Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583
09 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jingħata l-aħħar tislima fil-Belt Valletta L-Imqabbin imħassbin dwar permess f 'ODZ li reġa' tfaċċa Il-Funeral tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona sar is-Sibt filgħodu fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Għall-quddiesa praesente cadavere kien hemm bankijiet mimlijin nies biex isellmu l-memorja ta' dan ir- raġel kbir. Il-funeral, organizzat mill- istat u l-knisja, ra qassisin, figuri prominenti u oħrajn komuni jingħaqdu sabiex jonoraw il- memorja tal-Arċisqof Emeritu. Pawlu Cremona ħalla din id-dinja nhar it-Tlieta fl-età ta' 79 sena. Hu twieled il-Belt fil-25 ta' Jannar tal-1946. Huwa ddedika ħajtu għall- Knisja u anke serva bħala Arċisqof ta' Malta minn Jannar tal-2007 sakemm irriżenja f 'Ottubru tal- 2014. Huwa qal li dan għamlu minħabba raġunijiet ta' saħħa, u niżel minn din il-kariga fl-età ta' 68 sena meta laħaq warajh l-Arċisqof Charles Scicluna. Il-qassis Charles Tabone, li kien ħabib ta' Cremona, kien qal fuq il- midja li r-riżenja tiegħu fl-2014 saret wara "pressjoni diretta u indiretta," u li l-pressjoni ħallietu mdejjaq u tradut. Waqt iż-żmien li qatta' bħala l-Arċisqof, Cremona kien mal- Knisja waqt żminijiet ta' sfida, bħall-kampanja sabiex jidħol id- divorzju f 'Malta, li effettwat b'mod negattiv l-influwenza tal-Knisja f 'Malta. Sena wara, il-Knisja kellha inqas vuċi u influwenza, hekk kif hi opponiet li koppji omosesswali għandhom jingħataw id-dritt sabiex jadottaw. Il-quddiesa tal-funeral saret mill- Arċisqof Scicluna u kienet miftuħa għall-pubbliku. Cremona ħa jindifen f 'ċerimonja privata fil-knisja ta' San Duminku fir-Rabat. Fost dawk li attendew kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono flimkien mar-raġel tagħha Anthony Spiteri Debono, il-Prim Ministru Robert Abela ma' martu Lydia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, u l-Kardinal Mario Grech li ġie minn Ruma għall-okkażjoni. ILENIA DEBONO Permess ġdid qed jipproponi bini ta' crusher taż-żibel f 'barriera li tinsab fi Triq il-Belt Valletta, l-Imqabba. Din l-istess barriera kienet qed topera bla permess, bil-crusher għaddej b'mod illegali. Residenti Mqabbin tkellmu mal-gazzetta ILLUM dwar l-inkwiet tagħhom dwar d a n i l - p r o ġ e t t , s p e ċ j a l m e n t hekk kif dan is-sit qiegħed tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill- iskola primarja tal-Imqabba u minn żona residenzjali. Skont ir-rapport tal-Uffiċjal responsabbli mill-każ, il-crusher kien diġà qiegħed jopera b'mod illegali u dan wassal għal ħafna trab fl-arja fil-viċinanzi. L-istess rapport jgħid li s-sit kien qed jintuża bħala barriera mingħajr permess legali. L-istess dokument jgħid li jekk isir dan il-proġett, il-problema tat-traffiku f 'dik iż-żona ħa tiggrava. L-uffiċjal jagħmel referenza għall-fatt li l-proposta ma ssemmi l-ebda prekawzjoni sabiex jiġu mnaqqsa l-effetti negattivi tat-trab u tal-ħsejjes. "Huwa inaċċettabbli li tiġi posposta l-konsiderazzjoni tal- problema tat-trab u l-istorbju," ikompli r-rapport. "It-trabijiet ma jispiċċaw qatt," esprima ruħu wieħed mir- residenti. Meta tkellmu mal- ġurnal, l-Imqabbin għamluha ċara li l-ikbar inkwiet tagħhom huwa t-trab u l-ħmieġ li joħloq il-crusher, flimkien mal-effett negattiv li qed iħallu. Huma tkellmu fuq kif din taffettwa ħafna aspetti ta' ħajjithom minħabba l-viċinanza tas-sit mid-djar tar-residenti. It-trab tal-ġebel jista' jikkawża problemi respiratorji bħal ażma jew mard ieħor. "Bħala pazjent bl-ażma, jiena spiċċajt nieħu l-mediċina iżjed ta' spiss minn mindu bdejt ngħix l-Imqabba. Dan ma jistax jibqa' jiggrava," kiteb resident lil- Awtorità tal-Ippjanar flimkien ma' ritratti tat-trab fi djarhom. "Jekk ir-riħ ikun kontra, lanqas tkun tista' tiaħ tieqa biss," jispjega resident. Dan jista' jkollu impatt ikbar fuq is-saħħa mentali tar-residenti, minbarra l-impatt fuq is-saħħa fiżika, hekk kif dan qiegħed b'mod indirett jirrestrinġi lir-residenti sabiex jibqgħu aktar magħluqin f 'darhom. Barra minn hekk, il-ħsejjes li jagħmel dan il-crusher jista' jkollu effetti negattivi fuq is- saħħa mentali tan-nies tal-viċin. Ir-residenti qalu li dawn kollha ħa jwasslu wkoll għal tnaqqis fil-valur tal-propjetà ta' dawk fil- viċin. Statistika riċenti mill- Wellbeing INDEX Project u l-NSO tenfasizza kemm l-istorbju u t-tniġġis qed jaffettwaw is- saħħa mentali tar-residenti. Wieħed jista' jimmaġina kif dan ħa jaffettwa, kemm lir-residenti fil-viċinanzi, kif ukoll lill- istudenti minħabba li l-istorbju ħa jtelliom milli jitgħallmu fil- paċi. L-Awtorità tal-Ippjanar qed taċċetta sottomissjonijiet għal dan il-permess sas-27 ta' Marzu. Ritratt: Arċdjocesi ta' Malta/Ian Noel Pace Is-sit imniżżel fil-proposta (xellug) u ritratt tat-trab li qed jaffettwa lir-residenti (Ritratti: Awtorità tal-Ippjanar)