Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti A Place That Fades – Wirja ta' Giola Cassar Taħt id-direzzjoni mużikali ta' Pierre Louis Attard, l-orkestra tal-korda Strings Resound se tippreżenta kunċert affaxxinanti li jgħaqqad l-aspetti solenni tal-perjodu tar-Randan ma' melodiji aktar festivi u ferriħin. Il-programm, maħdum apposta għal din l-okkażjoni, se jinkludi taħlita ta' kompożizzjonijiet klassiċi u Maltin, u b'hekk se joffri esperjenza mużikali rikka u varjata. Ġieħ lill-kompożituri Maltin u kapulavuri klassiċi Bħala tiira ta' Jum il-Ħelsien, il-kunċert se jinkludi xogħlijiet mill- kompożituri Maltin rinomati Charles Camilleri u Carmelo Pace, li huma xhieda tal-wirt mużikali profond ta' Malta. Dawn se jindaqqu flimkien ma' kapulavuri klassiċi u tant għal qalb in-nies bħal 'Adagio' ta' Albinoni-Giazzotto u l-Concerto Grosso 'Palladio' ta' Karl Jenkins. L-arranġament ħa jwassal għal taħlita unika ta' mużika riflessiva u ispirata. Id-dettalji tal-kunċert Il-kunċert se jittella' t-Tnejn 31 ta' Marzu fil-Knisja l-Qadima ta' Għajnsielem, Għawdex, u jibda fit-19:45. Din l-attività qed tittella' bis-saħħa tas-sostenn tad-Direttorat għall- Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, kif ukoll tal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem. Id-dħul huwa b'xejn, u għalhekk il-pubbliku huwa mistieden jattendi u jgawdi serata mużikali mill-aqwa f 'ambjent storiku u mill-isbaħ. Strings Resound jippreżentaw kunċert eklettiku għal Jum il-Ħelsien A Place That Fades, ta' Giola Cassar u kkurarata minn Elyse Tonna, tesplora l-għejbien ta' ġonna urbani lokali, kif ukoll l-impatt kulturali, psikoloġiku u ekoloġiku tan-nuqqas tagħhom. Permezz tal-enfasi fuq il-proċess, il- wirja tesplora t-telfa bil-mod il-mod ta' dawn l-ispazji, filwaqt li ġġegħelna nistaqsu lilna nfusna x'jifdal meta postijiet ta' kenn u ta' koabitazzjoni ta' diversi speċi, jintilfu f 'isem l-urbanizzazzjoni u l-privatizzazzjoni. Għal dawn l-aħħar xhur, Cassar kisbet aċċess għall-ġonna privati, ħadet nota tal-weraq li waqgħu u ġabret arkivju li jagħti vuċi lin-natura – lil dak li mhux bniedem. Dan l-att li jinnota fdalijiet tan-natura li ħafna drabi ninsewhom, jimmarka l-għejbien sieket ta' spazji naturali. Fl-istess ħin jisħaq fuq il-bilanċ bejn il-preżenza u n-nuqqas, ir-reżiljenza u d-diżintegrazzjoni. Billi taqta' dawn il-frammenti għalihom, teżamina dawn il-ġonna, mhux bħala pajsaġġi kkultivati biss, imma anke bħala spazji effimeri li jieħdu forma permezz taċ-ċikli taż- żmien, il-memorja u n-nisġa ekoloġika. Sadanittant, it-tkabbir urban jibqa' għaddej u jagħti xejra oħra lill-ambjent. B'hekk, spazji li xi darba kienu jindukraw lill-bniedem u lill-ambjent, qed isiru dejjem inqas aċċessibbli. 'A Place That Fades' tesplora t-tensjonijiet bejn dak li hu dejjiemi u dak li mhuwiex, u bejn dak li jidher u dak li jgħib. Ix-xogħol jistieden lill-udjenza tirrifletti fuq kif il-ġonna – kemm reali u kemm dawk li issa jgħixu biss fil-memorja – jissieltu mal-limiti, u minkejja li jisparixxu mill- pajsaġġi urbani, xorta waħda jibqgħu jippersistu fil-memorji personali u kollettivi. Filwaqt li tesplora temi li mhux dejjiema, li huma frammentati u ta' tranżizzjoni ekoloġika, ix-xogħol ta' Cassar jikseb għarfien fuq in-nuqqas ta' stabbiltà ta' dawn l-ispazji billi tintraċċa l-fdalijiet sottili li qed jgħibu. Il-wirja ma tiddokumentax sempliċement it-telfa, imma tqajjem kuxjenza fuq kif aħna nirrelataw ma' spazji li qed jisparixxu – dak li niftakru, dak li tħassar mill- memorja, u dak li nistgħu nerġgħu niksbu lura. Il-wirja se tkun miftuħa għall- pubbliku mill-5 ta' April 2025 f 'MUŻA – il-Mużew tal-Arti Komunitarju, fil- Belt Valletta. L-avveniment tal-ftuħ se jittella' nhar l-4 ta' April 2025 (6 pm – 8 pm). Il-wirja tesplora t-telfa bil-mod il-mod ta' dawn l-ispazji, filwaqt li ġġegħelna nistaqsu lilna nfusna x'jifdal meta postijiet bħal dawn jintilfu f 'isem l-urbanizzazzjoni u l-privatizzazzjoni Il-kunċert se jinkludi xogħlijiet mill-kompożituri Maltin rinomati Charles Camilleri u Carmelo Pace flimkien ma' kapulavuri klassiċi