Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583
www.illum.com.mt NRU 958 €1.50 IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 The all-new Hyundai Inster Starting from €12,450* *Price including 2025 government grant & scrappage scheme INTERVISTA MA' DARREN CARABOTT PAĠNI 6 - 7 PAĠNI 4 - 5 PAĠNA 3 L-Eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi huwa aktar ta' tħeddida għall- Partit Nazzjonalista milli għal-Labour, u l-iktar biċ-ċans li jitla' f 'elezzjoni każwali. Ivan J. Bartolo, id-Deputat Parlamentari Nazzjonalista li f 'mument partikolari kien ukoll qed jaħseb li jtiha għal Kap tal-PN, iddikjara li mhux se jerġa' jikkontesta għall- elezzjoni ġenerali. Bartolo imma jaf li għall- ġid tal-PN ma jistax jirriżenja għax jekk jirriżenja mill-Parlament jidħol permezz ta' elezzjoni każwali Jason Azzopardi. Bartolo, li kien qed jagħti tama kbira lill-PN biex ikollu kelliem u wiċċ għall- ekonomija, stqarr li m'għandux ħsieb jerġa' jikkontesta. Bartolo huwa negozjant u sab li l-ħajja politika qed tpoġġi ħafna limitazzjonijiet fuq il-ħajja personali tiegħu. Bartolo jħobb isiefer Sqallija ta' spiss fejn għandu dar u jsuq karozzi lussużi u sportivi. Imma minkejja kollox kien hemm tama li Ivan Bartolo jkun il-wiċċ tal-PN meta jkun hemm diskorsi u dikjarazzjonijiet dwar l-ekonomija. Wara li kien telaq Claudio Grech mill-PN, l-istess PN baqa' ma sabx persuna ideali biex titkellem fuq l-ekonomija. U b'Jerome Caruana Cilia bħala l-kelliem, it li xejn jistgħu jikkonvinċu l-elettorat li għandhom tim effikaċi u tajjeb biex jixprunaw l-ekonomija. Imma meta Bartolo ddikjara li se jitlaq kien hemm biża' kbir li jirriżenja mill-Parlament ukoll. Jekk kien jiġri hekk, il-persuna li għandha ċans tidħol fis-siġġu tiegħu huwa Jason Azzopardi, il- persuna li kemm-il darba attakka bl-aħrax lil Bernard Grech li huwa magħruf li għandu Alla għalih. Apparti li tant hu persuna li jaħseb għalih innifsu, it li xejn huwa plejer li jaħdem għat-tim. Jason Azzopardi huwa l-iktar wieħed biċ-ċans li jitla' f 'elezzjoni każwali. Warajh hemm Emma Bonnici u Charles Selvaggi. Jason Azzopardi, minkejja li huwa popolari mal-ġemgħa tan-nies tal-grupp Repubblika, mhuwiex maħbub mill-PN. Għall-PN, l-iktar kandidat ideali minflok Ivan Bartolo hu Charles Selvaggi; persuna leali lejn il-Partit. Emma Bonnici kellha problema mal-PN meta tkellmet apertament dwar l-abort u għalhekk hi persuna li tista' wkoll tqajjem xi problemi. Għalissa, sakemm Ivan Bartolo ma jbiddilx fehmtu, il-possibbiltà li jidħol Azzopardi fil- Parlament huwa diffiċli. Kieku jidħol ikun l-ikbar rigal li jista' jkollu l-Partit Laburista li f 'Azzopardi jaraw bniedem li jbeżża' l-elettorat li jrid jivvota għall-PN. Harry Vassallo jiftakar l-episodju ta Karmenu Grima u l-isparatura f'Kastilja Kirja ta' mhux aktar minn €500 fuq artijiet devoluti lill- Kunsilli Lokali EDITORJAL PAĠNA 11 JEKK IVAN BARTOLO JIRRIŻENJA, JERĠA' JIDĦOL JASON AZZOPARDI FIL-PARLAMENT Jason Azzopardi (fuq): Il-PN ghandu biża' kbira li jispiċċa fil- parlament bi żgiċċ jekk jirreżenja Ivan J. Bartolo (xellug)