Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838
Harry, darba waħda ma' sieħbu Stan, isostni li hu ma jaf xejn fuq in-natura umana u lanqas fuq il-kurżità. L-iżjed li jimpurtah hu li f 'xogħlu jirnexxi u li jakkwista recording tajba u ċara. Kif jindika l-kartellun tal-film: "Harry hu wieħed li jinvadi l-privatezza ta' ħaddieħor u kapaċissimu jislet kull taħdita bejn tnejn min-nies. F'biċċa xogħol li kellu qabel, minħabba fih, mietu tlieta". Din il-ħaġa għadha taħkem fuq il-menti tiegħu u b'hekk wasslitu biex issa jintervjeni u jinvolvi ruħu. Imma fil-mument kruċjali meta l-qtil isir fil-kamra ta' ħdejh fil-ħotel, hu bħal nagħma jidfen rasu fil-friex. Meta jisma' lill-koppja involuta fil-qtil jitkellmu dwar wieħed vagabond, bla dar rieqed barra, ilissnu li xi darba kien it-tarbija, għożża ta' xi ħadd – din ir-rimarka fil-verità tkun indirizzata għalih stess. Fix-xena ta' wara jidher bħala t-"tifel mitluf ", jabbanduna lill- ħabiba meta tkun trid tkun taf aktar dwaru u jesibixxi l-biża' tiegħu lill-wieħed qassis biss f 'konfessjonarju. Is-sekwenza ta' meta hu jisma' għall-bosta drabi l-ewwel recording, sakemm tirriżulta ċara kif jixtieq hu, tqanqal f 'dak li jkun emozzjoni u tensjoni kważi daqs thriller tal-biża' tant li l-avvenimenti (speċjalment id-diskors) alluċinanti (qishom tal-ħolm). Dan kollu jseħħ fil-kamra mimlija b'apparat sofistikat tiegħu, fejn waħdu fil-hemda kif imdorri, jisma' dwar qtil u qattiela li jwasslu perfettament għall-iżolazzjoni u l-aljenazzjoni tiegħu. Minkejja li Gene Hackman ibbrilla ġo films bħal The French Connection (1971), Night Moves (1975), Mississippi Burning (1988), Unforgiven (1992) u anki f 'parti sekondarja f 'Bonnie And Clyde (1967), hawn f 'The Conversation jagħti wirja oħra straordinarja ta' bniedem li jrid jibqa' anonimu fejn jingaġġa lill-ispettaturi b'riżorsi drammatiċi minimi ta' personalità impenetrabbli. The Conversation (1974) ħareġ wara l-iskandlu ta' Watergate (fi żmienu kienet l-aktar aħbar 'taħraq') u diversi kritiċi ħasbu li hu bbażat fuq hekk. Però Coppola sostna li beda jaħdem fuqu sal-1967. L-esperti però jgħidu li dan ix-xogħol jesplora territorju differenti mill-films ta' konfoffa tas-Snin Sebgħin. Wara s-suċċess kbir ta' The Godfather (1972), il-kumpanija Paramount Pictures aċċettat li Coppola jidderieġi film kult bħal dan, ta' baġit modest, li mhux xi wieħed li jrendi lura profitti kbar (għalkemm għamel ukoll profitt imdaqqas). F'parti ċkejkna ta' din il-produzzjoni ta' 113-il minuta jidher l-attur, li wara ftit snin tassew sar rinomat, Harrison Ford, dak li jwissi lil Harry biex ma jkomplix jinvestiga. Fl-Academy Awards dan il-film irċieva tliet nominazzjonijiet: għall- Aħjar Film, l-Aħjar Screenplay Oriġinali u l-Aħjar Ħoss. Fl- 1995 kien magħżul mir-Reġistru Nazzjonali tal-Film biex jippreservawh mil-Librerija tal- Kungress bħala "kulturalment, storikament u estetikament sinifikanti". 14 films IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 • illum Carmel Bonnici Il-film kult 'The Conversation' (1974) IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA