Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
08 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum aħbarijiet AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej qed iniedi sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Intervent 78.1.2 Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni: Appoġġ għall-iskambji fl-irziezet għal żmien qasir kif ukoll żjarat fl-irziezet. L-ewwel sejħa taħt dan l-intervent ser tagħlaq il-Ġimgħa 13 ta' Ġunju 2025 f'nofsinhar. (dati ta' għeluq addizzjonali sussegwenti jistgħu jiġu notifikati fuq il-websajt https://fondi.eu/) Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn wieħed jista' isib il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll il-linji gwida u l-applikazzjonijiet taħt din is-sejħa. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni ġewwa l-Oaks Business Centre, Triq Farsons, Hamrun (uffiċċju tal-Awtorità ta' Ġestjoni) il-Ħamis 10 ta' April 2025 Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra' għal din is-sessjoni tista' taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċċempel lis-SEM fuq 2779 7300. Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu bl-imejl fuq fondi.eu@gov.mt Iktar minn 4,700 multa fi 12-il sena maħruġin mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol SEAN FENECH Jidher illi fi 12-il sena, jiġifieri mill-2012 sal-2024, l-Awtorità tas- Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol (OHSA) ħarġet 'il fuq minn 4,700 multa amministrattiva" skont il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal- Kostruzzjoni Jonathan Attard. Din l-informazzjoni toħroġ minn mistoqsija parlamentari magħmula lill-Ministru mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Ippjanar u l-Artijiet Stanley Zammit. Fil-mistoqsija, Zammit staqsa lill-Ministru biex jgħid "kemm ittellgħu persuni l-Qorti mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà minħabba multi li ma tħallsux ... minn meta twaqqfet l-Awtorità sal-31 ta' Diċembru 2024?" Attard l-ewwel wieġeb li "minkejja li l-Awtorità ġiet imwaqqfa fis-sena 2000, il-multi amministrattivi bdew jinħarġu mis-sena 2012 permezz tal-Avviż Legali 36/2012," u b'hekk seta' jagħti informazzjoni biss dwar dawk it-12-il sena. Iżda fejn jidħol in-numru ta' multi mogħtija, il-Ministru ta biss ċifra approssimattiva minħabba raġunijiet marbutin mal-liġi tad- data u l-fatt li l-awtorità kien għad ma kellhiex is-Sistema tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni (Management Information System, MIS). Barra minn hekk, meta mistoqsi dwar kemm kien hemm każijiet li ttellgħu l-Qorti minn Jannar tal- 2022 u Diċembru tal-2024, u għad- dati u l-valur ta' dawn il-multi, il- Ministru qal li dil-informazzjoni "mhijiex disponibbli" minħabba n-nuqqas tal-MIS. Però biex ngħidu kollox, Attard ta xi figuri iżda mhux fil-livell ta' detall li xtaq Zammit. Skont il-Ministru, f 'dawn is-sentejn l-awtorità ħarġet 1,094 multa b'valur totali ta' €535,850. Fi studju riċenti li sar minn Raisa Ferranti u Luke Anthony Fiorini u li jidher fir-rivista akkademika Xjenza bl-isem ta' "e State of Occupational Health and Safety in the Maltese Construction Industry and the Way Forward", ħareġ li hemm 50 uffiċjal tas-saħħa u s-sigurtà jaħdmu fil-gżejjer Maltin, u li żgur mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu ma' kull post tax-xogħol f 'Malta u Għawdex. Barra minn hekk ħareġ ukoll li ħafna ħaddiema barranin fis-settur tal-bini jispiċċaw lanqas jimu l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew dwar saħħa u siġurtà minħabba ostakli lingwistiċi. Ħareġ ukoll li ħafna barranin kienu sfurzati biex jaħdmu f 'sitwazzjonijiet perikolużi u ma setgħux isemmgħu leħinhom għaliex ma xtaqux jitilfu xogħolhom. Skont iċ-ċifri mogħtija, il-valur medju tal-multi huwa biss ta' madwar €490. Wieħed irid jistaqsi jekk din il-figura hix waħda effikaċi biżżejjed biex jonqos in-numru ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol minħabba nuqqasijiet marbuta mas-saħħa u s-sigurtà. Bejn Jannar tas-sena 2022 u Diċembru 2024 inħarġu 1,094 multa amministrattiva, b'valur totali ta' €535,850