Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094
13 arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Ħarġa Filatelika: Cats, Series II Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jkun qed iwassal mill-ġdid dramm oriġinali u tradizzjonali għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta' San Gejtanu fil-Ħamrun. Fil-fatt din hija l-ħdax-il sena li dan qed jittella', fejn minn sena għall- oħra, id-dramm dejjem jiġbed lejh ammont sabiħ ta' nies, tant li jkollhom l-opportunità li jaraw xogħol b'kitba u kast mill-aqwa, fuq sfond Barokk tal-Knisja ta' San Gejtanu u fuq kollox f 'nofs triq li hija tradizzjonalment magħrufa għat-traffiku. B'Salibek, dramm fuq kitba ta' James Sultana u direzzjoni ta' Tanya Agius Borg, se jkun qed jurina s-saram li għaddejja minnu familja, fejn wieħed minn uliedha jkun marid bl- ebda tama ta' fejqan. Jidher iżda li l-uniku raġġ ta' dawl għal dan it-tifel huwa ċertu bniedem mill-Galilija. Minn hemm jibda vjaġġ twil, biex Xmun jitlaq minn Ċirene għall-Galilija. Il-Galilija, il-kbarat tal-Lhud qed jaraw kif se jaslu għand Ġesù ta' Nazzaret wara li bi kliemu qed jiġbed ammont kbir ta' nies lejh. Għalihom hu kien ta' theddida, u għalhekk riedu jaslu għalih mill-aktar fis. Ġuda kien il-persuna addattata. Mal- bewsa fil-ġnien tal-Ġetsemani, Ġesù beda l-aħħar waqtiet tiegħu. Ikkundannat quddiem is-Sinedriju, imżeblaħ quddiem Erodi, ifflaġellat fuq ordni ta' Pilatu, u kkundannat għall- mewt fuq is-salib mill-poplu. Iżda kellu jkun il-waqt li fih kien mgħobbi bis-salib, meta Xmun minn Ċirene irnexxielu jiltaqa' miegħu. Kien f 'dan il-waqt li Ġesu qallu "Din l-għajnuna li qed ittini se rroddhielek lura. Int neħħejtli salibi minn fuq spallti u għentni nġorru. Jien se nneħħilek tiegħek." Dan id-dramm tal-passjoni fil-Ħamrun se jkun qed joffri xalata ta' emozzjonijiet imwassla b'atturi mill-aqwa, bi produzzjoni tal-ogħla livell. Fost l-atturi prinċipali nsibu lil omas Agius fil-parti ta' Ġesù u Victor Vella fil-parti ta' Xmun iċ-Ċirinew, flimkien mal-atturi Stephanie Grech Mallia, Marie Clare Sammut, Hilary Desira, Kurt Harmsworth, Anthony Cini, Francine Borg, Henry Zammit Cordina, Nadia Borg, Klinsmann Spiteri, Gilbert Rene Scerri Gill, Damian Azzopardi, Kimberly Ancilleri, Aleandro Bartolo u Michael John Rutzen, flimkien ma' ammont sabiħ ta' atturi oħra li se jkomplu jsebbħu z-zuntier tal-Knisja ta' San Gejtanu. Għal sen'oħra din il-produzzjoni qed issir bl-għajnuna sħiħa tal-Arċipriet tal-Ħamrun, Dun Walter Cauchi. Id-dramm B'Salibek se jsir nhar is-Sibt 12 ta' April 2025, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta' San Gejtanu fit-8.30 pm (wara l-quddiesa tas-7.30 pm). Wieħed jista' jirriserva postu billi jasal wasla sal-Kunsill Lokali fil-ħinijiet tal-uffiċċju fi Triq id-Duka ta' Edinburgh billi jċempel fuq 21222020, jibgħat messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook tal- Kunsill Lokali tal-Ħamrun, jew jibgħat email fuq hamrun.lc@ gov.mt. Dan id-dramm huwa produzzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, bil- kollaborazzjoni ta' SEVEN8 Creative Troupe, u bis-sapport tar-Reġjun Nofsinhar. B'Salibek MaltaPost tniedi sett ġdid ta' bolol biex tiċċelebra l-imħabba għall-qtates fil-Gżejjer Maltin. Il-kollezzjoni ta' erba' bolol hija xogħol l-artist Malti Andrew Micallef. Il-bolla tal-€0.20 turi dehra mill-qrib ta' qattus bi tliet kuluri qiegħed bilqiegħda rilassat fil- kampanja b'veduta taċ-Ċittadella t'Għawdex fl-isfond. Fuq il-bolla tal-€0.45 jidher qattus tat-tip tabby abjad, f 'poża mimduda, ġewwa r-raħal tas- sajjieda ta' Marsaxlokk, bil-knisja parrokkjali tal-Madonna ta' Pompei fid-distanza. Il-bolla tal-€1.00 turi pittura ta' qattus tabby oranġjo barra fil- kampanja, jippoża fuq banketta tal-ħadid, bil-kappella ddedikata lill-Madonna ta' Lourdes murija fuq il-promontorju tal-Port tal- Imġarr. Fil-bolla tal-€1.91 jidher qattus b'xagħru twil tat-tip Tuxedo, bir-raħal tas-Siġġiewi u l-knisja parrokkjali ta' San Nikola fl-isfond. Dan is-sett jinħareġ f 'folja ta' għaxar bolol, b'kull bolla ta' daqs 44 mm x 31 mm, b'perforazzjoni ta' 14.1 x 14.2 u għandha watermark bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 115mm x 182mm u ġiet stampata minn Printex Limited bi proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f '100,000 bolla tal-€0.20, 500,00 bolla tal-€0.45, 50,000 bolla tal- €1.00 u 100,000 bolla tal-€1.91. Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f 'Malta u Għawdex mill-Ġimgħa 4 ta' April 2025. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq https://www. maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, bit-telefown fuq 2596 1740, jew b'email fuq info@ maltaphilately.com Dramm tal-Passjoni fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali u Arċimatrici ta' San Gejtanu, il-Ħamrun Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f'Malta u Għawdex mill-Ġimgħa 4 ta' April 2025