MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -isforzi tal-Gvern biex jintroduċi miżuri innovattivi biex jitnaqqas it-traffiku huma pożittivi ħaf- na. Chris Bonett, il-Ministru responsabbli għat-trasport wera li jrid jaffronta din il-problema b'ċertu realiżmu. Meta ngħidu realiżmu jfisser li filwaqt li kulħadd igerger dwar it-traffiku ħadd mhu lest biex jagħmel is-sagrifiċċju u juża mezzi li huma anqas dipendenti fuq il-karozza. Bonett fil-bidu fehem li għalxejn tgħid li l-problema hija waħda misjuba f 'pajjiżi oħra. Fehem li jrid jindirizza l-problema b'sensittività. Is-sewwieq Malti jinsa kemm huwa l-kaġun tal- problema tat-traffiku f 'pajjiżna. Bil-proposti kif inhuma spjegati fil-konferenza stampa, qed nersqu bi proposti li jgħinu biex titnaqqas ftit il-pressjoni tal-karozzi fit-toroq tagħna b'mod intelliġenti u sostenibbli, sewwa fiskalmemt u anki mill-perspettiva ħolistika. Forsi l-uniku kumment ftit negattiv hu li l-miżuri m'għandhomx jikkastigaw dawk li għandhom ċerta età. Bonett wera wkoll fix-xhur li ġie maħtur Ministru li kien kapaċi jifhem kemm hu importanti l-kordinament bejn l-entitajiet kollha. U dan serva biex is-sitwazzjoni tat-traffiku titjieb. Robert Abela bħala Prim Ministru għandu jkun kuntent li sab persuna li huwa kapaċi u li jwassal. Jason Azzopardi u l-grupp Repubblika Kull meta jkollna ċ-ċans aħna ma noqogħdux lura li nitkellmu ċar dwar Jason Azzopardi u l-grupp Repubblika. B'differenza minn ħaddieħor, aħna, filwaqt li niddefendu d-dritt ta' Azzopardi u Repubblika li jaġixxu fil- kamp tad-drittijiet ċivili, ma naqblux mal-atteġġjament tagħhom. U nemmnu li l-azzjonijiet tagħhom huma mnebbħa, mhux bħalma jgħidu minn interess li jixprunaw il-verità, imma b'ħafna drabi jkunu l-protagonisti, minkejja kollox. Dan jgħodd l-aktar għal Azzopardi li huwa mnebbaħ minn opinjoni eżaltata tiegħu nnifsu. Iktar inkwetanti hu li l-azzjonijiet tagħhom huma intrinsikament kontroproduttivi għall-Partit Nazzjonalista, u kull darba li l-PN jagħmel pass 'il quddiem jispiċċa jagħmel erba' passi lura bl-azzjonijiet unilaterali ta' Azzopardi u Repubblika. Mhux xi sigriet kbir li l-qalb paternalistika u talibaneska tal-grupp Repubblika ddarras mhux ftit lin-nies, fosthom anke Nazzjonalisti akkaniti. Bernard Grech, bħala kap tal-PN qisu jibża' jaqbad il-barri minn qrunu u jobżoqhom 'il barra bħalma kien beżaq il-Front Freedom Fighters ta' Josie Muscat, Eddie Fenech Adami; mossa li kienet rebbħet lill-avukat mhux magħruf minn Birkirkara biex jirbaħ il-qlub tal-moderati. Il-parir tajnieh. Issa f 'idejn dak li jkun biex jieħu azzjoni konkreta. Sforz ġenwin u pożittiv

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 March 2025