Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Imniedi Skeċċ – Il-Festival Nazzjonali ta' Drammi Qosra Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b'kollaborazzjoni ma' Reġjun Punent u mal-Kunsill Lokali tal- Imqabba, se ttella' Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem: 'Ecce Mater Tua'. Waqt din il-wirja se jiġu esebiti bosta minjaturi artistiċi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa, bis-sehem tal-kollezzjonista Maria Sciriha u xogħol l-iskultur Joseph Cutajar Zahra flimkien ma' pitturi esklussivi b'kollaborazzjoni mal-artist Kurt Friggieri. Din l-esperjenza spiritwali se tkun qiegħda tittella' fil-Każin tas- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, L-Imqabba min-nhar it-Tlieta 8 t'April sal-Ħadd 20 t'April 2025. Il-uħ uffiċjali se jsir nhar it-Tlieta 8 t'April 2025 permezz ta' programm ta' marċi funebri bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Knisja Medjevali ta' San Bażilju fis-7:00 pm. Id-dħul għall-kunċert u għall-wirja huwa mingħajr ħlas u huma aċċessibli għal kulħadd. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Ecce Mater Tua: Wirja tal- Ġimgħa l-Kbira fl-Imqabba Bħala parti mill-programm tal-2024/2025, Spazju Kreattiv iniedi l-proġett teatrali innovattiv u varjat li jġib l-isem ta' Skeċċ – Il-Festival Nazzjonali ta' Drammi Qosra u li se jittella' bejn il-5 u s-7 ta' Ġunju li ġej. Dan il-festival ġdid se jinkludi produzzjonijiet teatrali qosra u oriġinali li qatt ma ttellgħu qabel. Kull dramm, b'medda ta' bejn 10 u 20 minuta, se jkun bil-Malti jew bl-Ingliż u jesplora temi kontemporanji u d-diversità kulturali. Wieħed se jkollu ċ-ċans li f 'serata waħda jara d-drammi kollha. Il-produzzjonijiet magħżula se jiġu ppreżentati tliet darbiet fuq it-tlett ijiem f 'diversi bnadi ġewwa l-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta. L-għan prinċipali ta' dan il-festival huwa li jservi ta' pjattaforma prinċipali għal vuċijiet ġodda u talent emerġenti, filwaqt li jinkoraġġixxi l-kreattività u perspettivi friski fis-settur tat- teatru. Il-festival se jinkludi taħlita ta' kittieba li diġà għandhom esperjenza, kif ukoll oħrajn ġodda fil-qasam teatrali. B'hekk, din l-inzjattiva se toffri spazju għal atturi u diretturi li ilhom fil-qasam kif ukoll għal dawk li qed jagħmlu l-ewwel passi tagħhom fit-teatru. Dan se jgħin biex filwaqt li l-livell ikun dak mixtieq, jitħalla spazju għal min qatt ma kellu l-opportunità li jħaddem il-ħiliet tiegħu u b'dan il-mod jintlaħaq il-qofol ta' dan il-festival għal perspettivi u vuċijiet ġodda. Joseph Galea, id-Direttur tal- Festival Skeċċ, stqarr li "Bħal inizjattivi ewlenin oħra li jtella' Spazju Kreattiv, Skeċċ għandu jsib postu fil-kalendarju artistiku ta' pajjiżna. Bħala ċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kreattività, żgur li Spazju Kreattiv huwa l-post ideali sabiex jikkura festival bħal dan permezz ta' spazji differenti. Nittamaw li dan il-festival iħalli legat billi fis-snin li ġejjin naraw aktar kittieba u gruppi kreattivi li jkunu bdew il-vjaġġ tagħhom hawn u li jkomplu javvanzaw fix- xena teatrali." Id-Direttur ta' Spazju Kreattiv Daniel Azzopari qal li "Permezz ta' dan il-proġett ġdid, Spazju Kreattiv jibqa' fuq quddiem biex jipprovdi opportunitajiet lil artisti emerġenti biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f 'qafas professjonali li jiħilhom il-bibien fis-settur. Barra minn hekk, il-festival jippermetti li jintlaħqu udjenzi ġodda li jsibu inizjattivi li jistgħu jirrelataw magħhom. B'hekk, il-programm ta' Spazju Kreattiv ikun ta' referenza fejn wieħed jista' jesperjenza temi u suġġetti topiċi u rilevanti li jqanqlu aktar interess fl-arti u l-kultura." Minn sitta u għoxrin applikazzjoni sottomessa ġew magħżula sitt drammi minn ġurija t'esperti li huma: • "L-Istatwa" ta' David Aloisio • "Raġel fuq L-Irġiel" ta' Karl Schembri • "Sweet Sixteen" ta' Josue Formosa • "Unspoken Bonds" ta' Stefan Galea Debono • "Qas Jekk Jinżlu l-Allat" ta' Clint Chircop • "Il-Wieħed u Sebgħin" ta' Brandon Terribile Għal aktar informazzjoni dwar Skeċċ żur www.kreattivita.org. Dan il-festival ġdid se jinkludi produzzjonijiet teatrali qosra u oriġinali li qatt ma ttellgħu qabel Waqt din il-wirja se jiġu esebiti bosta minjaturi artistiċi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa