MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum aħbarijiet 28 każ ta' suwiċidju fl-2024, każ iktar mis-sena ta' qabel L-FIAU tagħti ħafna inqas multi fl-2024 milli fi snin oħrajn SEAN FENECH Jidher illi kien hemm total ta' 28 każ ta' suwiċidju matul l-2024 – każ iktar mis-sena ta' qabel fejn kienu rrappurtati 27 każ. Dan in-numru huwa xorta inqas mis-sena 2021, li kienet is-sena ta' wara li ġie skopert l-ewwel każ tal- COVID-19. Dik is-sena kien hemm numru rekord ta' każijiet, fejn b'kollox kienu rrappurtati 35 każ. Dil-informazzjoni ħarġet minn sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari magħmula lill-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. Minkejja ż-żieda ta' każ wieħed mis-sena l-oħra 'l hawn, ir-rata ta' suwiċidji tul is-snin tidher li hija waħda statistikament stabbli. Fil-fatt, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal, "meta tqis id-daqs tal- popolazzjoni, ir-rata ta' mortalità għal kull 100,000 kienet 5.16 fl- 2013 u 4.9 fl-2023." Meta tqis li mill-2023 sal-2024 il-popolazzjoni żdiedet bi it inqas minn 7,000 persuna u s-suwiċidji żdiedu b'każ wieħed biss, mela r-rata baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess, jekk ma tbaxxietx. IS-SESS U N-NAZZJONALITAJIET TAL- VITTMI Minn informazzjoni meħuda minn numru ta' mistoqsijiet parlamentari differenti, jidher li l-maġġoranza tal-vittmi huma maskili. Fil-fatt, meta mistoqsi mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo, Camilleri qal, "minn Mejju 2024 sal-15 ta' Ottubru 2024 kien hemm 13-il każ ta' suwiċidju li minnhom mill-vittmi kienu maskili u waħda femminili." Barra minn hekk, f 'mistoqsija parlamentari oħra, il-Ministru wieġeb li kien hemm erba' vittmi f 'Jannar u Frar tal-2024 u kollha kienu maskili. Minkejja li m'hemmx informazzjoni dwar il-ġeneri tal-vittmi għall-bqija tas-sena, dan-numru huwa konsistenti max-xejra tas-snin ta' qabel, fejn il-maġġoranza assoluta tal-każijiet kienu rġiel. Jidher ukoll li l-maġġoranza ta' vittmi huma ta' nazzjonalità Maltija, iżda l-barranin xorta waħda jirrappreżentaw numru mhux ħażin minn dawn il-każijiet. Fil-fatt, minn informazzjoni miġbura minn mistoqsijiet parlamentari differenti, jidher illi fl-ewwel erba' xhur tal-2024 kien hemm disa' każijiet ta' suwiċidju, minn dawn tnejn minnhom kienu barranin. Dak ifisser li fl-ewwel erba' xhur tal-2024, il-barranin irrappreżentaw 22.22% tal-każijiet ta' suwiċidju. Dan huwa konsistenti mal- persentaġġ ta' snin oħra, bħas- sena 2023 fejn il-barranin irrappreżentaw 25.93% tal-vittmi tas-suwiċidju u 29.63% fl-2022. IKTAR NISA JAGĦMLU ATTENTAT TA' SUWIĊIDJU IŻDA IKTAR IRĠIEL IMUTU BIS-SUWIĊIDJU Jidher illi r-rata tal-attentati ta' suwiċidju hija kważi ħames darbiet iktar mir-rata tas-suwiċidju. Fil-fatt, meta Camilleri kien mistoqsi mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali Ian Vassallo kemm irċeviet rapporti ta' suwiċidju u attentati ta' suwiċidju l-pulizija, Camilleri wieġeb li "matul is-sena 2023 ġew irreġistrati 27 rapport ta' suwiċidju u 126 rapport ta' attentat ta' suwiċidju." Dan ifisser li għal kull suwiċidju jkun hemm bejn wieħed u ieħor ħames attenti ta' suwiċidju. Din ir-rata baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess fl-2024 għax bejn Jannar u Ġunju ta' dik is-sena kien hemm 71 attentat ta' suwiċidju u 13-il każ ta' suwiċidju. Jidher ukoll illi n-nisa għandhom iktar probabbiltà jipprovaw jieħdu ruħhom b'idejhom imma l-irġiel jwettquh b'iktar "suċċess". Fil-fatt, meta l-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea staqsiet lil Abela dwar rapporti ta' suwiċidju u attentati ta' suwiċidju, il-Ministru wieġeb, "matul is-sena 2023 kien hemm 27 suwiċidju f 'Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 24 raġel u tliet nisa. Kien hemm 49 raġel u 59 mara li ġew irrappurtati li għamlu attentat ta' suwiċidju." X'QED ISIR BIEX JITNAQQSU S-SUWIĊIDJI? Minkejja rata ta' suwiċidji li baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess tul is-snin, il-Ministru tas-Saħħa sostna li l-Gvern qed jagħmel ħiltu biex inaqqas in-numru ta' suwiċidju. Fost il-miżuri tal-Gvern, qed jiġi offrut is-servizz tat-Trattament fid-Dar għar-Riżoluzzjoni ta' Kriżijiet, fejn jekk persuna tasal fl-Emerġenza tal-isptar Mater Dei bi kriżi mentali, dawn jingħataw għajnuna professjonali immedjata u intensiva għal numru ta' ġimgħat. "Il-persuni jiġu segwiti f 'dan il- Unit u fi djarhom fejn jingħataw sapport intensiv sabiex bl-għajnuna tal-professjonisti, isibu l-ħiliet biex itejbu saħħithom, jissuperaw is-sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja tagħhom u jkomplu jgħixu fil- komunità mingħajr il-bżonn li jkunu rikoverati l-isptar," qal Abela. Apparti minn hekk, jeżisti numru ta' miżuri oħrajn, inkluż il-helpline 1579 li jopera 24 siegħa kuljum li joffri l-ewwel għajnuna minn tim ta' professjonisti fil-psikoloġija lil kull min iċempel biex jitkellem fuq sfidi mentali u diffikultajiet tal- ħajja. Ir-rata tal-attentati ta' suwiċidju hija kważi ħames darbiet iktar mir- rata tas-suwiċidju. Fl-2023 kien hemm 27 suwiċidju u 126 attentat ta' suwiċidju. In-numru ta' multi li nħarġu fl-2024 kien ta' 75, filwaqt li l-valur totali ta' dawn il-multi ammontaw għal €746,655. Dan huwa tnaqqis sinifikanti mis-sena rekord tal-2021. Il-maġġoranza tal-vittmi tas-suwiċidju huma maskili u numru sostanzjali minnhom huma barranin • Ir-rata tas-suwiċidju tibqa' bejn wieħed u ieħor l-istess tul is-snin. SEAN FENECH Jidher illi hemm xejra kemxejn inkwetanti fil-ħidma tal-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) hekk kif in- numru u l-valur ta' multi li qed joħorġu dejjem qed jonqsu. Fil-fatt, in-numru ta' multi li nħarġu fl-2024 kien ta' 75 filwaqt li l-valur totali ta' dawn il-multi ammontaw għal €746,655. Dan huwa tnaqqis sinifikanti mis-sena rekord tal-2021, fejn b'kollox inħarġu 176 multa b'valur totali ta' €12,376,089. Dil-informazzjoni hija meħuda minn mistoqsija parlamentari magħmula lill- Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Fondi Ewropej u l-Isport. Ta' min jingħad li l-2021 kienet is-sena fejn Malta sabet ruħha fuq il-lista l-griża tal-FATF minħabba laxkezza fil-mod kif Malta kienet tindirizza reati finanzjarja, bħall-ħasil tal-flus. Dik is-sena, l-FIAU ħadmet qatigħ fi sforz biex id-deċiżjoni tal-FATF tiġi rrevokata — u b'suċċess peress li Malta ħarġet mil-lista l-griża s-sena ta' wara. Iżda jidher li mill-2021 'l hawn, in-numru u l-valur tal- multi bdew niżlin, hekk kif anka fis-sena ta' wara, jiġifieri fl- 2022, in-numru ta' multi naqas għal 145, li huwa biss nuqqas minimu. Minkejja dak, il-valur tal-multi naqas sew, fejn minn €12,376,089 il-valur naqas għal €3,355,443 — tnaqqis ta' 72.9%. Is-sena ta' wara, jiġifieri fl-2023, il-multi naqsu biss b'wieħed. F'kelma oħra, minn 145 multa, l-FIAU tat 144 multa. Iżda l-valur żdied għal €3,360,814. Għalhekk huwa ta' tħassib li fl- 2024 ingħataw nofs il-multi mis- sena l-oħra 'l hawn. Barra minn hekk, il-valur tal-multi naqas ġmielu. Fil-fatt, kien hemm tnaqqis ta' 77.8% f 'sena waħda. Minn dawn iċ-ċifri hija diffiċli ma tinbitx il-mistoqsija: l-FIAU qed issib ħafna inqas ksur ta' liġi u għalhekk mhix toħroġ daqstant multi? Jew inkella qed terġa' taqbad dik l-istess laxkezza li tefgħetna fuq il-lista l-griża?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025