Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583
analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 05 jħallu wieħed x'jiem li l-vjolenza kienet orrajt, il-pistola ta' Karmenu Grima kienet oħra mal-oħrajn. Fuq kollox Karmenu kien jaf li ma ried iweġġa' lil ħadd. Malli jasal ħdejn Mintoff kollox kien jgħaddi b'wiċċ il-ġid. Mhux hekk! Fil-fehma tiegħi Karmenu Grima kien iffoka għalkollox fuq il-kwistjoni kbira f 'ħajtu: dik il- misħuta splay, il-maqrut art li kien se jitlef. Ma qagħadx iqis x'kien se jaħseb ħaddieħor, il-paniku li kien se joħloq, ir-reazzjoni probabbli ta' dawk li jsibu pistola ppuntata lejhom. Kien fidil? Kien iffissat? Tant kien konvint li ma riedx ħsara lil Mintoff li ħaseb li ħaddieħor se jemmnu. Tant hu hekk li dakinhar qabel ma tela' Kastilja waqaf ikellem lil wieħed li kien jaf fil- Ministeru tal-Edukazzjoni, urieh il-pistola u qallu "Illum iħalluni narah lil Mintoff ". Ma ntebaħx li kien qed jilbes il-libsa ta' assassin potenzjali, li sieħbu fil-Ministeru tal-Edukazzjoni kien se javża lil sħabu f 'Kastilja. Kienu lesti għalih, qafluh f 'kamra u sejħu lill-Pulizija. F'dak il-mument Karmenu Grima sar il- farfett li bi ġwinħajh ikun l-ewwel ħolqa f 'katina ta' ġrajjiet li jwasslu għal uragan. Wasal pulizija, kien armat, spara lil Karmenu u ferieh tliet darbiet. Karmenu, kif irrakkontali, kien spara lejn bieb magħluq, forsi biex juri li l-pistola ma kinitx ġugarell. Mintoff kien Kastilja iżda ma kienx fil-kamra ma' Karmenu u lanqas wara l-bieb li spara għalih. Ferut, arrestat maqful Monte Carmeli beda l-kalvarju ta' Grima li kellu jdum disa' snin. Ġwienaħ il-farfett kienu tferfru. Ħarġet l-aħbar li xi ħadd kien ipprova joqtol lil Mintoff. Gaj nies, fanatiċi ta' Mintoff iżjed minn Karmenu Grima, ħabtu għall-bini tat-Times of Malta fi Triq San Pawl faċċata ta' Kastilja u ħarquh. Kien miraklu Malti ieħor li t-tankijiet bis-solventi tal-linka tal-istampar ma splodewx għax kienu jwittu nofs il-Belt, u l-ewwel il-Berġa ta' Kastilja. Vjolenza spettakolari? Ma kinitx biżżejjed. Gaj fanatiċi (oħrajn jew l-istess?) ħabtu għad- dar tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Eddie Fenech Adami, u l-familja tiegħu kellha taħrab kif setgħet waqt li l-folla għamlet ħerba minn ħwejjiġhom. Karmenu Grima ntradam taħt il-konsegwenzi ta' għemilu. Bilkemm issemma ismu. Ħadd ma kixef li kien partitarju Laburista ferventi. L-istorja tal-isplay ma ħarġitx. Il-Gvern ma kienx jaqbillu wara l-ħerba li saret mit-Times u mid-dar ta' Fenech Adami joħroġ lill-partitarji tiegħu jew dawk minnhom li wettqu l-ħerba bħala skoss imġienen perikolużi. L-uragan ma kienx il-ħruq tat- Times jew it-tifrik f 'dar Fenech Adami iżda l-konsegwenzi. Jekk Karmenu Grima ma kellux ħila jobsor x'kien se jiġri lilu, il- marmalja slavaġ li kważi qerdu l-Belt it bassru li t-Times kienet se tqum mill-irmied ħafna iżjed imsaħħa, b'makkinarju ġdid, l-aqwa f 'Malta u f 'qasir żmien, b'reputazzjoni internazzjonali bħala tarka tal-istampa ħielsa. Fuq kollox, il-Kap tal-PN, li sa dakinhar, Daphne, iva Daphne Caruana Galizia, kienet sejħitlu "an unassuming village lawyer" (avukat raħli ma jgħid xejn), sar vittma tal-Gvern Laburista, sar eroj, sar it-tarka ta' kull min ħass li kellu jopponi lill-gvern. Kiber, kiber ħafna. Fenech Adami kellu l-merti tiegħu iżda mingħajr il- palata li tawh l-agħar għedewwa tiegħu qatt ma kien isir l-ikona sagra li sar wara l-15 ta' Ottubru 1979. Il-PN spiċċa biex għamel 25 sena fil-gvern. Karmenu Grima bil-kalma kollha rrakkontalna kemm kellu flus fil-kartiera dakinhar, flus li għosfru meta arrestawh. Ħaddieħor li kont intervistajt kien jitqanqal meta jiakar x'kien ġarrab. Ħaddieħor kien jinkorla, jew taqbiżlu xi demgħa. Karmenu xejn. Kienu żammewh milli jgħid l-istorja tiegħu billi qafluh fl- isptar tal-moħħ. Kienu sparawlu u sawtuh meta kien ferut għalkemm ma kien weġġa' lil ħadd. Xejn. Bl-istess mod kalm qalli li kienu operawh – lobotomija – qatgħulu parti minn moħħu biex ma baqax iħoss l-emozzjonijiet bħal ħaddieħor. Issa jien m'iniex psikjatra jew newrologu, u lanqas ma qrajt l-istorja klinika ta' Karmenu Grima iżda nixtieq li jkun hemm konferma awtorevoli għamlulux lobotomija u jekk din kinitx b'xi mod ġustifikata. Sa dakinhar nibqa' bis-suspett li kienet xi xorta ta' kastig li l-ebda qorti ma kienet ordnat. Bħala editur tal-gazzetta L-Alternattiva kont ippubblikajt l-istorja ta' Grima għaxar snin wara l-fatt. Kont mort nintervistah il-Mosta ma' Joe Azzopardi, illum Peppi Azzopardi, fl-1989. Kien inbidel il-gvern, Karmenu kien mingħajr ebda emozzjoni. Jekk qatt kien ta' periklu għal xi ħadd, fl-1989 kien qoxra ta' bniedem, ċkejken, preċiż fil-memorja, maqbud bejn partit li kien ħabb u ieħor li ma setax idur lejh għall- ajjut. Jekk taħseb li din storja antika li ma taffettwakx għodd li l-PN dam wisq fil-Gvern bis-saħħa ta' Fenech Adami li jaf mhux it lil Karmenu Grima. Għax dam, tmermer u ħalla wisa' lill-PL li ma sab lil ħadd quddiemu u tnawwar hu wkoll. Il-familja tal-mejjet Karmenu Grima llum qed tfittex lill-Gvern għad-danni. Jalla jirbħuhom. Karmenu ma rax sold kemm dam ħaj. Storja tat-twerwir għalina lkoll jekk meta tmissna xorti kerha li nsibu ruħna quddiem gvern miexi lejna bħal romblu, bla ħniena, bla kedda, waħedna nitgħaffġu fl-istorja privata tagħna li ħadd ma jsir jaf biha, u ħadd ma jinkedd. Biex 45 sena wara xi ħadd jieħu r-raġun u l-kumpens? Tat- twerwir. Min jixtarr din l-istorja u jagħraf il-periklu li qiegħed fih illum, ukoll isir vittma ta' terroriżmu tal-istat. Illum li dħalna fl-UE, il- garanziji ta' drittijiet fondamentali, imqar dawk biss miktuba fil- kostituzzjoni, huma ħafna aqwa milli qatt kienu. Meta jinkisru d-drittijiet tagħna għandna r-rimedji. Tajjeb. Ikun ħafna aħjar jekk ma jkollniex għalfejn infittxu r-rimedji u jkollna bħala garanzija mhux snin twal fil-qrati iżda kultura li tħares id-drittijiet ta' kull wieħed u waħda minna; li min jista' jikser xi dritt tagħna jaf li naqbżu għal xulxin, hu x'inhu l-kulur politiku ta' dak li jkun; li aħna qaqoċċa u min imiss lil wieħed minna jsibna lkoll flimkien kontrih. Dik biss garanzija vera. Erġajt qed noħlom. Minn dan il-lat il- Maltin lobotomizzati iżjed minn Karmenu Grima, ma jħossux għal xulxin, ma jitqanqlux mit-tbatija ta' xulxin u b'dan joħolqu periklu għalihom infushom. Ħabib, meta jmiss lilek se ssib ruħek waħdek. Amsterdam Trade Bank N.V. (''ATB'') ġie ddikjarat fallut fit-22 ta' April 2022 (F.13/22/77). Fit- 28 ta' Jannar 2025, il-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam iddeterminat li l-laqgħa ta' verifika fil- falliment ta' Amsterdam Trade Bank N.V. se ssir fil-31 ta' Marzu 2025 fid-09.30 CET fil-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam, Parnassusweg 280, Amsterdam. Il-kredituri ta' ATB jistgħu jattendu l-laqgħa ta' verifika. It-trustees tal-falliment issa ddepożitaw il-listi tad-djun tal- ATB. Dawn il-listi huma disponibbli għall-ispezzjoni fil-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam. ATB ma ddepożitatx abbozz ta' arranġament mar-reġistru tal-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam. ATB topera wkoll taħt l-ismijiet ATBANK, ATBConnect, ATBSavings, FIBR u FIBR Bank u hija rreġistrata mal-Kamra tal-Kummerċ Olandiża taħt in-numru 33260432. Għal aktar informazzjoni dwar il-falliment, jekk jogħġbok żur www.atbank.nl. Dom Mintoff