MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 April 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1534094

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Wieħed mill-karattri li eżistew vera u għamlu isem fil-"Wild West" tal-Amerka tas-snin ta' wara l-Gwerra Ċivili Amerikana kien il-famuż (jew infami) William H. Bonney jew Billy The Kid kif sar magħruf wara. Billy kien pistolero tal- Old West fil-ġlieda jew gwerra ta' Lincoln County ta' New Mexico u msemmi li qatel tmienja min-nies. Il-films dwar dan il-bniedem maħrub mill-liġi (outlaw) huma ħafna, forsi aktar minn Jesse James, karattru ieħor komuni fil-Westerns. F'dan ir-rapport se niffoka fuq dawk l-aktar ta' interess u nħalli barra l-gżuż li ħarġu fi żmien iċ-ċinema mutu u oħrajn wara ta' ftit interess. Billy the Kid twieled bl-isem ta' Henry McCarty fis-17 ta' Settembru 1859 fi New York City. Missieru kien jismu Patrick u ommu Catherine Devine. Hu tgħammed wara 11-il ġurnata fil-Knisja ta' San Pietru u kellu ħuh ieħor iżgħar minnu jismu Joseph li ħa l-kunjom tat-tieni raġel t'ommu, Joseph Antrim. Meta missieru miet, ommu u Joseph marru Indianapolis, Indiana fejn iltaqgħet ma' William Henry Harrison Antrim. Hi flimkien ma' Antrim u Joseph telqu lejn Kansas fl-1870 fejn Billy ingħaqad magħhom. F'Marzu 1873, f 'Santa Fe, New Mexico, Catherine u Antrim iżżewġu, bl-aħwa Billy u Joseph ikunu x-xhieda. Sena wara marru Silver City ukoll f 'New Mexico fejn Catherine mietet bit-tuberkolożi fis-16 ta' Settembru 1874. L-ewwel darba li Billy kien arrestat lejn l-aħħar tas-sena 1875 kien għax seraq xi ikel u ħames xhur wara għax seraq ħwejjeġ u armi. Jumejn wara ħarab mill-ħabs tat-territorju ta' New Mexico u mar f 'Arizona u b'hekk sar refuġjat u mfittex mil-liġi. F'Awwissu 1877 qatel lill- wieħed ħaddied wara argument. Minħabba f 'hekk kellu jaħrab minn Arizona u reġa' lura fi New Mexico fejn ingħaqad ma' grupp ta' ħallelin tal-merħliet. Meta nqalgħet dik magħrufa bħala l-gwerra ta' Lincoln County, issieħeb mar-Regulators u sar kriminal imfittex fir- reġjun. F'dik is-sena stess beda jsejjaħ lilu nnifsu William H. Bonney. F'April 1878 ir-Regulators qatlu tliet persuni inkluż William J. Brady, ix-xeriff ta' Lincoln County u wieħed mill- assistenti tiegħu. Bonney u tnejn mir-Regulators ġew mixlija b'dan il-qtil. Il-fama ħażina tiegħu ġriet ma' kullimkien f 'Diċembru 1880 meta l-Las Vegas Gazette ta' Las Vegas, New Mexico u The New York Times xandru stejjer dwar ir-reati tiegħu. Lejn l-aħħar tal-istess xahar inqabad mix-Xeriff Pat Garrett, għadda ġuri u qatgħuhielu għall-mewt minħabba l-qtil tax-Xeriff Brady. Bonney reġa' ħarab mill-ħabs fit-28 t'April 1881, xi ġimagħtejn biss qabel jingħata l-forka, u waqt dan il- proċess qatel żewġ assistenti tax-Xeriff. Għal xahrejn sħaħ irnexxielu jevita li jinqabad. Fl- aħħar, Garrett sparalu u qatlu fil-belt ta' Fort Sumner nhar l-14 ta' Lulju 1881. Il-leġġendi dwaru nibtu sew fis-snin ta' wara li hu ma mietx dak il-lejl u diversi nies ippużaw tiegħu. Kellu biss 21 sena. Billy the Kid fil-Films Dan il-pistolero storiku u qattiel tal-Wild West spiss fil-films urewh bħala xi eroj. Karattru favorit fi żmien iċ- ċinema mutu, deher ukoll bosta drabi f 'numru kbir ta' Westerns mitkellma. Johnny Mack Brown għamel il-parti tiegħu fuq il- liżar il-kbir f 'Billy the Kid (1930), il-wisq popolari Roy Rogers li dejjem ħadem tat- tajjeb ukoll interpretah f 'Billy the Kid Returns (1939). Fis- sena 1940 kien Robert Taylor li ħadem din il-parti f 'titlu ieħor ta' Billy The Kid. Fl-1943 wasal il-kontroversjali (għal dak iż- żmien), The Outlaw bi tmiem ferrieħi għal Jack Beutel bħala Billy u Jane Russell bi flokkijiet issikkati magħha li ppuntaw 'il barra lil sidirha u li dan kien ta' wġigħ ta' ras għaċ-ċensuri. Kien imiss issa lil Audie Murphy li fl-1949 interpretah f 'The Kid From Texas. Fl-1950 ħareġ I Shot Billy The Kid bl-attur Don Barry u Scott Brady fl-1954 kien dan il- kriminal f 'The Law vs Billy The Kid. Anthony Dexter issa wkoll interpretah fl-1955 f 'The Parson And The Outlaw. Fl-1956 ħareġ The Left-Handed Gun bl-attur Paul Newman li kien film ta' livell ogħla minn dawn kollha u ta' baġit konsiderevoli. 14 films IL-ĦADD 6 TA' APRIL 2025 • illum Carmel Bonnici Films Dwar "Billy The Kid" L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 April 2025