MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M alta għandha idea ristretta ta' ambjent. Bla dubju ta' xejn ix-xogħol ta' Project Green huwa xogħol impor- tanti. Imma hemm element fl-approċċ tal-proġetti ta' Project Green li jikxfu atteġġjament tradizzjonali u antik ta' kif iħarsu lejn l-ambjent. L-ambjent, b'mod speċjali lil hinn mill-ibliet, ħafna drabi ma jkollux bżonn ħarsien imma protezzjoni. Huwa tajjeb li jkun hemm passaġġi fejn jistgħu jimxu n-nies jew inkella jistrieħu, imma iktar importanti minn hekk hu li l-ambjent naturali jitħalla jitkattar waħdu mingħajr indħil. Żgur hemm min fl-Era qed jitkellem hekk. Huwa għalhekk li l-proġetti ta' Project Green għandhom iħarsu lejn iż-żoni urbani u mhux dawk naturali. L-ERA għandha tkun il-gwardjan ta' dawk iż- żoni naturali. Hemm ħaġa oħra importanti li għandna nżommu f 'moħħna. Meta jsiru proġetti rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux dawn il-ġonna urbani gaġeġ b'sigurtà żejda. Vera hemm vandaliżmu kullimkien, imma huwa ferm aktar importanti li jkun hemm sentiment ta' ftuħ u libertà. Oġġett ieħor importanti huwa l-manteniment ta' dawn il-postijiet. Għalxejn isir xogħol u investiment f 'dawn il-proġetti meta m'hemmx kontinġenza biex isir manteniment fuq medda ta' snin. Irid ikun hemm ukoll moniteraġġ kontinwu għal dawk l-imsaġar li jmutu minħabba mard u nuqqas ta' ilma. Fuq kollox ma nistgħux ma nfaħħrux l-inizjattiva ta' Project Green għax l-inizjattiva hija waħda li tkompli toffri spazji miftuħa lill-Maltin u Għawdxin apparti l-kampanja limitata li nsibu f 'pajjiżna. Id-difiża Hemm bżonn li nibdew diskussjoni serja fuq id-difiża u kif għandhom ikunu l-Forzi Armati tagħna. Forsi bħalissa mhux l-iktar żmien tajjeb, għax jidher ċar li l-Gvern minflok ma jwaħħal fit-tmexxija fuq is-serqa ta' droga minn taħt l-għajn tal-AFM, qed iwaħħal fiż- żgħir. Imma hemm bżonn diskussjoni llum qabel għada. Se nkomplu nirrepetu dan sakemm naraw li jkun hemm rieda tajba mingħand kulħadd u jkun hemm maturità biżżejjed biex naraw li fuq din il-kwistjoni għandna bżonn konverġenza. Ir-rapport tal-IMF Suġġeriment tal-IMF (International Monetary Fund) kien li biex jitrażżnu n-numru ta' karozzi, għandhom jiddaħħlu miżuri fiskali. Idea tajba imma Neo-Liberali li tippenalizza liż-żgħir u tippremja lill-kbir. Hemm soluzzjonijiet oħra biex innaqqsu l-karozzi fit-triq u ċertament huma ferm aħjar mis-suġġeriment ta' xi ekonomista tekniku 'l bogħod mir-realtajiet Maltin. Inħaddru lil Malta imma kif ?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025