu sabiex joffri s-soluzzjonijiet – la darba dawn ma ġewx mill-Gvern preżenti. Madanakollu, il-Partit Nazzjonalista ilu u għadu għaddej b'konsultazzjoni miuħa li permezz tagħhom qed isawwar il-ħsibijiet u qed ifassal il-viżjoni tiegħu dwar kif se jmexxi l-pajjiż – inkluż il- Forzi Armati ta' Malta. F'dan l-istadju, ikun prematur jekk niżvela d-dettalji ta' dak li se jwettaq Gvern Nazzjonalista dwar dan is-suġġett. Fil-mument opportun. FID-DAWL TAS-SITWAZZJONI KURRENTI TAL-ISTATI UNITI U L-UNJONI EWROPEA, KIF TEMMEN LI GĦANDHA TAĠIXXI MALTA? Malta għandha tibqa' tagħti appoġġ lil kull inizjattiva favur il-paċi. Malta trid tibqa' tagħti appoġġ lill-poplu Ukren, kontra l-aggressjoni u l-invażjoni tal- Gvern Russu. Għalhekk, Malta għandha tkun parteċipi u tappoġġa kwalunkwe inizjattiva, inkluż dawk mill-Istati Uniti, li tista' twassal paċi ġusta u dejjiema. FL-OPINJONI TIEGĦEK, LIEMA HI L-IKBAR THEDDIDA GĦAS-SIGURTÀ TA' MALTA? Malta jibqa' pajjiż li hu kostituzzjonalment newtrali, u dan hu prinċipju li l-Partit Nazzjonalista jibqa' jemmen fih. Madankollu ma jfissirx li n-newtralità tfisser li tibqa' ċass quddiem is-sitwazzjoni ta' inkwiet li teżisti fl-Ewropa u fil- Mediterran. Malta jrid ikollha pjan ċar dwar kif se tissalvagwardja u tassigura li jkun hemm rotot tal- baħar miuħa li jwasslu għal aċċess liberu ta' riżorsi għal Malta, filwaqt li nassiguraw li jkollna ġenerazzjoni tal-enerġija, ma jkunx hemm qtugħ jew tfixkil fil-konnessjoni ta' infrastruttura importanti mal- Ewropa bħal interconnector u l-konnessjoni tal-internet – għal dawn ir-raġunijiet irid ikollna l-Forzi Armati ta' Malta ekwipaġġata u msaħħa sabiex tkun f 'pożizzjoni li tissalvagwardja l-interessi u l-integrità tal-infrastruttura nazzjonali tagħna, għas-sigurtà ta' pajjiżna. MA TAĦSIBX LI N-NEWTRALITÀ HIJA IRRELEVANTI LLUM, FID- DAWL TA' DAK LI QED JIĠRI MADWARNA? In-newtralità tibqa' fil-qofol tal- politika internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna. Aktar minn qatt qabel, f 'dawn iż-żminijiet, toħroġ l-importanza li pajjiżna jżomm newtrali. Madankollu, in- newtralità ma tfissirx li tibqa' ċass fid-dawl ta' dak li qed jiġri jew li ma tinvestix biex tħares l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi. Il- Partit Nazzjonalista ma jaqbel xejn ma' dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela nhar it-3 ta' Frar 2025 – it aktar minn xahar ilu – fejn staqsa jekk in-newtralità hix qed tpoġġi limitazzjonijiet fuq id-difiża ta' pajjiżna. Malta għandha tibqa' newtrali, għandha tassigura u tinvesti fl-infrastruttura għas-sigurtà tagħha, għandha tassigura li l-Ewropa hi stabbli u kapaċi tiddefendi lilha nnifisha, u għandha tara li taħdem għal paċi internazzjonali – u dawn huma kollha lkoll prinċipji li jistgħu jibqgħu jitħaddnu dment li nibqgħu newtrali. Liċenzja ta' Esternalizzazzjoni ta' Ħaddiema Temporanji Archway Operators Limited tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi skont l-Avviż Legali 270 tal-2023 Regolamenti tal-2023 dwar Aġenziji tal-Impjieg, tal-Att dwar l-Impjiegi u r- Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452). L-attivitajiet proposti huma ffukati fuq il-provvista ta' ħaddiema sabiex dawn ikunu disponibbli għal terzi, inkluż: 1.Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil terzi. 2. It-terz jagħti l-kompiti lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' esternalizzazzjoni li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil terzi. 4. L-aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inklużi kuntratturi u sotto-kuntratturi, tissorvelja, tidderieġi u tikkontrolla l- ħaddiema. Uffiċċju: 6, Triq il-Bahhara Marsaskala Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: C56225 "Ma jfissirx li n-newtralità tfisser li tibqa' ċass quddiem is-sitwazzjoni ta' inkwiet li teżisti fl-Ewropa u fil-Mediterran" – Darren Carabott

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025