Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
16 sekinda mas-sindki IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum 'Kull roqgħa qed tiġi sfruttata mingħajr ebda kas tal-ambjent' Il-gazzetta ILLUM b'sensiela ġdida ta' artikli, fejn permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. Fl-ewwel ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Noel Muscat, is-Sindku tas-Swieqi. SEAN FENECH Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-akbar inkwiet tiegħi hija s-sikurezza fil-lokalità. Matul is-sajf f 'parti mil-lokalità jkollna ammont ta' vandaliżmu u storbju matul il-lejl, filwaqt li f 'partijiet oħra għandna problemi oħra ta' sigurtà. Inkwiet ieħor kbir li għandi huwa ż-żieda qawwija ta' appartamenti li qed jinkrew fuq bażi ta' short let. Il-biża' tiegħi ġejja mill-fatt li jekk dawn jibqgħu jiżdiedu b'dan ir-ritmu qawwi, il- lokalità tispiċċa estensjoni ta' Paceville. Ilna nistaqsu biex isir carrying capacity exercise tal-lokalità, iżda għadna ma wasalna mkien. Il-Kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-lokalità ma tantx għandha wirt fis- sens illi din il-lokalità bdiet tinbena fis- sebgħinijiet u llum qiegħda fit-tieni fażi ta' kostruzzjoni fis-sens li qed jitwaqqgħu d-djar biex jinbnew appartamenti. L-ambjent fil- lokalità ġie abbużat u stuprat u hija ħasra li f 'lokalità tant 'moderna' biex ngħidu hekk, l-awtoritajiet ma ħadux ħsieb biex tinbena lokalità b'enfasi qawwija fuq l-ambjent. Fil-lokalità m'għandniex art pubblika ħlief erba' ġonna żgħar. M'għandniex spazji miuħa u lanqas faċilitajiet sportivi. Kull roqgħa qed tiġi sfruttata mingħajr ebda kas lill-ambjent. Il-ġonna tad-djar saru xas u l-ġnien ta' quddiem sar ċappa konkos! Il-Kunsill qiegħed attent ħafna biex jara li kulma jinbena jkun skont il-policies u għal dan il-għan għandna perit li jivverifika kull applikazzjoni ta' żvilupp li jkun hemm fil- lokalità. Li għandna fil-lokalità huma tliet widien u qegħdin attenti ħafna biex ma jsirx żvilupp fihom. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Spazji miuħa huma l-akbar nuqqas tal- lokalità. Kif diġà għedt, kulma għandna huma erba' ġonna żgħar li għall-popolazzjoni li qiegħda dejjem tikber fl-ammont ta' nies, kemm bħala residenti, kif ukoll bħala turisti, mhumiex biżżejjed. M'għandniex imqar pjazza! Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Għal dawn l-aħħar tnax-il sena, il-Kunsill ilu jaħdem biex jikkonvinċi lill-Gvern biex għalqa li hemm biswit il-Kunsill Lokali tinxtara mingħand il-privat. Din tibqa' bħala spazju miuħ/pjazza fil-waqt li taħt l-art ikollna Ċentru Reġjonali tal-Arti u l-Kultura fejn kull forma ta' arti tiġi mgħallma u esebita. Iltqajt u ddiskutejt ma nafx ma kemm-il ministru u segretarju parlamentari, inkluż il-PM, imma naħseb li għadna 'l bogħod. Jekk din l-art tinbena tkun ir- rovina tal-lokalità. Ta' min jinnota li l-Partit Nazzjonalista kkommetta li din l-art tixtara minn gvern Nazzjonalista. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Għandna diversi proġetti ta' tisbiħ. Dalwaqt nibdew it-tieni fażi ta' tisbiħ ta' Ġnien Maurice Caruana Curran. Flimkien ma' Project Green għandna proġett ta' tisbiħ fi Triq is-Swieqi. Ix-xogħol għandu jibda dalwaqt. Għandna proġett ta' tisbiħ fi Triq l-Ibraġ. Għandna wkoll proġett ta' Vjal Kulħadd. Intant se nkomplu naħdmu biex inpoġġu kemm nistgħu planters biex niżirgħu s sigar. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Kif għedt qabel, nixtieq spazji miuħa, u nixtieq li nagħtu identità lil-lokalità u din tkun marbuta mal-Arti u l-Kultura. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Sfortunatament tul l-aħħar snin, il- Kunsilli Lokali ngħataw il-ġenb u żżarmaw mir-responsabbiltajiet il-kbar. Ġejna dipendenti mill-istat u l-ħin kollu nitkarrbu u nittallbu għall-għajnuniet bażiċi ngħidu aħna l-manutenzjoni tat-toroq u l-bankini. Dan mhux sew. Bidliet leġiżlattivi reċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal sittax-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-Kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Dan it-tibdil ma affettwax lill-Kunsill tagħna għax ma kellna l-ebda kandidat ta' sittax-il sena. Nixtieq ħafna li nara aktar involviment taż-żgħażagħ fil-Kunsill tagħna u nassigurak illi qed nagħmel minn kollox biex dan iseħħ. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrapporta li sittax-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax-xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-Kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar-regolamenti finanzjarji? Il-finanzi huma problema kbira ħafna. Sa it tas-snin ilu ma kellniex problemi finanzjarji. Iżda llum dan il-qasam sar uġigħ ta' ras kbira. Kwalunkwe servizz jew prodott li jixtri l-Kunsill ogħla immens fil-waqt li l-allokazzjoni annwali tal-Kunsill żdiedet bil- karawett. Mhux qed ngħid li għandu jkollna flus għar-rimi, imma ma jistax ikun li ma jkollniex biżżejjed flus biex nagħmlu major patching fit-toroq u nsewwu l-bankini! X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? Din domanda tassew diffiċli. Jien bniedem li qatt ma nikkuntenta ruħi u dejjem irrid nagħmel aktar. Qatt ma naħseb fuq ilbieraħ jew fil-passat u nhewden fuq li ġej u fuq li ma rnexxilix nagħmel. Matul l-aħħar snin għamilna ħafna u ħafna. Din lokalità li m'għandhiex każini jew għaqdiet jew Festa tal-ebda forma. Għalhekk dak kollu li jiġi organizzat irid isir permess tal-Kunsill Lokali. Għamilna ħafna biex inkabbru s-sens ta' komunità. Għad fadlilna ħafna x'nagħmlu u qed naqdfu. Bdejna Swieqi Fest, li hija attività annwali ta' kultura u sports mifruxa fuq tlett ijiem matul Settembru, bdejna Ġieħ is-Swieqi, norganizzaw ħafna attivitajiet għal active agers u ħarġiet kulturali. Qed nagħtu enfasi fuq l-ambjent u introduċejna ħafna planters fil-kantunieri ta' diversi toroq. Naħseb li l-akbar sodisfazzjon tiegħi s'issa hija l-komunikazzjoni mar-residenti. Is-Swieqi hija lokalità residenzjali qrib ħafna ta' Paceville u San Ġiljan, u b'hekk qed issir popolari ħafna biex tintuża bħala akkomodazzjoni għat-turisti. L-isem tar-raħal ġej mill-plural tal-kelma "sieqja," li tfisser kanal tal-ilma, indikazzjoni ta' kif kienet il-lokalità fil-passat. Il-lokalità għandha madwar 8,200 resident iżda fis-sajf dan-numru jikber għal madwar 14,200 minħabba l-influss ta' turisti u studenti barranin. Ir-raħal għandu numru ta' spazji ta' interess, inklużi żewġ widien li huma Wied Għomor u Wied il-Kbir, li huwa magħruf ukoll bħala Wied Mejxu. Barra minn hekk, hemm ukoll il-Victoria Lines u Forti Madliena li nbnew fi żmien l-Ingliżi u llum jattiraw numru sinifikanti ta' turisti Ingliżi fis-sajf. Noel Muscat, is-Sindku tas-Swieqi