Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094
www.illum.com.mt NRU 961 €1.50 IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 INTERVISTA MA' MARK ANTHONY SAMMUT PAĠNI 6 - 7 Kien business as usual mill-Uffiċċju tal- Prim Ministru f 'Kastilja hekk kif id- dinja assistiet għal konferanza stampa tal-President Amerikan Donald Trymp li ħabbar tariffi kbar fuq kull pajjiż inkluż l-Unjoni Ewropea u ovvjament Malta wkoll. U filwaqt li s-suq tal-Amerka ma' Malta huwa żgħir, l-impatt fuq kemm ikollhom flus x'jonfqu fl-Ewropa se jkollu impatt fuq it- turiżmu li jkun ġej Malta. Imma iktar inkwetanti huwa l-impatt tat- tariffi fuq il-manifattura b'mod speċjali fuq kumpaniji bħad-Dowty u l-ST li jiddependu fuq is-suq Amerikan. Dawn iż-żewġ kumpaniji se jintlaqtu ħażin mit-tariffi esaġerati li introduċa Trump u l-kapijiet eżekuttivi tagħhom huwa inkwetanti. Il-unions Maltin – il-GWU l-iktar – qed jitolbu laqgħa urġenti tal-MCSED biex jiddiskutu l-impatt tat-tariffi ta' Donald Trump. F'din il-laqgħa se jiġi diskuss x'jista' jsir biex jittaffa l-impatt tat-tariffi fuq l-impjiegi Maltin u l-kompetittività tal-kumpaniji li joperaw Malta. Bosta ekonomisti qed jargumentaw li din il-gwerra tat-Tariffi se ġġib magħha riċessjoni, kif ukoll inflazzjoni. Apparti hekk, l-impatt fuq tensjonijiet fil-pajjiżi tal-UE se twassal biex ħafna nies joqogħdu lura milli jinvestu u jonfqu l-flus. Fid-dawl ta' dan kollu jidher li r-reazzjoni tal-Gvern hija waħda xejn ċara. Infatti sa issa l-Prim Ministru Abela ma għamel ebda dikjarazzjoni. ARA L-EDITORJAL PAĠNA 11 DOWTY U ST JISTGĦU JKUNU L-IKTAR MILQUTA MIT- TARIFFI TA' DONALD TRUMP ILENIA DEBONO Joseph Carabott, sid ta' ħanut tal-ġojjellerija fiż-Żejtun li ġie attakkat minn ħallelin fl- 2023, miet. Carabott sofra ħsara permanenti f 'moħħu wara l-attakk u qatt ma rkupra sew. Qabel l-attakk, hu kien raġel fuq tiegħu li kien jilgħab it-tennis b'mod regolari u jieħu ħsieb il- ħanut tiegħu. Dan kollu sfaxxa dakinhar tal-25 t'Awwissu tal-2023 meta tliet ħallelin daħlu fil- ħanut, rabtuh, sawtuh u telqu bil-ġojjellerija u l-flus. It-tfal tiegħu sabuh fil-ħanut, marbut u mimli demm. Huma marru jfittxuh wara li ma marx għal-logħba tennis ma' martu. It-tifel tiegħu qal lill-Qorti li l-aggressuri ħallew lil missieru fi stat "agħar mill-mewt". Tliet individwi ġew arrestati b'rabta ma' dan ir-reat. Waħda minnhom, Donna Sciberras, irċeviet sentenza ta' 28 sena ħabs wara li ammettiet. Sciberras kienet diġà wettqet żewġ hold-ups qabel – fl-2015 u fl-2019 – fuq raġel anzjan u fuq raġel f 'siġġu tar-roti. L-akkużati l-oħra xehdu mhux ħatja. Il-Qorti għadha għaddejja bil-proċeduri. Imut vittma ta' serqa vjolenti Joseph Carabott IT-TARIFFI TA' DONALD TRUMP SE JKOLLHOM EFFETT FUQ IT-TURIŻMU U L-MANIFATTURA F'MALTA • IL-UNIONS IRIDU LI JINTLAQA' L-MCESD • KIF IL-FLUS FIL-BUT SE JONQSU SKONT L-ESPERTI • IL-GVERN TA' ROBERT ABELA MINGĦAJR REJAZZJONI