MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se jkun mument ta' ħsibijiet profondi dwar il-pożizzjoni li ħadt. Għalhekk kun imħejji sew għal din l-esperjenza ġdida. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Aries, għalik, Gemini se jkun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li qed tesperjenza. Għalkemm jaf ikun hemm mumenti ta' tibdil, tibżax minn dan, anzi kattar il- kuraġġ ġewwa fik. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Sagittarius. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Aries, għalik, Virgo se tagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal deċiżjonijiet partikolari. B'hekk int se tagħraf dik ir-responsabbiltà u ma twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Aries, għalik, Scorpio se jagħmlek tkattar iżjed ix-xewqa tant mixtieqa li int qed tkun tant ispirat għaliha. B'hekk int tista' tagħraf minn issa biex tkun aktar imħejji għal kull bidla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Aries. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Aries, għalik, Aquarius se jkun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li qed tesperjenza. Fin-nuqqas ta' dan, għalik jaf ikun hemm forma ta' xkiel. Agħraf uża aktar moħħok. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa żodjaku ta' Leo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Aries – Il-Kibx Mill-Ħadd 6 ta' April sas-Sibt 12 ta' April SEAN FENECH Jidher illi hemm 31 persuna li bħalissa qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u qed jistennew li jibdielhom il-ġuri. Dil-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari magħmula lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard mill-Kelliem għall-Oppożizzjoni għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittijiet Fundamentali tal- Bniedem Carmelo Mifsud Bonnici. Mifsud Bonnici staqsa lill-Ministru kemm kien hemm persuni jistennew għall-ġuri u li qegħdin il- ħabs fl-istess ħin. Iżda ma staqsiex kemm minn dawn għandhom il-ġuri appuntat biex b'hekk ikunu jafu meta jista' jkomplu l-proċeduri. 'IL FUQ MINN 200 ĠURI PENDENTI SAL- AĦĦAR TAL-2024 Minn mistoqsija parlamentari oħra li għamel ukoll Mifsud Bonnici lill-istess Ministru joħroġ li sal-aħħar tal-2024 kien hemm aktar minn 200 ġuri pendenti. Eżattament kien hemm 227 ġuri pendenti, u minn dawn 16 biss għandhom il-ġuri appuntat — jiġifieri 7% tal-ġurijiet pendenti kollha biss jafu meta se jibdielhom il-proċess. "Il-kumplament qed jistennew li jiġu appuntati jew l-eżitu ta' proċeduri oħrajn," qal il-Ministru fit- tweġiba tiegħu. Barra minn hekk, ħareġ li minn dawn il-ġurijiet kollha, l-aktar ġuri li ilu pendenti ilu mill-2008. BACKLOG LI KULMA JMUR DEJJEM JIKBER Jidher ukoll illi n-numru ta' ġurijiet mhu qed jiċkien xejn — anzi qed jibqa' jikber minn sena għal sena. Dan għaliex, minn informazzjoni meħuda minn mistoqsijiet parlamentari oħrajn magħmula lill-istess Ministru, in-numru ta' ġurijiet pendenti kien ferm iżgħar fis-snin ta' qabel. Meta kien mistoqsi minn Karol Aquilina fit-23 t'Ottubru 2023 dwar in-numru ta' ġurijiet pendenti, Attard wieġeb li kien hemm 141 ġuri pendenti sat-18 t'Ottubru tal-istess sena. Dan-numru jirrappreżenta żieda ta' kważi 40 ġuri hekk kif f 'Jannar tal-istess sena, il-Ministru ġie mistoqsi l-istess mistoqsija fejn wieġeb li kien hemm 102 ġurijiet pendenti fl-24 ta' Jannar, 2023. Barra minn hekk, minn Ottubru tal-2023 sal-aħħar tal-2024 kien hemm żieda ta' kważi 100 ġuri. B'kollox il-ġurijiet żdiedu b'86 f 'sena. Ta' min jgħid ukoll illi f 'sentejn in-numru ta' ġurijiet irdoppja: minn 106 fit-22 ta' Novembru tal-2022 għal 227 fl-aħħar tas-sena 2024. Dan juri biċ-ċar li l-ġurijiet pendenti dejjem qegħdin jikbru — u jkarkru wkoll, hekk kif hemm numru sinifikanti ta' każijiet li ilhom minn qabel l-2020, saħansitra bi wħud li ilhom minn qabel l-2010. 31 persuna jistennew il-ġuri waqt li qegħdin il-ħabs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 April 2025