MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Jekk insaqsi lil xi dilettant tal-films dwar id-Direttur Francis Ford Coppola (fil- preżent Francis Coppola) żgur li se jsemmili l-aħjar films tiegħu The Godfather (1972), The Godfather, Part 2 (1974) u Apocalypse Now (1979). Imdaħħal bħala feles bejn iż- żewġ Godfather films insibu l-aktar film kult tiegħu, The Conversation, xogħol li tassew hu għal qalbi. Il-mewt misterjuża ta' dan l-aħħar tal-attur Gene Hackman (martu u l-kelb) dlonk fakkritni f 'dan il-kapulavur li rajtu bosta drabi. Hackman jaħdem il-parti ta' Harry Caul, bniedem ta' privatezza kbira li għandu apparat tassew sofistikat li bih kapaci jissorvelja u jaqbad kwalunkwe diskussjoni bejn tnejn minn nies mill-vann tiegħu tant li jsibuh bħala "the best bugger in the East Coast". Apparentement, dan l-ispeċi ta' thriller li jiffoka fuq dan il- ġeneru ta' film magħruf bħala "cinema of loneliness", jimxi fuq fil li jesponi lil Harry li hu Kattoliku li qed ibati minn kriżi emozzjonali, morali u spiritwali ta' ħtija, għax kif darba qallu qassis meta mar iqerr li mhux sewwa li jissendika lil ħaddieħor. Imma dan hu x-xogħol uniku u ewlieni tiegħu. Id-direttur ta' organizzazzjoni kbira (Robert Duvall) jikri lil Harry biex jispija fuq koppja x'inhuma jgħidu, aktarx martu u wieħed mill-impjegati tiegħu. Installat ġo vann f 'Central Park mimli nies, ma' sieħbu Stan (John Cazale), Harry jikkonvinċi ruħu mill-kliem li jisma' li huma mwerwrin u mminaċċjati li se joqtolhom. Meta jmur jiltaqa' mad-direttur, ma jingħatax permess li jarah, Harry ma jagħtix ir-recordings lill-assistent tal-kumpanija li javżah li qed ikun segwit. F'riċeviment wara, espert ieħor tas-sorveljanza, Bernie Moran (Allen Garfield) ħabib tiegħu, jikxef li spjuna fuqu bħala ċajta. Meta jorqod ma' waħda mara, naturalment mibgħuta mid- direttur, tisraqlu t-tapes però xorta jitħallas. Harry jossessjona ruħu f 'dan il-każ. Lill-mara jwarrabha meta tissindika fuq ħajtu u l-privatezza tiegħu u jikri kamra f 'ħotel maġenb fejn iż-żewġ maħbubin, Mark (Frederick Forrest) u Ann (Cindy Williams) semagħhom li se jiltaqgħu. Hawn hu jiskopri evidenza ta' reat imma bi żvista jaqleb l-irwoli – ikun dan il-par li joqtlu lid-direttur u fl-aħbarijiet isemmu li miet b'ħabta ta' karozzi. Fl-aħħar ikun Harry stess li ma jkunx jista' jemmen lilu nnifsu meta xi ħadd iċempillu minn telefown moħbi ġo kexxun li ħadd ħliefu suppost ma jaf bih u jkun imwissi biex ma jkomplix jinvestiga. Dak kollu li kien jgħożż f 'ħajtu, l-iżolament, is-solitudni u l-aktar il-privatezza jikkrollaw ħesrem quddiemu. Fid- disperazzjoni li taqbdu jibda jfittex għal xi apparat ċkejken li bih forsi kienu qed jissemmgħu u jispjunaw fuqu, anki jkisser l-appartament tiegħu u saħansitra jfarrak Madonna tal- plastik, imma kollu għal xejn. Fl-aħħar, eżawrit, mifxul u għajjien, jaqta' qalbu, jpoġġi fuq siġġu u jibda jdoqq is-sassafonu. 14 films IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum Carmel Bonnici Il-film kult 'The Conversation' (1974) L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025