Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
www.illum.com.mt NRU 960 €1.50 IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 INTERVISTA MAL- EŻORĊISTA FR JOHN VELLA PAĠNI 6 - 7 Wara xhur fejn sondaġġi inkluż tal- MaltaToday li juri li t-traffiku huwa wieħed mill-iktar problemi f 'għajnejn in-nies, il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett ħabbar skema volontarja, fejn il-persuni li jagħżlu li jirrinunzjaw għal-liċenzja tal- karozzi għal ħames snin se jirċievu €25,000 matul dan l-istess perjodu. Bonett kellu sfida kbira biex jikkonvinċi l-kabinett tal- Gvern b'dawn il-proposti, imma rnexxielu jikseb l-appoġġ tal-Prim Ministru, u dan kollu wassal biex iħabbar dal-miżuri li jidher niżlu tajjeb mal-pubbliku. F'konferenza tal-aħbarijiet, Bonett spjega li l-Gvern se jintroduċi numru ta' inizjattivi fil-perjodu tat-18-il xahar li ġej. Fit-tliet xhur li ġejjin, il-Gvern se jaqsam informazzjoni dwar l-inizjattivi li jiġu implimentati matul dan iż-żmien. L-iskema tar-rinunzja tal-liċenzja tal- karozza, li se tittieħed fl-aħħar tliet xhur, se tipprovdi lill-benefiċjarji għotja ta' €5,000 kull sena għal ħames snin. Il-persuni li jaqblu li jingħaqdu mal-iskema se jkollhom jirrinunzjaw għal kull liċenzja tal-karozzi għal perjodu ta' ħames snin, u mhux se jkun permess li jirċievu liċenzja oħra matul dan iż-żmien. Bonett spjega li l-benefiċjarji tal-iskema se jingħataw għotja fi flus kontanti ta' €5,000 kull sena għal ħames snin u jistgħu jagħżlu biss li joħorġu mill-iskema wara sena. Jekk wieħed jagħżel li joħroġ mill-iskema, hu jrid iħallas is-somma li jkun jonqsu jirċievi mill-Gvern. Pereżempju, jekk wieħed joħroġ mill-iskema wara sentejn, hu jrid iħallas €15,000 – is-somma li kien se jirċievi kieku ma ħariġx minnha. Fl-istess konferenza, Bonett qal ukoll li l-immarkar u t-tindif tat-toroq mhux se jibqgħu jsiru fil-ħinijiet li t-toroq jkunu l-aktar iffullati. Il-Ministru għat-Trasport qal li fit-tliet xhur li ġejjin se ssir riforma fil-vetturi antiki bil-għan li jinżammu biss il-vetturi li jkunu f 'kundizzjoni tajba. B'mod parallel, f 'dawn il-ġimgħat, f 'Raħal Ġdid se jkun hemm park and ride ġdid, filwaqt li se jiġu introdotti rotot ġodda li se jgħaqqdu l-oqsma industrijali ta' San Ġwann, Ħal Farruġ, Bulebel, Kordin, u l-Marsa Industrial Estate. Rotot ġodda oħrajn jinkludu dawk li jgħaqqdu Birżebbuġa mal-Marsa Park And Ride, rotta oħra li twassal il-pubbliku mill- Marsa Park And Ride sal-Higher Secondary tan-Naxxar, u oħra li tagħti konnessjoni bejn l-ajruport, Ħal Luqa, San Vinċenz De Paule, u l-Isptar Mater Dei. Bonett żied li r-rotot eżistenti se jiżdiedu fil-frekwenza tagħhom, fosthom l-X300 li tgħaqqad iċ-Ċirkewwa mal-Belt Valletta, inkluż l-Università ta' Malta. Miżura oħra tippermetti lil żgħażagħ ta' 17- il sena jiksbu liċenzja għal scooters ta' 80cc, bil-kundizzjoni li ma jiksbux liċenzja għal vetturi sa ma jagħlqu 21 sena. Il-parteċipanti se jkunu qegħdin jirċievu grant ta' €1,500 fis-sena għal erba' snin, b'għażla li joħorġu wara sena. L-għan huwa li jinkoraġġixxi trasport iżgħar u aktar sostenibbli fost iż-żgħażagħ, inaqqas il-karozzi fit-toroq, u jippromovi mobiltà aktar sigura u effiċjenti fiż-żoni urbani. Aktar dettalji dwar il-proposti ta' Bonett jistgħu jinqraw fuq illum.com.mt CHRIS BONETT IĦABBAR MIŻURI INNOVATTIVI BIEX ITAFFU T-TRAFFIKU Il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett ħabbar numru ta' inizjattivi immirati biex jitnaqqas il-piż tat-traffiku IL-MINISTRU KISEB L-APPOĠĠ TAL-PRIM MINISTRU BIEX IĦABBAR MIŻURI ĠODDA U INNOVATTIVI BIEX JITNAQQAS IL-PIŻ TAT-TRAFFIKU